Nintagħrfu mis-skiet tagħna

By
2023-04-11T10:42:50+02:00Tue, 11th Apr '23, 08:30|

L-awtoritiajiet Maltin lanqas biss indenjaw ruħhom li jiċħdu. Diversi NGOs xlew lil Malta li ordnat lill-bastimenti merkantili sabiex ma jagħtux l-għajnuna tagħhom lill-migranti li jinsabu f'diffikultà, minkejja li dawn ilhom ġranet sħaħ f'periklu tal-għarqa f'nofs baħar imqalleb jistennew bil-ħerqa li xi ħadd iħenn għalihom u jiġu salvati. Dan hu livell ta' kefrija li ma jitwemminx: [...]

Jason Azzopardi m’għandu bżonn lil ħadd biex jaqbeż għalih. Iżda l-klijenti tiegħu jeħtieġ li jkun hemm min jaqbeż għalihom

By
2023-04-08T20:09:27+02:00Sat, 8th Apr '23, 08:52|

Lil min ma jaraniex ħelwin, ma nlaqqmuħx li huwa mafjuż kif ġieb u laħaq. Dan m'huwiex xi laqam li joqgħod tajjeb ma' kull ċirkostanza ostili. Li kieku kellna napplikaw il-laqam b'dan il-mod, inkunu qed inċajpru t-tifsira vera tiegħu u nibdew nagħmlu ħafna għaġeb fuq kollox. Il-poster li ddendel fil-vetrina tan-negozju ta' karrozzi sekondaman ta' Christian [...]

Tħallux il-ħolm jiġri bikom

By
2023-04-06T17:48:41+02:00Thu, 6th Apr '23, 07:39|

Għall-mument immaġinaw li Rosianne Cutajar kienet membru parlamentari Nazzjonalista u mhux politiku Laburista. Din m'hix xi ħaġa ta' barra minn hawn. Il-PN ukoll kellu wħud fi ħdanu li kienu nqabdu f'imġieba mhux xierqa u li, bħal Rosianne Cutajar, spiċċaw biex twarrbu mill-partit tagħhom stess. Għalkemm, kuntrarjament għal dak li seħħ fil-każ tagħha, dawn ma damux [...]

Il-kbir tabilħaqq għadu ġej

By
2023-04-04T17:07:12+02:00Tue, 4th Apr '23, 13:10|

Montage: Lovin Malta "X'inbidel?" staqsiet Rosianne Cutajar b'mod retoriku. Dakinhar li pinġieha bħala kandidata totalment leġittima għall-elezzjoni ġenerali tal-2022,  Rosianne Cutajar għamlet tabirruħha li kienet qed temmen id-diskors fieragħ ta' Robert Abela. Dak iż-żmien, Robert Abela kien stqarr li Rosianne Cutajar kienet għamlet tajjeb għan-nuqqasijiet tagħha dakinhar li nkixfet li kienet f'relazzjoni mhux [...]

Il-Partit Laburista nkarnat li jobżoq il-ħdura u l-mibgħeda

By
2023-04-04T11:29:24+02:00Tue, 4th Apr '23, 08:57|

Għal għexieren ta' snin, kemm taħt Alfred Sant kif ukoll taħt Joseph Muscat, Manwel Cuschieri kien imexxi programm fuq ir-radju tal-Partit Laburista li l-għan tiegħu kien li jobżoq il-ħdura u l-mibgħeda kontra "l-għedewwa tal-poplu". Wara Goebbels u qabel tfaċċaw fix-xena l-propagandisti ta' Trump, Malta kellha lil Manwel Cuschieri. Flimkien ma' qaddejja oħra ta' Joseph Muscat, [...]

Bidla fl-imġieba u fil-mentalità

By
2023-04-03T16:07:24+02:00Mon, 3rd Apr '23, 11:03|

“Tletin sena ilu, kien hemm numru ta' politiċi li kien jisħoqqilhom l-ammirazzjoni tagħna. Illum politiċi bħal dawn ma ssibhomx b'nemes”. Hekk stqarret il-President uxxenti tal-Kamra tal-Kummerċ lit-Times of Malta. M'għandix dubju li se ssib ħafna li jaqblu magħha (ħlief forsi Rosianne Cutajar). Wieħed ikun jeħtieġ li jifhem il-kuntest ta' stqarrija bħal din. Ma nistgħux niġru [...]

Il-politika tal-ħalliel li jqassam iċ-ċejċa

By
2023-03-31T11:16:12+02:00Fri, 31st Mar '23, 08:24|

Wara sensiela ta' kawżi fil-qorti, ftakarna dwar dak li kien iseħħ fis-snin 70 meta l-gvern Laburista kien jirrekwiżizzjona djar privati - bl-iskuża li dawn kellhom iservu bħala akkomodazzjoni għal "skop soċjali" - li kienu jispiċċaw mgħoddijin lill-Partit Laburista. Għall-bidu dawn kienu jservu bħala każini politiċi. Illum dawn inbidlu fi ħwienet tax-xorb u f'ristoranti għall-benefiċċju tal-Partit [...]

Kif ikun kunflitt ta’ interess

By
2023-03-30T17:55:00+02:00Thu, 30th Mar '23, 07:55|

Ritratt: The Malta Independent Wara li sa fl-aħħar ixxandar rapport intern li kkonkluda dak li ilna konna nafu bih kemm ilu li kien siefer lejn Las Vegas minn fuq dahar Yorgen Fenech, Joseph Cuschieri mhux biss wieġeb li, skont hu, ma kien għamel xejn ħażin. Wieġeb li ma jaħsibx li kien għamel xi [...]

Malta teħtieġ soluzzjoni politika

By
2023-03-27T20:44:24+02:00Mon, 27th Mar '23, 10:53|

B'mod konsistenti s-sondaġġi jindikaw li wieħed minn żewġ realtajiet - li kważi ma nbidlu qatt mill-2008 'l hawn - issa ħa xejra ġdida. Ir-realtà li baqgħet magħna hi dik li turi li, kieku kellha ssir elezzjoni għada, tal-Labour għandhom jirbħu b'maġġoranza komda. Iżda l-vantaġġ li huma għandhom illum huwa bil-bosta akbar minn kull vantaġġ li [...]

Kompli ħaffer Ros!

By
2023-03-22T14:26:51+01:00Wed, 22nd Mar '23, 12:59|

Kull min għadu qed jittama li l-konversazzjonijiet tal-WhatsApp li nkixfu u li għaddew bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech huma foloz għandu jifhem li Rosianne Cutajar stqarret pubblikament li dawn il-konversazzjonijiet huma awtentiċi. Illum talbet lill-qorti u lill-avukat ġenerali biex "jittieħdu passi" kontra Mark Camilleri talli dan xandarhom. Li kieku ma kienux awtentiċi, ma kienitx [...]

X’iwassal biex konversazzjonijiet tal-WhatsApp mal-eks maħbub tiegħek jixgħalu pajjiż sħiħ?

By
2023-03-22T12:24:31+01:00Wed, 22nd Mar '23, 09:39|

Pubblikament qed nagħmel ħilti kollha biex ma nitkażax bil-kontenut taċ-chats bejn Cutajar u Fenech għalkemm, bejn l-erba' ħitan ta' dari, nammetti ma qgħadtx lura milli nkemmex xufftejja. Qed igħaddu wkoll minn għala widnejja l-kummenti ta' xi wħud li qed jistaqsu għandniex noqgħodu nissindikaw l-imġieba ta' ħaddieħor, anki jekk dik il-"ħaddieħor" inzerta li hi membru parlamentari [...]

Il-ħadma tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro: Robert Abela għadu “diżgustat”?

By
2023-03-21T11:29:24+01:00Tue, 21st Mar '23, 09:05|

F'Ġunju tal-2020, Robert Abela kien ilu Prim Ministru għal anqas minn 6 xhur. Dan kien żmien li matulu xterdet l-aħbar li, fuq medda ta' 3 ġimgħat, l-Enemalta kienet imliet il-bwiet ta' Yorgen Fenech bi kważi €5 miljun biex dan seta' jagħmilha ta' sensar f'negozju li sewa' inqas minn nofs il-flus li kien daħħal f'butu. Dan [...]

Qerq li jixraqlu li jixxarrab b’beżqa

By
2023-03-19T17:47:58+01:00Sun, 19th Mar '23, 11:03|

Jidher li t-tmexxija tal-Partit Laburista baqgħet storduta bid-damdima li qalgħet wara li l-qorti qatgħet is-sentenza u ddikjarat li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet li tant kienu ftaħru biha mhux biss kienet waħda illegali iżda kienet wkoll waħda qarrieqa u frawdolenti. Is-sentenza li tat il-qorti ma jidhirx li ssorprendiethom daqshekk. Fil-fatt ma tantx damu biex iddikjaraw li ma kienx [...]

Ġidra

By
2023-03-17T21:25:04+01:00Fri, 17th Mar '23, 14:35|

Kont qed intella' u nniżżel għandix naqsam dan il-filmat magħkom. Dan inġibed minn fuq screen u li juri silta minn programm ta' TVM li hu intenzjonat li jwassal lit-telespettaturi tagħrif edukattiv dwar is-saħħa. Tat-TVM jistiednu tobba kwalifikati u jaqfluhom f'kamra flimkien ma' baħnan u ġidra mill-aktar inkompetenti f'verżjoni perversa ta' Big Brother li matulu t-tabib [...]

Ikun tajjeb jekk nagħmlu xi ftit tal-paraguni

By
2023-03-16T10:51:31+01:00Thu, 16th Mar '23, 07:41|

Xi ġranet ilu, ktibt dwar "l-għarbiel ta' Lawrence Gonzi" jien u nagħmel paragun bejn il-livell ta' governanza mill-2013 'l hawn u l-livelli li konna mistennijin li nilħqu qabel dik is-sena. Minħabba dak li ktibt, kien hemm min ħa għalih u kien hemm min fakkarni li żmien Gonzi kien mimli difetti u l-iżbalji li kienu saru [...]

Il-ħadma tal-Isptarijiet: bomba li għad trid tisplodi?

By
2023-03-13T21:53:12+01:00Mon, 13th Mar '23, 07:07|

Wara li għamel jiem u ġimgħat sħaħ jinjora problema kbira li mingħalih seta' jsib tarfha billi jidfinha taħt it-trab, Robert Abela stembaħ - x'aktarx li heżżu s-sondaġġ tal-Malta Today tal-bieraħ - u stqarr li kien ser jaħdem biex jintraddu lura l-miljuni li kienu tħallsu lil Steward biex jitranġaw l-isptarijiet. Bil-fatt li dam dan iż-żmien kollu [...]

Tellieqa bejniethom dwar min għandu l-ħila jaħtaf l-aktar

By
2023-03-10T23:13:11+01:00Fri, 10th Mar '23, 06:52|

Il-bieraħ Bernard Grech laqat il-musmar fuq rasu. Fl-għaxar sena ta' gvern Laburista nfakkru deċennju li matulu l-imġieba bażika f'dik li hi governanza ġiet injorata b'mod sistematiku u l-politika ma baqgħetx strument li bis-saħħa tiegħu jseħħu tibdiliet li jkunu fl-interess pubbliku, iżda nbidlet f'għodda li tintuża bil-għan li jinqdew l-interessi tal-bażużli. Tal-Partit Laburista wieġbu billi stqarrew [...]

Il-ħadma tal-Isptarijiet: għad fadlilna x’nisimgħu

By
2023-03-02T22:21:04+01:00Thu, 2nd Mar '23, 18:36|

Joseph Muscat igħid li jaqbel li l-ħadma tal-isptarijiet tiġi mgħoddija mill-għarbiel. Tafu kif?  Ippermettuli nfiehemkom xi jrid ifisser b'diskors bħal dan. Ma jridx ifisser li, kemm il-darba nkomplu ngħarblu l-kuntratt, m'aħna ser insibu xejn ħażin. Iżda jrid ifisser li, aktar jiġi mgħarbel il-kuntratt, aktar ser jinkixef ħmieġ u aktar ser jinkixfu aktar persuni mċappsin. Joseph [...]

Go to Top