Skont Adrian Delia dan żmien tajjeb għal btala politika

By
2019-07-03T09:57:14+02:00Mon, 1st Jul '19, 18:30|

Lanqas li qiegħed iqatta' ħafna żmien f'xatt il-baħar. Adrian Delia kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta' Newsbook li staqsieħ il-għala, għal tlitt Iħdud wara xulxin, għadu ma lissinx kelma li hi kelma u ħalla l-arena politika esklussivament f'idejn Joseph Muscat. Dawn l-attivitajiet politiċi ta' kull nhar ta' Ħadd tan-Newsbook isejħulhom "tradizzjonali" u d-diskorsi li jagħmlu l-mexxejja [...]

Telefonata li taf tiswa’ mitqlu deheb

By
2019-07-01T20:18:07+02:00Sun, 30th Jun '19, 19:14|

Wara li għamlu minn kollox biex jippruvaw iserrħu l-irjus li l-futur li għandu l-Bank of Valletta huwa wieħed sabiħ, kollox sarilhom suf hekk kif is-Sunday Times of Malta llum xandret l-aħbar li r-regolatur finanzjarju lill-Bank of Valletta tah ultimatum biex minnufiħ jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu. Din l-aħbar m'hi xejn ħlief turija ċara li l-borma qiegħda tbaqbaq [...]

Jemmen il-qerq tiegħu stess

By
2019-07-01T20:16:46+02:00Sun, 30th Jun '19, 09:22|

Bħalissa b'ċerta arja għaddejja kampanja ta' intimidazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li prinċipalment tinsab iffukata fuq dawk il-membri tal-Kunsill Ġenerali li huma magħrufin bħala persuni li kienu appoġġjaw lil Adrian Delia fl-elezzjoni għal kap tal-partit u li, wara li għaddew diversi xhur tat-tmexxija tiegħu, bdew jiddubitaw jekk għandux jibqa' jmexxi lill-partit. Xi ftit minn din [...]

Taħraqhom qalbhom għas-saltna tad-dritt

By
2019-06-30T10:24:09+02:00Fri, 28th Jun '19, 07:59|

Il-partiti politiċi qed jagħmlu kawlata sħiħa bit-tifsira vera tas-"saltna tad-dritt. Il-bieraħ it-tnejn li huma għamlu użu minn dawn il-kelmiet f'kuntest li huwa rrilevanti għall-aħħar. Kienu qishom tfal tal-iskola jissuppervjaw u jlissnu kliem bħal; “mhux int trid ir-rool off low ħi? Mel’issa oqgħod għaliha ta!”. Fi stqarrija mxandra l-bieraħ il-Partit Nazzjonalista qal li erba' mill-membri tal-Kunsill [...]

Ħallelin bil-provi

By
2019-06-28T08:08:04+02:00Thu, 27th Jun '19, 14:52|

Fl-aħħar! Kull meta jżur il-Libja, Neville Gafà issa huwa rikonoxxut bħala l-kelliem uffiċjali tal-gvern ta' Malta. Spiċċalu t-tlaqliq. M'għadux jipprova jbellagħhielna li ż-żjarat tiegħu fi Tripli huma "btajjel privati". Mela issa kollox ward u żahar. Nistgħu nagħlqu għajnejna għall-fatt li Gafà jinsab għaddej inkjesta dwar l-iskandlu dwar il-ħruġ tal-viżi. Għax inzerta ħobża u sikkina ma' [...]

Il-familja Caruana Galizia titkellem dwar ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Malta

By
2019-06-28T08:06:27+02:00Thu, 27th Jun '19, 14:35|

Din li ġejja hi stqarrija llum mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia: Ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li 'l bieraħ filgħaxija għaddiet b'maġġoranza kbira, ressqet lill-familja tagħna dejjem aktar qrib il-verità: li Daphne llum għadha mimlija bil-għomor li kieku l-awtoritajiet f'Malta investigaw u mexxew kontra l-korruzzjoni kif suppost, li kieku l-istituzzjonijiet Malti tħallew jaħdmu bla xkiel [...]

GUEST POST: Ittra lil Adrian Delia

By
2019-06-27T14:30:31+02:00Thu, 27th Jun '19, 14:29|

Mibgħuta minn xi ħadd li identifika ruħu miegħi: Onorevoli Dr. Delia, Fis-29 ta’ Ġunju tal-1982, nhar l-Imnarja,  (meta allura int kont se tagħlaq t-tlettax-il sena), sitt mitt Nazzjonalist kienu mkeċċija mix-xogħol għax obdew direttiva tal-Partit.  Jien kont wieħed minnhom.  Niftakar għaddejt sajf li lanqas kont kapaċi nixtri ġelat lit-tfal.  Kont niddependi għall-għixien tal-familja fuq persuni ġenerużi li offrewli [...]

Xaqq dawl

By
2019-06-27T14:27:19+02:00Mon, 24th Jun '19, 18:09|

Qed jidher xaqq dawl fil-kriżi li għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qatt ma kellu xi forma ta' kontroll fuq il-partit tiegħu. Il-fatt li se jkollu jiffaċċja vot ta' fiduċja quddiem il-Kunsill Ġenerali - vot li huwa stess iddikjara li ma riedx jiffaċċja dwar jekk għandux ikompli jew le bħala kap tal-partit – m'hi xejn [...]

Frank Portelli u l-miżbla tal-istorja

By
2019-06-27T14:26:07+02:00Fri, 21st Jun '19, 13:53|

Giddibin huma dawk li jixlu lill-ġurnalisti bit-tixrid tal-fake news. U dawk li jkunu fgati f'demmhom minħabba l-imrar u l-mibgħeda x'aktarx ikunu l-istess persuni li jixlu lil ġurnalisti bit-tixrid tal-mibgħeda. Frank Portelli għandu mit-tnejn. Dakinhar li ddeċieda li jtellaq fit-tiġrija bħala kandidat għal Kap tal-PN, ma nista' qatt ninsa' d-dieqa li ħassejt meta, b'mod mill-aktar drammatiku, [...]

Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja – għejjun

By
2019-06-27T14:24:24+02:00Wed, 19th Jun '19, 18:10|

Minn diversi għejjun smajt li li l-kelliem ewlieni tal-gvern Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja biex imexxi l-Malta Enterprise, l-aġenzija tal-gvern dwar l-investiment barrani. Kurt Farrugia mill-bidu nett kien persuna ewlenija fl-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat. Kien ukoll l-uniku bniedem li kien ġie fdat minn Joseph Muscat biex jakkumpanjah għal laqgħat f'Baku ma' Ilham Aliyev [...]

Waqfien temporanju mill-ġlied?

By
2019-06-27T14:23:13+02:00Wed, 19th Jun '19, 18:04|

Persuna li jbati minn każ serju ta' ottimiżmu patoloġiku sejjaħ ir-riżultat tal-laqgħa tal-bieraħ tal-grupp parlamentari tal-PN bħala waqfien temporanju mill-ġlied sakemm jinstab modus vivendi. Waqfien mill-ġlied jista' jintlaħaq għar-raġuni li l-avversarji jkunu qatgħu nifishom u ma tibqagħlhomx tama li l-issuktar tal-ġlied jista' jwassalhom għar-riżultat mixtieq minnhom. F'dan l-istadju l-ġlied jieqaf bil-għan li jkun jista' jinstab [...]

M’għandux aktar bżonn tal-pedana tax-xhieda

By
2019-06-19T08:30:19+02:00Tue, 18th Jun '19, 14:08|

Għalkemm xi ġimgħat ilu kien ta l-impressjoni li kien ser jattendi l-qorti biex ikun jista' jixhed in kontro-eżami, dalgħodu Pierre Portelli naqas li jidher "għaliex ma kienx ġie notifikat". Iżda l-fatt li ma kienx ġie notifikat u naqas li jitla' l-qorti ma żammux milli jikteb kliem mimli sarkażmu fil-Facebook. Iżda dan huwa l-Facebook u mhux [...]

Meta “relazzjoni professjonali” tista’ tfisser “korruzzjoni”

By
2019-06-27T14:21:51+02:00Tue, 18th Jun '19, 08:20|

Kien pjaċir tiegħi li attendejt il-bieraħ għall-marċ msejjaħ mill-Moviment Graffitti b'solidarjetà ma' dawk kollha li spiċċaw bla saqaf fuq rashom bi protesta kontra r-regħba ta' min qed iwettaq proġetti ta' kostruzzjoni li huma l-kaġun tas-sitwazzjoni mwiegħra li issa sabu ruħħom fiha. Id-diskors li għamel Wayne Flask ma kienx biss wieħed letterarju. Kien ukoll karba msejsa [...]

Riżenja? X’riżenja?

By
2019-06-19T08:30:43+02:00Tue, 18th Jun '19, 08:05|

Għandu mnejn ikun jum interessanti fil-qorti llum. Lil Pierre Portelli għandha ssirlu kontro-eżami fil-kawża li jien kont għamilt f'Awwissu li għadda kontra l-PN għar-raġuni li huwa - b'ammissjoni tiegħu stess - iddeċieda li ma jxandarx stqarrija b'risposta għal rappurtaġġ qarrieqi minn naħa ta' Net TV. Dawn kienu qalu li jien kont gdibt dwar Adrian Delia [...]

Joseph “Comical Ali” Muscat: il-BoV ma tistax tinnegozja bid-Dollari Amerikani għax sejra tajjeb.

By
2019-06-17T19:01:04+02:00Mon, 17th Jun '19, 16:35|

Joseph Muscat qal li l-fatt li l-Bank of Valletta issa ġie projbit milli jinnegozja bid-dollaru Amerikan ifisser li l-bank sejjer tajjeb. X'ried jgħid biha din l-istqarrija jien ma nafx. U għax ma nafx, lill-Prim Ministru se nistaqsih mistoqsija supplimentari: li kieku l-BOV ma kienx sejjer tajjeb, kien jistenna' li l-bank jibqa' jżomm miegħu l-banek korrispondenti [...]

L-istorja dwar Soho

By
2019-06-17T16:02:58+02:00Mon, 17th Jun '19, 09:23|

Adrian Delia reġa' għandu ma' wiċċu allegazzjonijiet ġodda. Din id-darba qed jiġi mixli li gideb dwar firem awtentiċi tiegħu u li qal li kienu ġew falsifikati, biex b'hekk spiċċa għamel frame-up fuq oħt il-mexxej ta' qablu fuq reat kriminali ineżistenti. Dawn huma allegazzjonijiet li saru mill-eks sieħeb fin-negozju tiegħu Kris Bajada li, fl-aħjar ipotesi, għandu [...]

Il-bigottiżmu ta’ Maurice Mizzi

By
2019-06-17T16:37:25+02:00Mon, 17th Jun '19, 07:52|

Maurice Mizzi m'għadux il-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. Titlu vojt li fil-fatt ma jfisser xejn. Għalkemm kien ġie maħtur bħala għassies b'ittra mingħand Josè Herrera, jien qatt ma rajtu jgħasses xejn. Dan huwa is-sinjurun li m'għandux ħwejjeġ biex jehda ħlief li joqgħod isemmagħlna l-fehmiet preġudikati u bigotti tiegħu filwaqt li jitmaxtar fit-tifħir tal-gvern li jiffinanzja u fl-istess [...]

Comical Ali u d-dikjarazzjonijiet tal-Mosta u ta’ Raħal Ġdid

By
2019-06-17T08:13:47+02:00Fri, 14th Jun '19, 18:50|

Il-kumitati sezzjonali tal-PN tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid xandru dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom ikkritikaw it-tmexxija tal-partit u talbu li, minflok toqgħod tispjega r-raġunijiet għat-telfiet elettorali riċenti, għandha terfa' r-responsabbiltà għal dan id-diżastru. Dawn id-dikjarazzjonijiet segwew il-protesti li saru mill-attivisti Għawdxin wara l-attentat li sar biex jitwarrab Kevin Cutajar biex b'hekk ikun jista' jinqeda' il-mimmi t'għajnejn [...]

Bla saqaf grazzi għan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Istat

By
2019-06-17T08:14:50+02:00Fri, 14th Jun '19, 17:42|

Il-Prim Ministru l-bieraħ ħareġ ordni rjali biex jieqaf kull tħammil ta' art u twaqqiegħ ta' bini sakemm issir reviżjoni tar-regolamenti li, skont hu, huma l-kaġun tal-kroll ta' binjiet. Mill-bieraħ 'l hawn il-Facebook imtela' b'ħafna kummenti dwar din l-ordni u dwar l-assurdità tagħha. Din kienet ir-raġuni għala l-ordnijiet rjali kienu ġew aboliti mir-Rivoluzzjoni Franċiża u flokhom [...]

Iż-żewġ perċimes

By
2019-06-17T08:13:04+02:00Fri, 14th Jun '19, 11:16|

It-tmexxija tal-PN tinsab f'dagħdiha ta' firda politika. Meta l-membri parlamentari jirrikorru għall-WhatsApp groups jew għall-Facebook biex jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-linja tat-tmexxija tal-partit, hemm min isostni li jinħolqu l-fazzjonijiet. Dan m'huwiex neċessarjament il-każ: b'imġieba bħal din jkunu qed jiżfugaw is-sens ta' disperazzjoni tagħhom minħabba malintiżi, nuqqas ta' fiduċja u nuqqas ta' komunikazzjoni. Ir-reazzjoni tat-tmexxija [...]

Go to Top