Ma naħsibx li qed jagħmlu taħthom bil-biża’

By
2022-09-02T15:51:24+02:00Fri, 2nd Sep '22, 12:44|

Sandro Camilleri għadu kemm inħatar kap tal-anti-money laundering unit tal-korp tal-Pulizija. F'moħħi dan l-imbierek nistħajlu qisu karikatura tiegħu innifsu. Madwar 4 snin ilu kont ktibt artiklu dwaru bit-titlu Inspector Big. Bosta huma dawk li qed itellgħu ritratti mill-album ta' Sandro Camilleri fil-mezzi soċjali.  U ttellgħu wkoll links għaż-żmien li matulu Daphne Caruana Galizia kienet tellgħet [...]

Iridu jkomplu jħabblu l-kobba. Mhux isibu tarfha

By
2022-09-01T16:02:06+02:00Thu, 1st Sep '22, 10:23|

Dawk li baqgħu sal-lum jgħattu xtur Joseph Muscat ilhom għal snin twal jippruvaw jaħbu sigrieti li darba kienu maqfulin f'kaxxaforti miżmum fil-kċina tal-Pilatus Bank f'Whitehall Mansions, Ta’ Xbiex. Wieħed mill-aktar qaddejja importanti ta' Joseph Muscat kien il-ħabib u avukat tiegħu Pawlu Lia. Lia u Muscat ilhom midħla ta' xulxin. Dakinhar li Joseph Muscat kellu jieħu [...]

Ħarqitu x-xemx

By
2022-09-02T14:00:20+02:00Thu, 1st Sep '22, 09:00|

Photo: Jonathan Borg/Times of Malta Ma ħadtux nifs 'il ġewwa malli sirtu tafu li l-prim ministru tagħna kien ser jinterrompi l-btala kważi permanenti tiegħu biex jilqa' prim ministru ta' pajjiż ieħor? Kemm jidher b'saħħtu. Innutaw kemm ħarqitu x-xemx. Tant qatta' ħin jilgħaq ix-xemx li swied aktar mill-prim ministru Libjan li jgħix f'deżert.

Ħames snin

By
2022-09-02T15:46:32+02:00Thu, 1st Sep '22, 08:56|

Ix-xahar id-dieħel se nfakkru l-ħames sena minn meta l-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia brutalment ħasdu lil ħajjitha kif ukoll lix-xogħol tagħha. F'Ottubru se nagħlqu ħames snin nissieltu flimkien għal ġustizzja kemm għaliha kif ukoll għal familtha u għal pajjiżna. Ġlieda li għadha ma ntemmitx u li fadlilha snin twal qabel tintemm. Repubblika, #occupyjustice, u din [...]

Żewġ rwoli. Kunflitt wieħed

By
2022-09-01T15:52:55+02:00Tue, 30th Aug '22, 08:50|

Tat-Times of Malta kkwotaw it-tweġibiet li ta l-kelliem tal-PN għall-Intern lil "dawk kollha li skantaw bid-deċiżjoni tal-avukat u deputat tal-PN Joe Giglio li jiddefendi wieħed mill-akkużati u li fl-istess waqt qisu l-fatt ironiku li membru parlamentari tal-Oppożizzjoni qed jirrappreżenta lil min jinsab mixli b'korruzzjoni f'ħadma li wkoll jinsab imdaħħal fiha ministru tal-Partit Laburista." Giglio "tenna [...]

Ħbieb jew għedewwa?

By
2022-09-01T17:45:30+02:00Thu, 25th Aug '22, 10:58|

Ikkritikajt lil Joe Giglio u, b'mod impliċitu lil Alex Borg, għall-istqarrija li ħareġ il-PN u li permezz tagħha ppropona li biex jinstab tarf għall-problemi marbutin mas-sigurtà fil-pajjiż, jeħtieġ li b'mod "immedjat" jitkeċċew dawk il-barranin li jwettqu delitt u jiksru l-liġijiet tal-pajjiż. Il-kliem vag u iebes u n-natura intrinsikament diskriminatorja ta' din l-istqarrija turi li hi [...]

Allat foloz

By
2022-08-20T12:37:21+02:00Fri, 19th Aug '22, 17:59|

Il-każ kontra l-kappillan ta' Marsaxlokk iqajjem l-interess tal-midja għal ħafna raġunijiet. Għalkemm is-soċjetà tagħna qed issir aktar sekulari aktar ma jgħaddi żmien, xorta npoġġu l-qassisin fuq pedestal. Meta jiżbalja wieħed minnhom, l-iskandlu jinħass doppju. L-aktar  aħbar li qajmet l-interess tal-pubbliku kienet li nefaq għexieren ta' eluf ta' ewro fuq pornografija. Mhux reat li tonfoq il-flus [...]

Dawn ukoll għandhom il-vot

By
2022-08-19T18:08:07+02:00Fri, 19th Aug '22, 11:35|

M'iniex qed nikteb din biex inwaqqagħlek il-moral, għalkemm inħoss ċertu solidarjetà jekk ma nibqax waħdi. Żgur li kultant titħassbu dwar x'jagħmlu online ċertu nies, kif jagħtu appoġġ lill-eroj tagħhom minkejja l-evidenza kollha li m'hemm xejn erojku dwarhom, jew kif il-Labour jibqa' jirbaħ l-elezzjonijiet. Lovin Malta tellgħu dan l-artiklu (nimmaġina bi ħlas) dwar kemm tela' l-premju [...]

Il-flus fejn marru?

By
2022-08-18T11:19:30+02:00Wed, 17th Aug '22, 10:25|

Id-deċiżjoni tal-Junior College li jippermettu lill-istudenti li jtemmu l-kors ta' studji tagħhom f'livell avvanzat fuq medda ta' erba' snin minflok sentejn u dan sabiex ikunu jistgħu jaqilgħu x'jieklu għall-familji li jiddependu minnhom, hi ġusta. Hawn familji li mhumiex ilaħħqu u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom ma tippermettilhomx li jħallu lil uliedhom ta' 16-il sena jattendu l-iskola [...]

Erġajna koppi

By
2022-08-16T18:49:24+02:00Tue, 16th Aug '22, 15:54|

Dalgħodu xandart storja li ġiegħlet lil Adrian Delia jieħu għalih. Fit-tweġiba li xandar,  għajjarni giddieb. Xandart dan kollu biex nuri li mhux veru li jien gdibt. Sadattant, tat-Times of Malta tkellmu dwar il-kwistjoni huma wkoll u fis-sustanza kkonfermaw ir-rapport tiegħi inkluż il-fatt li Joseph Muscat kien semma' lil Adrian Delia bħala avukat għall-klabbijiet tal-futbol tal-premier [...]

Iż-żiemel li darba kien ta’ Trojja

By
2022-08-16T15:11:04+02:00Tue, 16th Aug '22, 13:21|

Adrian Delia qara l-kitba li jien xandart dalgħodu. Huwa wieġeb permezz tal-Facebook u, fost affarijiet oħra, għajjarni giddieb. Aktar tard, x'aktarx għaliex xi ħadd spjegalu kif jien kont sirt naf li Joseph Muscat kien għażlu biex ikun wieħed mill-avukati tal-għaqda tal-klabbijiet tal-futbol tal-premier fin-negozjati li ser isiru mal-MFA, huwa kiteb dan li ġej: Avukat li [...]

Joseph Muscat jerġa’ jdaħħal lil Adrian Delia fil-kamp tal-futbol tal-premier

By
2022-08-16T15:08:42+02:00Tue, 16th Aug '22, 08:39|

Joseph Muscat għażel lil Adrian Delia biex ikun wieħed minn żewġ avukati li, f'isem il-klabbijiet tal-premier, ser jinnegozjaw mal-MFA. Adrian Delia ser jaħdem id f'id ma' Jean Farrugia, wieħed mis-sidien ta' DF Advocates, ditta legali li fl-imgħoddi kienet ċaħdet li kellha rabtiet fil-qrib ma' Keith Schembri meta dan kien iċ-chief of staff fl-uffiċċju tal-prim ministru. [...]

Trattament speċjali

By
2022-08-10T20:13:44+02:00Tue, 9th Aug '22, 12:39|

Joseph Muscat ilmenta li l-istituzzjonijiet qed jaġixxu bil-qorti kontra sħabu sforz il-pressjoni ġejja minn dawk "tas-soltu". Fi kliem ieħor, qed jinsinwa li l-pulizija ddeċidiet li ttella' l-qorti lil Frederick Azzopardi biex tidher li qed tagħmel xi ħaġa u biex teħles minn dawk li qed isejħu għat-twettiq tal-ġustizzja. Ċertament inkunu boloh kemm-il darba nibilgħuha li l-Pulizija [...]

Il-ġeneral u l-erba’ qtates tiegħu

By
2022-08-13T12:38:28+02:00Tue, 9th Aug '22, 09:34|

Lill-eluf li fl-2019 kienu nġabru biex jipprotestaw fit-toroq u li spiċċaw biex niżżlu lil Joseph Muscat mis-setgħa, kienu sejħulhom "erba’ qtates". Mela jekk dawk l-eluf kienu "erba' qtates", x'naqbdu nsejħulhom dawk il-waħdiet li tfaċċaw dalgħodu quddiem il-bieb tal-qorti biex iċapċpu u jtaptpu fuq dahar Frederick Azzopardi? Illum kellna l-okkażjoni naraw il-baħar jaqsam bejn il-fantasiji ta' [...]

Go to Top