Tad-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet tal-MFSA, wara li ntebħu bl-istorja dwar il-fatt li proprju din il-ġimgħa għażlu li jagħlqu l-uffiċċji tagħhom nhar ta’ Ġimgħa proprju, ħarġu l-stqarrija li ġejja bi tweġiba:

“Għeżież Edituri, “Il-MFSA tirreferi għal rapporti li xxandru fil-mezzi tax-xandir dwar attività organizzata għall-ħaddiema kollha tagħha, liema attività saret għal raġunijiet ta’ taħriġ u żvilupp u kienet ilha li ġiet ippjanata minn żmien qabel.

Minkejja l-fatt li, aktar kmieni din il-ġimgħa, l-entitajiet liċenzjati kienu ġew avżati b’din l-attività, l-MFSA ħadet ħsieb biex ikollha riżorsi biżżejjed biex jitnaqqas l-inkonvenjent.

L-uffiċċji tal-MFSA jinsabu miftuħin bis-servizz tar-reception jaħdem normali u t-telefonati u l-emails li tirċivi l-Awtorità qed jiġu mwieġba fil-pront. Ix-xogħol li qed isir fuq il-każ tas-Satabank mhux se jiġi effettwat minn din l-attività.”

Tislijiet, Communications”

Serraħtu raskom xi ftit?