Kienet xammithom mill-bidu nett

By
2019-11-13T08:30:04+01:00Tue, 12th Nov '19, 11:08|

Bħal daż-żmien sena ilu, kont ktibt dwar ix-xamma fenominali li kellha Daphne Caruana Galizia. Niftakar li kienet ġiet f'idejja kitba tagħha mis-sena 2013. Dak iż-żmien lil Yorgen Fenech kienet żelqitlu li kellu f'idejh informazzjoni li mhux suppost kellu u dan kien biżżejjed biex iġiegħel lil Daphne xxomm li l-kuntratt tal-Electrogas kien wieħed jinten. Agħtu daqqa [...]

Consuelo Scerri Herrera tirrikuża ruħha mis-smigħ tal-appell tal-Ministri

By
2019-11-12T08:02:34+01:00Mon, 11th Nov '19, 12:13|

Konrad Mizzi, Chris Cardona u Edward Scicluna se ikollhom jistennew biex ikunu jafu liema mħallef ser jisma' l-appell tagħhom minn digriet ta' maġistrat li ordna t-tnedija ta' inkjesta kriminali li għandha tinvestiga l-imġieba tagħhom meta inbiegħu tliet sptarijiet pubbliċi. Dakinhar li ppreżentaw l-appell tagħhom, kienet għassa l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. F'kummentarju li jien xandart ftit [...]

Karol Aquilina għandu raġun. Keith Schembri nkixef ta’ li hu: ĠIFA

By
2019-11-12T08:01:39+01:00Mon, 11th Nov '19, 11:55|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kiteb fi tweet Karol Aquilina wara li Keith Schembri l-akkużi ta' korruzzjoni fil-konfront tiegħu għażel li jħallihom għaddejjin biex jiġix imġiegħel jammettihom taħt ġurament fil-qorti. Il-#ġifa il-għala qasam it-triq? ? Għax ried jaħrab mill-kawża ta' libell tiegħu stess. ?@keithaschembri #corrupt #crook pic.twitter.com/0Z5IhnREo2 — Karol Aquilina (@KarolAquilina) 11 ta' Novembru [...]

Keith Schembri nqela’ b’żejtu

By
2019-11-12T08:00:23+01:00Mon, 11th Nov '19, 11:45|

Bil-Malti ngħidu li “nqela b’żejtu”. Tliet snin ilu Keith Schembri għamel kawża ta' libell kontra Simon Busuttil għax l-istess Simon Busuttil kien xlieħ li huwa bniedem korrott. Fis-16 ta' Ottubru 2017, kien xehed li huwa innoċenti. Ftit sigħat wara, Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li qabditu jarma karus fil-Panama, nqatlet permezz ta' karrozza-bomba. Minn dakinhar 'l [...]

It-Toni Bajada ta’ żminijietna

By
2019-11-12T07:59:31+01:00Sun, 10th Nov '19, 18:01|

Lil Joseph Muscat u lil Adrian Delia ma rajnihomx b'nemes dalgħodu fiċ-ċerimonja nazzjonali ta' Jum it-Tifkira. Joseph Muscat siefer biex imur jara l-Milan jilgħabu l-lejla. Adrian Delia ħadd ma jaf fejn kien. Nafu biss li dan ilu jiskansa kull attività li taħbat nhar ta' Ħadd. Jum it-Tifkira m'huwiex xi fdal ta' żmien il-kolonjaliżmu. Huwa obbligu [...]

Żewġ mistoqsijiet: Min ħallas biex jitwettaq il-qtil? Min qed iħallas l-ispejjeż tad-difiża?

By
2019-11-12T07:57:55+01:00Fri, 8th Nov '19, 12:49|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport mill-qorti dwar it-tieni sessjoni ta' dalgħodu tal-proċess kriminali tat-tliet irġiel li jinsabu mixlija bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jien għamilt xi riċerki u ninsab infurmat minn bosta għejjun li William Cuschieri, li huwa l-avukat tal- aħwa Alfred u George Degiorgio, bgħat xi rapporti tekniċi u informazzjoni fornuta mill-esperti tal-FBI [...]

Ministri jappellaw mit-tieni digriet li ordna t-tnedija ta’ inkjesta kriminali dwar l-imġieba tagħhom

By
2019-11-08T12:52:32+01:00Fri, 8th Nov '19, 12:00|

Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi appellaw minn deċiżjoni li ttieħdet din il-ġimgħa minn Maġistrat biex jitniżżlu fil-lista ta' persuni suspettati fl-inkjesta li qed tinvestiga korruzzjoni u tixħim fil-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi. L-appell tagħhom ser jinstema' mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Il-Ministri kienu diġà rebħu appell minn sentenza li kienet ingħatat minn Maġistrat ieħor [...]

Uffiċjal tal-Ippjanar jitkeċċa wara storja mxandra fuq manueldelia.com

By
2019-11-08T12:51:46+01:00Thu, 7th Nov '19, 16:17|

Dalgħodu jien ktibt dwar il-kunflitt ta' interess li għandu Alfred Pulè, il-persuna li nħatret fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Ottubru li għadda mill- Ministru Ian Borg biex tieħu post Matthew Pace li kien irriżenja minn fuq l-istess Bord wara li nkixef il-kunflitt ta' interess fil-każ tat-torri tad-DB. Jien ktibt dwar il-fatt li Alfred Pulè kien fin-negozju [...]

Il-kwistjoni dwar il-ħatriet għall-ġudikatura ser tinqata’ mill-Qorti Ewropea. Il-gvern reġa’ bdielu u mhux ser jappella.

By
2019-11-07T16:25:11+01:00Thu, 7th Nov '19, 12:50|

Il-gvern iddikjara fil-qorti llum li kien reġa' bdielu u li ddeċieda li ma jappellax mis-sentenza tal-qorti li biha ġiet aċċettata t-talba ta' Repubblika biex il-kwistjoni dwar jekk il-membri tal-ġudikatura f'Malta humiex tassew indipendenti tgħaddi f'idejn il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan ifisser li l-Qorti Ewropea ser tiddeċiedi dwar jekk is-setgħa li għandu l-prim ministru ta' Malta li [...]

Milqugħa talba minn Repubblika għal inkjesta dwar Chetcuti Cauchi. Il-Maġistrat tordna investigazzjoni kriminali.

By
2019-11-07T17:45:51+01:00Thu, 7th Nov '19, 10:22|

Maġistrat illum aċċettat it-talba ta' Repubblika biex titnieda inkjesta dwar jekk l-avukat Jean Philippe Chetcuti, avukat u soċju mad-ditta legali Chetcuti Cauchi, wettaqx delitt kriminali meta bis-saħħa ta' kamera moħbija ta' ġurnalisti Franċiżi nqabad jammetti li għandu s-saħħa li jirranġa l-ħruġ ta' passaport Malti għal klijent Afrikan li għandu kondotta kriminali. Fil-filmat li xxandar fuq [...]

Jaħti min għamel il-ħatriet

By
2019-11-07T16:24:13+01:00Thu, 7th Nov '19, 09:36|

Il-bieraħ diversi NGO's tkellmu favur it-tkeċċija ta' Elizabeth Ellul minn fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Borma tbaqbaq spiċċat biex faret hekk kif il-Bord approva applikazzjoni biex kamra dilapidata li tinsab fuq l-irdum tal-Qala tiġi konvertita f'villa kbira ġmielha. Elizabeth Ellul ippretendiet li kulħadd għandu jinjora l-fatt li hi għandha relazzjoni ndiretta mal-iżviluppatur Joseph Portelli, u issa [...]

L-imqarbin

By
2019-11-07T16:23:03+01:00Wed, 6th Nov '19, 14:39|

Sinjuri Joseph Muscat, Owen Bonnici, Konrad Mizzi, Keith Schembri, Edward Scicluna, Chris Cardona, Ian Borg u l-bqija. Intom mingħalikom li ħadd m'hu ser jażżarda jiqfilkom minħabba l-biża' jew minħabba l-għamad. Mingħalikom li għandkom is-setgħa li tikkontrollaw kollox. Ħafna drabi kellkom raġun li taħsbu hekk: bosta huma dawk li jew huma mbeżżgħin jew għandhom wisq għamad [...]

Maġistrat oħra tordna l-ftuħ ta’ inkjesta fil-konfront tal-Ministri Scicluna, Cardona u Mizzi

By
2019-11-06T14:52:07+01:00Wed, 6th Nov '19, 14:07|

Il-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet talba li saret minn Repubblika u ordnat li għandha tinbeda' inkjesta dwar l-imġieba ta' tliet Ministri tal-gvern fil-kwistjoni dwar il-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi. Il-Maġistrat qalet li jkun xieraq li jiġu nvestigati l-allegazzjonijiet li għamlet Repubblika dwar id-delitti kriminali ta' ħasil ta' flus u ta' korruzzjoni minn naħa tal-Ministri Chris Cardona, [...]

L-indipendenza tal-ġudikatura: ma tridx tkun għaref wisq biex tifhem

By
2019-11-06T08:28:32+01:00Mon, 4th Nov '19, 17:57|

Id-deċiżjoni tal-gvern li jappella mis-sentenza li tat il-qorti dalgħodu dwar il-metodu li tuża Malta biex taħtar il-ġudikanti tagħha, dwar jekk dan imurx kontra t-trattat tal-UE jew le u li għalhekk din il-kwistjoni għandha tkun mgħoddija lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja m'hi xejn ħlief eżerċizzju mmirat biex itawwal. L-appell se jwassal biss biex jintilef iż-żmien. Dalgħodu l-qorti ma [...]

Tgħid ninsabu fuq l-għatba ta’ bidla storika?

By
2019-11-04T18:19:28+01:00Sun, 3rd Nov '19, 16:45|

L-aħħar stħarriġ li tagħmel il-Malta Today kull xahar jindika tnaqqis fl-appoġġ fil-konfront ta' Joseph Muscat u żjieda żgħira għal Adrian Delia. L-appoġġ għal tal-ewwel xorta waħda jibqa' jiżboq bid-doppju lill-appoġġ għal dan tal-aħħar. Iżda ċ-ċaqlieq huwa interessanti għaliex tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat il-PN għamel ħiltu biex jingħoġob mal-ksenofobiċi li jkunu lesti li jibdlu fehmithom [...]

Tat-Times of Malta m’humiex boloħ

By
2019-11-04T18:18:11+01:00Thu, 31st Oct '19, 12:51|

Minflok tkellimna dwar l-iskandlu tal-mijiet ta' miljuni ta' ewro li tħallsu lil VGH u lil Steward Health Care, liema flejjes ġew miċħuda lis-servizz nazzjonali tas-saħħa fl-istess waqt li dawk li huma morda bil-kanċer qed ikollhom jitkarrbu għall-għajnuna mill-Community Chest Fund, l-aħħar 24 siegħa għaddejnihom nippruvaw naqtgħu x'kien hemm jew ma kienx hemm fiċ-check-out trolley ta' [...]

Għadu ma xebgħax jiġġakbina lil sħabu

By
2019-10-31T11:39:24+01:00Wed, 30th Oct '19, 17:37|

Il-ġurnal Times of Malta huwa ostaklu formidabbli għall-mira strateġika ta' Keith Schembri li jkollu setgħa bla tarf u awtorità indiskussa. L-organizzazzjoni li tipproduċi dan il-ġurnal, bid-difetti kollha tagħha, wieġbet għat-theddida tar-reġim ta' Joseph Muscat kontra l-libertà tal-istampa billi kompliet tisfidah. L-aqwa ġurnalisti tagħha ħadmu qatigħ u qed ikomplu jaħdmu qatigħ billi jxandru stejjer li għandhom [...]

“Qed jagħmel xogħol siewi ħafna”

By
2019-10-30T17:49:30+01:00Tue, 29th Oct '19, 07:38|

Ħames xhieda kienu konsistenti fix-xhieda tagħhom. Neville Gafà talabhom ixaħħmuh bi bdil ma' servizz pubbliku: jiġifieri l-ħruġ ta' viża medika. Wħud mix-xhieda stqarrew li dan is-servizz kien ġie miċħud lilhom għax irrifjutaw li jxaħħmuh. Oħrajn xehdu li Neville Gafà kien ordna lil membri tal-korp tal-pulizija libsin l-uniformi biex jagħmlu pressjoni fuqhom sabiex jiġu mġiegħla jxaħħmuh. [...]

Justin reġa’ koppi

By
2019-10-30T17:50:32+01:00Mon, 28th Oct '19, 15:17|

M'għandix grazzja ma' Justin Schembri. B'daqshekk ma ġara' xejn. Nippreżumi li lili ma tantx jarani ħelu. Jien kont ikkritikajtu fl-imgħoddi dwar il-kummenti li jogħġbu jgħaddi fil-Facebook li mbagħad jipprova jbenġilhom biex jiġġustifika lilu nnifsu. Illum tgħix kemm iċċelebra r-rebħa li għamel Matteo Salvini fir-reġjun tal-Umbria. Għalkemm x'aktarx li xi ħadd fid-Dar Ċentrali tal-PN ser ikollu [...]

L-assassinju Daphne: għaliex għandu jitqies bħala delitt kriminali mafjuż?

By
2019-10-28T15:28:40+01:00Mon, 28th Oct '19, 09:08|

Il-ġuri tal-assassini ta' Daphne Caruana Galizia m'huwiex ġuri minn tas-soltu. Huwa ġuri tal-mafja. Għalkemm il-liġi ma ssejjaħlux hekk, dan ma jfissirx li m'huwiex. L-avukat Arthur Azzopardi ddikjara li mhux ser jibqa' jiddefendi lil Ċensu Muscat fil-kawżi kollha li dan għandu fil-qorti inkluż il-każ li fih jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Milli jidher din [...]

Go to Top