MFSA twieġeb: tar-reception qed iwieġbu t-telefonati

By
2018-10-29T13:26:10+01:00Fri, 26th Oct '18, 13:44|

Tad-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet tal-MFSA, wara li ntebħu bl-istorja dwar il-fatt li proprju din il-ġimgħa għażlu li jagħlqu l-uffiċċji tagħhom nhar ta' Ġimgħa proprju, ħarġu l-stqarrija li ġejja bi tweġiba: "Għeżież Edituri, "Il-MFSA tirreferi għal rapporti li xxandru fil-mezzi tax-xandir dwar attività organizzata għall-ħaddiema kollha tagħha, liema attività saret għal raġunijiet ta' taħriġ u żvilupp u kienet [...]

Lil Joseph Muscat il-PN għala ma staqsihx sid l-Egrant min hu?

By
2018-10-26T17:11:58+02:00Fri, 26th Oct '18, 13:19|

L-avukat tal-PN llum tella' lil Joseph Muscat fuq il-pedana tax-xhieda biex jixhed bil-ġurament. Kellu jistaqsih żewġ mistoqsijiet ewlenin. L-ewwel: min hu sid l-Egrant? It-tieni: lil Brian Tonna staqsejtu sid Egrant min hu? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet, il-Prim Ministru jafhom u ilu żmien twil jilgħab in-noli u jipprova jiżloq milli jweġibhom. Issa għandu d-dmir li jieqaf [...]

Il-memorja ta’ Chris Cardona

By
2018-10-29T12:41:37+01:00Thu, 25th Oct '18, 22:52|

Illum Chris Cardona ta intervista lil Saviour Balzan, forsi biex jagħmel tajjeb għall-fatt li kien ħarab mill-mistoqsijiet li għamlulu tal-NBC dwar kemm kien jaf sew l-allegati assassini ta' ġurnalista. Jew forsi ried jagħmel tajjeb għall-fatt li s'issa baqa' jaħrab milli jixhed bil-ġurament biex jevita li jiġi mixli fuq ġurament falz. Chris Cardona qal li ma [...]

Ġietu tajba l-Kasco llum

By
2018-10-31T12:32:40+01:00Thu, 25th Oct '18, 17:49|

Meta ħarġet l-inkjesta dwar l-Egrant Konrad Mizzi, kuntent kuntent, indirizza l-kamera mixtrija mill-ministeru u ħareġ jgħid li l-inkjesta għamlet ġustizzja miegħu.  Sintendi, minn dan kollu m'għamlet xejn.  Ma kellha x'taqsam xejn miegħu.  Ma saret l-ebda inkjesta dwar għalfejn fetaħ kumpanija l-Panama, dwar għalfejn wiegħed li minnha se jiddepożita l-miljuni f'banek off-shore, dwar għalfejn iffirma ma' [...]

L-istorja kollha fi ftit kliem

By
2018-10-29T13:24:59+01:00Thu, 25th Oct '18, 13:48|

Dan l-artiklu fuq The Atlantic ixxandar il-bieraħ. Dan jittratta dwar ix-xogħol ta' The Daphne Project u s-sitwazzjoni unika li fiha ġurnalisti minn madwar id-dinja ngħaqdu biex ikomplu x-xogħol ta' ġurnalista li nqatlet waqt il-qadi ta' dmirijietha. Din ir-rubrika partikolari fiha ħaġa rari ħafna: risposta - jew taparsi risposta - tal-gvern għal mistoqsijiet ta' ġurnalist. Fil-fatt [...]

Jeħtieġ li terġa’ tinkiseb il-fiduċja. Illum qabel għada.

By
2018-10-29T13:24:09+01:00Wed, 24th Oct '18, 10:38|

Sa dalgħodu is-Satabank, jew il-"persuna kompetenti" maħtura biex tmexxih mir-regolatur Ernst & Young, għadu ma kkomunikax mal-klijenti tiegħu biex jinfurmahom x'inhu jiġri dwar flushom. Din is-sitwazzjoni qed tikkawża inkwiet kbir lill-klijenti li qed jiċċaħdu minn flushom kemm ilha l-MFSA ħarġet ordni biex il-kontijiet kollha miżmuma fil-bank jiġu ffriżati. Din il-website rat korrispondenza li ntbagħtet dalgħodu [...]

Id-dinja mhix ċatta, Sur Scicluna

By
2018-10-25T09:53:23+02:00Wed, 24th Oct '18, 09:15|

Ma tantx għandi żmien noqgħod naqra' l-ħmerijiet kollha li jikteb Martin Scicluna. Iżda jidher li qed tifforma stampa ċara tas-sitwazzjoni bis-saħħa ta' ċerti ċirkostanzi bħalma huma l-artiklu tiegħu tal-lum, ir-ritorn bla mistenni ta' Steve Mallia nhar il-Ħadd u xi truf oħra 'l hemm u 'l hawn li jindikaw il-bidu ta' bidla fl-istrateġija. Kif ngħid ta' sikwit, [...]

Joe Brincat … jidher li fadallek x’tistenna sakemm ikollok iċ-ċans terġa’ tammira l-mafkar tal-Assedju l-Kbir

By
2018-10-25T09:52:20+02:00Tue, 23rd Oct '18, 15:37|

Owen Bonnici għadu kemm tana rendikont fil-Parlament dwar il-famuż Restawr tal-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta. Qalilna li nefaq €1,600 ta' tliet ġimgħat fuq “tindif tal-bażi, tneħħija tat-tebgħat tax-xema' u taż-żejt, mili ta' fili u tiswija”. Jekk nassumu li l-materjal ġie akkwistat b'xejn - u milli jidher materjal ma tantx kien hemm - fuq perijodu ta' [...]

Reġa’ bdielhom?

By
2018-10-23T17:24:38+02:00Sun, 21st Oct '18, 09:00|

Ittantaw jużaw il-One TV iżda l-qaddej tagħhom Saviour Balzan seta' jaqdihom aħjar. Dawn qed igħidu li x-xhud li lil tal-istazzjon France 2 kien qalilhom li kien ra lil Chris Cardona jkellem lil Alfred Degiorgio qabel dan kien ġie arrestat, issa lill-Pulizija qalilhom li kien gideb. X'inhu dak li jindikalek li giddieb ikun qed jigdeb? Meta [...]

L-alibi li qatt ma kien

By
2018-10-23T17:23:40+02:00Sat, 20th Oct '18, 17:32|

It-telespettaturi tal-One TV, tal-Labour jinsabu għajnejhom fuqhom. L-istejjer li kienu xxandru f'April li għadda minn France 2 dwar Chris Cardona bdew jikkonfondu lil uħud minn dawn it-telespettaturi issa dawn l-istejjer reġgħu ġew ikkonfermati ftit jiem ilu biż-żjieda ta' aktar fatti minn La Repubblica. Jidher li f''April tal-Labour b'mod jew ieħor setgħu jinjoraw l-istejjer li, f'xi [...]

Grazzi talli kkonfermajtulna li m’aħniex weħidna

By
2018-10-27T17:35:39+02:00Fri, 19th Oct '18, 17:15|

Tal-Labour huma ħerqanin li jaraw li l-istampa dinjija ma tibqax tinteressa ruħħa f'dak kollu li qed iseħħ f'Malta, dejjem sakemm ma tkunx disposta li toqgħod tfaħħar lil Joseph Muscat. Kienet tabilħaqq importanti għalina l-presenza f'Malta tul din il-ġimgħa ta' NGO's internazzjonali u ta' diversi MEP's u ġurnalisti. Ippermettuli nispjega dan kollu fi kliem sempliċi sabiex [...]

Finalizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-NGO’s internazzjonali dwar il-libertà tal-kelma

By
2018-10-23T17:21:11+02:00Fri, 19th Oct '18, 12:00|

Illum l-International Press Institute, PEN International, Reporters Without Borders, il-Committee to Protect Journalists, il-European Centre for Press and Media Freedom u l-European Federation of Journalists reġgħu tennew il-talba tagħhom sabiex issir inkjesta pubblika dwar jekk l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia setax ġie evitat. Huma talbu lill-gvern jiggarantixxi għall-istampa internazzjonali aċċess sħiħ u regolari u intervisti [...]

Il-kuraġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni

By
2018-10-23T17:18:06+02:00Fri, 19th Oct '18, 10:34|

Agħtu daqqa t'għajn lejn l-editorjal ta' The Malta Independent tal-lum.  Il-kontenut tiegħu donnu jixbaħ ħafna l-linja ta' ħsieb li teżisti bħalissa fid-Dar Ċentrali. M'għandniex xi ngħidu, kull ġurnal għandu d-dritt li jagħżel il-linja editorjali tiegħu u din tista' taqbel jew ma taqbilx mal-fehma ta' editorjali oħrajn. Madankollu, għalkemm il-ġurnal ilmenta dwar xi rimarki li saru [...]

GUEST POST: Tibżgħu minn min jikser il-liġi

By
2018-10-27T17:35:56+02:00Fri, 19th Oct '18, 09:29|

Minn Mark Sultana, Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Malta hija gżira f’nofs il-Baħar Mediterran. Il-pożizzjoni strateġika tagħha dejjem kienet apprezzata minn strateġisti tal-gwerer, ekonomisti, forzi għaż-żamma tal-paċi, negozjanti u ħafna oħrajn minħabba li r-rabta bejn l-Ewropa u l-Afrika kienet kruċjali għall-missjoni tagħhom, kienet x’kienet. Din l-istess linja ta’ ħsieb tgħodd għan-natura, u b’mod aktar evidenti [...]

Issa li tal-istampa barranija marru lura f’pajjiżhom

By
2018-10-19T12:06:42+02:00Fri, 19th Oct '18, 09:01|

Il-gvern demokratiku li għandna reġa' ċċensura protesta ta' tifkira fil-Belt Valletta. Dak li qal il-prim ministru lir-rappreżentanti tal-NGO's internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa, fis-sens li l-kwistjoni ser tiġi rikonsidrata, tista' tipparagunah ma' kemm dam iferfer il-ftehim ta' Munich kif ukoll mas-sinċerità ta' min kien wara dak il-ftehim. Stennew sakemm il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tal-NGO's telqu lura lejn [...]

Jagħmlu bħal Mugabe

By
2018-10-23T17:20:12+02:00Thu, 18th Oct '18, 18:15|

Kien hemm żmien li fih il-Punent lil Robert Mugabe kien jarah ħelu. Il-Punent kien jirrispetta l-ġlieda li kien qed jagħmel favur gvern magħżul mill-maġġoranza fir-Rodeżja għaliex din kienet waħda ġusta. U għall-bidu, l-gvern li kien imexxi kien wieħed għaqli. U fl-istampa internazzjonali ħa l-fama ta' President Afrikan Tajjeb. Mal-medda taż-żmien, fil-pajjiż nibtet il-korruzzjoni, it-tirannija, ir-regħba [...]

Guest Post: Għalfejn ipprotestajt?

By
2018-10-18T16:39:44+02:00Thu, 18th Oct '18, 16:38|

Minn Juanito Camilleri, miktuba nhar it-Tlieta, 16 t'Ottubru wara l-Manifestazzjoni għall-Ġustizzja u Verita'. X’ġabek hawn illum ħabib? Tgħid hi t-trobbija li sawru fik ommok u missierek?  Il-valuri li ħaddnu huma u li int tixtieq li tista’ tkebbes f’uliedek ukoll?... l-onestà, l-integrità, ir-rispett lejn l-awtorità. Jaqaw dawn m’għadhomx moda? Dawn blugħat ta’ min irid jagħmilha tal-ħelu, [...]

L-omelija tat-Tlieta

By
2018-10-18T16:29:00+02:00Thu, 18th Oct '18, 16:29|

Is-soċjeta' ċivili qed tqum. L-ammont ta' nies li ġew nhar it-Tlieta hu tweġiba għall-indifferenza jew it-tmejjil tal-klassi politika għal persuni li jaġixxu biex jiddefendu dak li hu ġust u b'imħabba għal pajjiżhom. In-nies li mxiet nhar it-Tlieta ma weġbits sejħa biex tappoġġja xi partit politiku fuq ieħor. Ma kienux qed jifirħu għal kandidat bit-tama li [...]

Id-diskors ta’ Ana Gomes fis-16 ta’ Ottubru

By
2018-10-19T12:04:34+02:00Thu, 18th Oct '18, 09:18|

Bosta kienu d-diskorsi li saru waqt diversi attivitajiet organizzati fis-16 ta' Ottubru fl-anniversarju tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Spikka, fost oħrajn, it-Testment il-Qadim u t-tielet kapitlu mill-Ecclesiastes 3. Iħabbatha miegħu d-diskors tal-MEP Soċjalista Ana Gomes li sar waqt konferenza organizzata filgħodu mill-MEP David Casa. Segwu d-diskors hawn. https://www.facebook.com/DavidCasaMEP/videos/2073347509352074/

Is-saltna tar-Re tal-Passaporti

By
2018-10-19T12:05:31+02:00Thu, 18th Oct '18, 09:08|

Din l-istorja mxandra minn The Guardian tispjega kif Christian Kaelin ta' Henley & Partners, wara li rranġa biex jiġu finanzjati partiti politiċi, kien ingħata kuntratti esklussivi minn gvernijiet ta' gżejjer fil-Karibew biex ikun jista' jbiegħ il-passaporti tagħhom. Kien jaħdem id f'id ma' SCL (li eventwalment ħolqot il-Cambridge Analytica) u, għalkemm jiċħad li fil-fatt ħallas hu [...]

Go to Top