Mistoqsijiet li Owen Bonnici jeħtieġ iwieġeb

By
2022-11-06T20:27:34+01:00Sun, 6th Nov '22, 08:50|

Qaddej ieħor ta' Joseph Muscat għadu kemm għadda lejl f'Kordin - isem ieħor f'lista ta' ismijiet li hi ħafna iqsar milli għandha tkun. Sigmund Mifsud, eks kandidat tal-Partit Laburista, tant kien lagħqi ta' Joseph Muscat li kien organizza kunċert mill-orkestra nazzjonali li matulu daqqew il-kanzunetti favoriti ta' Muscat. Għaliex, tafu intom, ninsabu fil-Korea ta' Fuq. [...]

Il-mostru mafjuż jinqered biss bis-saħħa tal-edukazzjoni

By
2022-11-02T11:05:56+01:00Wed, 2nd Nov '22, 09:17|

Il-bidla soċjali tista' sseħħ biss bis-saħħa tat-tixrid tal-edukazzjoni. Għal snin twal, tgħallimna r-regoli tal-iġjene mingħand it-tfal li, min-naħa tagħhom, ikunu tgħallmuha minn fuq il-bankijiet tal-iskola. L-istess jista' jingħad għall-oqma tal-ambjent u tal-konsum ta' ikel bnin: huma proprju t-tfal li jmissu l-kuxjenza tal-ġenituri tagħhom. Lill-mafja wieħed jista' jiqfilha billi jippromwovi l-ħidma tal-istituzzjonijiet kif ukoll lill-isforzi li [...]

#occupyjustice: Għanqbuta ta’ korruzzjoni

By
2022-11-02T13:23:50+01:00Sat, 29th Oct '22, 06:48|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Wasal iż-żmien li nnaddfu l-għanqbuta tal-korruzzjoni Aktar kmieni llejla, attivisti ta' #occupyjustice armaw għanqbuta quddiem dak li kien l-uffiċċju tal-Pilatus Bank f'Ta' Xbiex. Ma kinitx xi ċajta tal-Halloween. Għaddew 'l fuq minn sitt snin minn dakinhar li l-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia bdiet ix-xogħol investigattiv tagħha dwar il-Pilatus Bank u - s'issa [...]

Sejħa lis-soċjalisti li għad fadal fil-Partit Laburista

By
2022-11-02T10:15:28+01:00Fri, 21st Oct '22, 12:26|

F'każ li ma tistaqsix il-mistoqsijiet li biħsiebni li nagħmel, imissek tistaqsi lilek innifsek mistoqsija oħra: int tassew temmen fit-twemmin soċjalista jew inkella moħħok biss fil-partit bħalma jkun moħħu fil-klabb favorit tiegħu tal-futbol partitarju akkanit? Għaliex kellhom ikunu l-ewroparlamentari Laburisti Maltin l-uniċi minn fost is-soċjalisti li vvutaw kontra riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f'Malta f'għeluq [...]

Se naslu: Dimostrazzjoni nhar il-Ħadd

By
2022-11-02T10:17:00+01:00Thu, 20th Oct '22, 14:05|

Stqarrija ta' Repubblika, #occupyjustice, u manueldelia.com: F’pajjiżna hawn klikka ta’ persuni li ma jriduniex naslu. Huma mwerwrin mill-ġustizzja. Qed jagħmlu minn kollox biex jirreżistu l-bidla. Imma aħna determinati li naslu. U se naslu. Ir-rebħa ta’ Repubblika lbieraħ fil-Qorti Kostituzzjonali ta’ pajjiżna hi waħda storika. Il-Maġistrat Nadina Lia, minflok iġġieldet lill-kriminali, kienet ta’ ostaklu għall-ġustizzja. L-ogħla [...]

Ir-reputazzjoni ta’ Malta tibda’ tissewwa’ kemm il-darba jkollna l-ħila nuru lid-dinja li aħna pajjiż serju

By
2022-10-20T15:16:29+02:00Thu, 20th Oct '22, 13:48|

Dan li ġej ma ktibtux sabiex nirribatti dak li kiteb Raphael Vassallo l-bieraħ. Il-fehmiet tiegħi ma nfassalhomx apposta sabiex nirribatti lil min l-espressjoni "niġi, naqa' u nqum" għamilha l-alla tiegħu. Mhux ser insejħilhom raġunijiet, iżda jekk ma tridx tibqa' tinkwieta u fl-istess ħin tħoss sodisfazzjon tisma' li l-uniċi ewroparlamentari li vvutaw flimkien ma' erba' mis-sitt [...]

Fil-Parlament Ewropew: erba’ Laburisti Maltin u sitt Faxxisti Ġermaniżi l-uniċi li vvutaw kontra sejjħa sabiex tintemm l-impunità f’Malta

By
2022-10-20T14:15:35+02:00Thu, 20th Oct '22, 13:24|

Illum l-erbgħa Ewroparlamentari Laburisti Maltin reġgħu sabu ruħhom weħidhom u abbandunati mill-Grupp Soċjalista wara li ttieħed vot fil-Parlament Ewropew li b'maġġoranza kbira ħafna għadda riżoluzzjoni f'għeluq il-5 sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u li permez tagħha sejjaħ biex tieqaf l-impunità fil-konfront ta' Joseph Muscat u l-klikka tiegħu. Is-6 Ewroparlamentari l-oħra li vvutaw kontra r-riżoluzzjoni [...]

Din hi l-mibgħeda li jrid jeħlisna minnha Engerer?

By
2022-10-18T20:39:46+02:00Tue, 18th Oct '22, 15:07|

Dan li ġej qed inxandru mhux għaliex hu xi ħaġa ta' barra minn hawn. Tant nara eżempji bħalu li nippreferi li ninjorah. Iżda Cyrus Engerer qabbiżhieli hu u jilgħabha tal-qaddis miexi fl-art bir-raġġiera fuq rasu meta ddikjara li huwa vittma tal-klassiżmu, tal-partiġġjaniżmu u tal-mibgħeda. Cyrus Engerer ma jiddejjaq xejn li jipprova jqarraq. Dan ta' hawn [...]

Infakkru lil Daphne

By
2022-10-16T16:11:32+02:00Sun, 16th Oct '22, 08:25|

Matul il-ġurnata tal-lum qed jittellgħu attivitajiet li jfakkru l-ħames sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dawn l-attivitajiet huma meħtieġa għal numru ta' raġunijiet. L-ewwelnett jeħtieġ li ssir ġustizzja ma' dawk li qatlu lil Daphne. Tlieta minnhom jinsabu jiskuntaw piena ta' ħabs. Tlieta oħra qed jistennew li jgħaddu ġuri. Jista' jkun li hemm oħrajn imdaħħlin li [...]

Illum għamilna pass ta’ ġgant

By
2022-10-16T09:23:45+02:00Fri, 14th Oct '22, 18:47|

Għall-ħabta tat-3pm, mill-iżbarra Ġorġ Degiorgio deher ikellem lill-avukati tiegħu minn taħt l-ilsien. Dalgħodu lmenta f'wiċċ l-avukati tal-għajnuna legali u qalilhom li dawn ma kinux ippreparati sewwa u għaldaqstant ma setgħux jitkellmu f'ismu u f'isem ħuh. Issa beda' jkellimhom b'ton aktar edukat. L-Imħallef ħadet postha fis-sedja, iżda Simon Micallef Stafrace, wieħed mill-avukati tal-għajnuna legali stqarr li [...]

Lill-Faxxisti jeħtieġ li nibqgħu niqfulhom

By
2022-10-16T09:29:05+02:00Tue, 11th Oct '22, 12:24|

Il-portavuċi tal-Prim Ministru Robert Abela - Karl Stagno Navarra - ħa għalih talli l-president ta' Repubblika Robert Aquilina stqarr li tnikket meta sema' li l-Partit Laburista ser isejjaħ laqgħa għall-partitarji tiegħu fis-16 ta' Ottubru, jum li jaħbat il-ħames anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. L-istqarrija ta' Robert Aquilina, Karl Stagno Navarra fehemha bħala [...]

Dokumentarju ġdid

By
2022-10-16T09:30:21+02:00Sun, 9th Oct '22, 11:05|

Nhar l-Erbgħa li ġej ser inxandru dokumentarju ġdid li nħadem minn Repubblika flimkien ma' Occupy Justice li jittratta dwar il-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia bħala ġurnalista. Dan id-dokumentarju ser jitfa' dawl fuq l-istejjer prinċipali li kienet ħadmet fuqhom sakemm ħajjitha nħasdet qasir il-għomor u dwar kif, minn dakinhar, spiċċaw dawn l-istejjer. Dan id-dokumentarju jagħmel parti [...]

Għala bqajna nirsistu

By
2022-10-16T09:32:17+02:00Sun, 9th Oct '22, 09:18|

Minkejja l-kitba u d-diskorsi kollha li nagħmel, jista' jagħti l-każ li għadni mgħarraq fl-inġenwinità. L-imġiba tal-gvern u tal-Partit Laburista xorta waħda baqgħet tiddiżappuntani. Wieħed irid ikun baħnan jekk jistenna imġiba aħjar minn dawn in-nies. Ma jiswew assolutament xejn id-diskorsi sbieħ li jagħmlu dwar l-impenn li suppost għandhom favur is-saltna tad-dritt u li l-ġurnaliżmu hu r-raba' [...]

Bla żejt f’wiċċu

By
2022-10-06T19:50:08+02:00Wed, 5th Oct '22, 16:53|

It-One TV xandar rapport dwar laqgħa li kellu Byron Camilleri mal-kap tal-oppożizzjoni tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya. Silta minn dan ir-rapport tgħid hekk: “Tul din il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni ġewwa l-Belarus u l-isforzi tal-Unjoni Ewropea, li Malta tappoġġa, sabiex iżomm kuntatt u diskussjoni għaddejja mas-soċjetà ċivili f’dan il-pajjiż sabiex jerġgħu lura għan-normal id-drittijiet bażiċi li jiggwidaw kull [...]

Go to Top