Is-soċjeta’ ċivili qed tqum. L-ammont ta’ nies li ġew nhar it-Tlieta hu tweġiba għall-indifferenza jew it-tmejjil tal-klassi politika għal persuni li jaġixxu biex jiddefendu dak li hu ġust u b’imħabba għal pajjiżhom.

In-nies li mxiet nhar it-Tlieta ma weġbits sejħa biex tappoġġja xi partit politiku fuq ieħor. Ma kienux qed jifirħu għal kandidat bit-tama li tegħleb oħrajn. Kienu qed jipprotestaw b’appoġġ għal idea: li l-verita’ għandha tirbaħ u l-ġustizzja tintradd.

Wieġbu bħala soċjeta’ ċivili għal kampanja ta’ sena li l-politiċi ħasbu li se tintemm ħafna, ħafna ilu.

Il-Knisja Kattolika ta’ Malta m’għandhiex bżonn min jagħllimha xi rwol għandha fil-komunita’. Min-natura tagħha hi elementi ċentrali tas-soċjeta’ ċivili. Hi attiva fil-komunita’ u għandha ħafna x’tgħid fuq il-ħajja f’dan il-pajjiż. U knisja li tħalli mingħajr kumment l-istat preżenti ta’ Malta tabdika mir-responsabbiltajiet tagħha.

Fr David Cilia qaddes nhar it-Tlieta. Tqabbad mill-Arċisqof Charles Scicluna li me setgħax iqaddes hu għax impenjat għal xahar barra minn Malta. Aqra l-omelija ta’ Dun Cilia. U mhux qed ngħidlek hekk għax f’ħin minnhom jikkwotani li bil-fors hu mument importanti fl-istorja ta-reliġjonijiet tad-dinja.

 

 

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema!”

Għeluq is-sena mill-assassinju ta’ Daphne, u kważi għeluq is-sena mill-funeral tagħha, qegħdin nerġgħu nipproklamaw il-qari li kien pproklamat dak in-nhar tal-funeral.  Nafu li dawn is-siltiet mill-iskrittura kellhom tifsira speċjali għal Daphne.  Fil-ftuħ tal-librett hemm kwotazzjoni mir-Running Commentary tagħha: “Ecclesiastes 3: 1-8 is engraved in my heart” (15 July 2016).  Il-Kelma ta’ Alla hija ħajja u qawwija u qed nerġgħu nduru lejha biex inħalluha tkellimna fiċ-ċirkostanzi tal-lum, sena wara mimlija ħafna emozzjonijiet u taqbid, u ħafna mistoqsijiet.

1. Fiċ-ċirkustanza tal-lum jolqtuni l-aktar tlitt versi mill-ewwel qari:

“Żmien li tgħannaq u żmien li tiċċaħħad mit-tgħanniq”.

“Żmien li tiskot  u żmien li titkellem”

“Żmien it-taqbid, u żmien il-paċi”. 

Ħsiebi llum mmur l-ewwel u qabel kollox fil-ġenituri ta’ Daphne, Michael u Rose, f’żewġha Peter, f’uliedha, li zgur kienu l-aktar persuni għeżież f’din id-dinja, Matthew, Andrew u Paul, ħutha, u n-neputijiet Megan u Amy; għax bla ħtija tagħhom ġew imċaħħda mill-affett tal-għażiża tagħhom.  Ġew imġiegħla minn id kiefra jiċċaħdu mit-tgħanniq ta’ l-għażiża tagħhom.  Inġustizzja kbira.

Daphne kienet persuna li fissret ħafna għal dawk li kienu jafuha mill-qrib.  Laqtuni t-testimonjanzi li taw diversi nies nhar il-Ħadd li għadda fil-Pink Magazine ta-Sunday Times of Malta u li nimmaġina anke llum qegħdin hawn isellmu l-memorja tagħha filwaqt li jitolbu għaliha.  Ippermettuli nikkummenta dawn il-versi bibliċi billi nirreferi għall-esperjenza tagħkom stess:

Samira Jamil: “In Daphne, I found a friend who was sensitive, accessible and intuitive.  She emphatised with me for not having family in Malta and was always there for me.  I believe that, at times, she too felt like a foreigner in her own land”.

Loredana Gatt: “Now I think the only way to honour Daphne is to keep her message going, her fight against corruption and her fight for democracy and justice.  Since Daphne was killed, I have become aware of this on a wider level and more appreciative even of Italian journalists who are fighting battles similar to Daphne’s here in Italy”.

Simone Camilleri: “It is  amazing to me that someone who was always so busy – with her writing, her magazine, her family, visiting her sons as they studied and worked overseas – could still find time to prioritise her friends when they needed her support.  She has made me realize that a true friend is one who will always be there for you, no questions asked”

“I think Daphne definitely valued her sons most in life.  She was always very humble about her own achievements but she lit up when she spoke about her sons’.  She was excited for all the opportunities they had in life and was proud of all they had achieved in their young lives”.

“Her sons were grown-up and living overseas.  Why not retire her blog and focus on her family, her magazine?  Why not leave the country? In typical Daphne fashion, she shrugged off my concerns with a smile and told me that she felt compelled to write because she felt so strongly that Malta deserved better.  It was the first time I truly understood how selfless her sacrifices were”.

“However, since Daphne’s assassination, I vowed to become more vocal and to always speak up for the underdog, I think that is the best way to honour Daphne’s memory”.

Megan Mallia: “Daphne saw beauty where there was none, as she lived with a desire to pull out the weeds in the world and plant flowers in their place.  She certainly did that in a literal sense too – her garden was unlike any I’ve ever seen”.  … “In a world that worships money and power, my aunt Daphne valued life, love and honesty – and a few good laughs over tea and cake in her living room would have made our day”.

Claire Borg: “I looked up to her, with total admiration.  And the fact that she believed in me and took me on board as a food stylist and photographer when I practically knew nothing says a lot about her”. … “Daphne lives in my heart.  That’s how I honour her memory.  I think of her a great deal.  I honour her in my work.  My food photography is a tribute to her”. … “I think Daphne value most the truth, her family and her work, and one lesson I learned from her is never to be afraid.

2.     Jista’ jkun li wara sena nistennew li ssir ġustizzja u li toħroġ il-verita’ dwar minn hu verament responsabbli ta’ dan il-qtil, inħossuna bħal Koħelet li fl-ewwel qari jgħid: “Ħaġa oħra lmaħt taħt ix-xemx: fejn għandu jkun hemm il-ħaqq hemm l-inġustizzja, fejn għandu jkun hemm is-sewwa hemm il-ħażen”.  Għalhekk forsi kull 16 tax-xahar, bi ftit xemgħa u ftit fjuri, kienet issir il-mistoqsija “min qatel lil Daphne?”   Dawk ix-xemgħa u dawk il-fjuri innokwi, li saru sinjal li jdejjaq!   Ma l-awtur sagru ejjew ngħidu: “Il-ġust u l-ħażin Alla jagħmel ħaqq minnhom, għax kull ħaġa għandha waqtha u kull għemil hemm ħaqq għalih”.  Hekk hi r-risposta ukoll tas-Salm Responsorjali “Kemm se ddumu teħduha kontra wieħed waħdu, biex taqilbuħ ilkoll flimkien?  Ħsiebħom biss biex iwaqqgħuh mill-għoli tiegħu”.  U għal din l-esperjenza persekutorja, is-Salmista jafferma: “F’Alla biss il-mistrieħ ta’ ruħi”. Inġedded l-appell li kien għamel l-Arċisqof lil dawk responsabbli mill-qtil ta’ Daphne dak in-nhar tal-funeral fit-3 ta’ Novembru 2017: “Taħrab kemm taħrab mill-ġustizzja tal-bnedmin, mill-Ġustizzja ta’ Alla ma taħrabx.  Indem qabel ikun tard wisq”.   Hi l-indiema l-attenwant quddiem Alla.  Anke lilek, jew anke lilkom Alla jrid isalvakom.  Dan hu d-demm tal-Ħaruf li permezz tiegħu ninfdew minn dak li jixlina!  Hekk qrajna fl-Apokalissi fit-tieni qari.  Avolja nafu li r-rebħa hi tal-ħaruf, l-ġlieda ma tiqafx qabel ma s-sewwa joħroġ rebbieħ.

3. Fl-aħħarnett il-Vanġelu li qrajna jfakkarna li “l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl … kull minn jagħmel il-ħażen jogħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx”.   Hi realta’ li aħna lkoll nġarrbuha fl-esperjenza tal-ħajja soċjali, politika, u Statali.  Naraw dellijiet, dlam, imma anke dawl.   Għalhekk huwa fl-interess ta’ soċjeta’ b’saħħitha, li tirrispetta d-demokrazija u s-separazzjoni tal-poter, li jkollna trasparenza fl-affarijiet pubbliċi, li l-informazzjoni tkun permessa tiċċirkola liberament, li l-ġurnalisti jkunu tassew ħielsa, mhux biss għax mhux imsikkta bħal Daphne, imma lanqas ippersegwitati jew f’biża’ ta’ ritaljazzjoni.  Is-soċjeta’ tagħna jixirqilha aħjar, imma jkollha dak li hi tippermetti.  Għalhekk l-għajta għall-ġustizzja u l-verita’ m’għandhiex tiskot qabel ma tiġi milqugħa.

L-Arċisqof fil-quddiesa tal-funeral huwa hu jindirizza lill-ulied Daphne kien qal, “L-għażiża mama’ tagħkom mietet mewta krudili minn id moħbija ta’ xi ħadd li ħabb id-dlam, aktar mid-dawl għax l-għemil tiegħu kien ħażin.  Qisu li tkunu ulied id-dawl”.   Nistqarr magħkom li d-dinjita’ li urejtu, minkejja l-indinjazzjoni ġusta tagħkom, u l-ħidma tagħkom biex flok id-dlam jidħol id-dawl juri li intom ilqajtu dan l-appell.  Ħadt gost nisma’ l-intervista li Paul ta lis-sit Index on Censorship u fost l-oħrajn qal:

“It’s a very personal thing what motivates a journalist to carry on writing in the face of all those threats and violence,” said Paul, “for my mother it was that you can’t just leave things alone, you can’t let injustice carry on, you can’t, in her words, just let people get away with it.”  (Intervista ma’ Lewis Jennings, 10 Ott 2018).

Ġurnalista ieħor fakkarna:

In her death as in her life, she holds up a mirror to the face of this country and forces us to see the ugliness we deny.

Manuel Delia.

Konkluzjoni.

Sfortunatament fl-Unjoni Ewropea kellna tliet assassinji ta’ ġurnalisti.  Nieħu din l-okkażżjoni biex infakkar u nsellem ukoll il-memorja ta’ Jan Kuciak, 27 sena, maqtul fil-25 ta’ Frar 2018; u Viktoria Marinova, 30 sena, maqtula dan ix-xahar stess.  Kif qal l-Arċisqof fil-messaġġ tiegħu,  “Il-ġurnalisti jeħtieġu l-protezzjoni ta’ l-Istat u tas-soċjeta’ biex iħarsu l-libertajiet taċ-ċittadini kollha”.  Daphne kienet l-ewwel ġurnalista fl-UE li nqatlet, jalla ma nkunux aħna ta’ l-aħħar li nagħmlu ġustizzja.   Il-ġustizzja u l-verita’ jirristabilixxu l-ekwilibriju fis-soċjeta’.

Grazzi lil kull min hu preżenti, għax il-preżenza tagħkom tagħmel differenza.  Hi x-xemgħa li ddawwal id-dlam; hi l-imħabba li ttaffi l-inġustizzja mal-familja ta’ Daphne.  

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem u d-dawl ta’ dejjem jiddi lilha, tistrieħ fis-sliem.  Amen