Ġifa jgħatti xtur il-ġwejjef

By
2018-09-20T11:46:08+02:00Tue, 18th Sep '18, 15:26|

Id-dokument iffirmat mill-pulizija li jinsab inkwadrat hawn jiċċertifika li l-gvern, permezz tal-impjegati tiegħu, neħħa strixxun bil-bandiera ta' Malta, b'wiċċ il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u bil-kelma ‘Ġustizzja’ stampata fuqu b'tipi grassi. Kaxkru magħhom ukoll il-fjuri u x-xemgħat u ħallew warajhom mandra sħiħa. Huma u jneħħu l-istrixxun, dawn il-ħaddiema għamlulu l-ħsara. Ninsab bla kliem. Din m'hi [...]

Tlabt lill-Qorti tħarisna mit-theddid tal-gvern kontra l-libertà tal-kelma

By
2018-09-17T14:08:20+02:00Sat, 15th Sep '18, 22:18|

Il-lejla, bil-għajnuna tal-avukati Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Eve Borg Costanzi u Therese Comodini Cachia kif ukoll ta' 61 avukat ieħor, għamilt talba lill-Qorti biex tiftaħ barra l-ħin legali u sabiex tikkunsidra t-talba tiegħi biex il-gvern jiġi ordnat ma jneħħix il-mafkar ta' protesta li hemm f'Misraħ l-Assedju l-Kbir. L-Imħallef Noel Cuschieri rċieva t-talba tiegħi u ħareġ [...]

Rapport lill-Pulizija

By
2018-09-17T14:05:14+02:00Sat, 15th Sep '18, 15:02|

Għadni kemm issottomettejt dan ir-rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar it-tneħħija ta' kartellun li waħħalna dalgħodu quddiem ilbini tal-Qorti: Sur Kummissarju, Kif forsi diġà taf, dalgħodu jiena personalment flimkien ma’ numru ta’ attivisti oħra poġġejna banner li kien juri l-bandiera ta’ Malta, il-kelma “ĠUSTIZZJA” u wiċċ il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab [...]

De Volkskrant: il-gvern Malti “xxukkjat” bil-ħrara ta’ investigatur tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2018-09-17T14:03:46+02:00Sat, 15th Sep '18, 14:50|

Il-ġurnal de Volkskrant xandar rapport li fih inkiteb li l-awtoritajiet Maltin huma xxukkjati minħabba l-ħrara u d-determinazzjoni tal-MP Pieter Omtzigt li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex iniedi rapport dwar jekk l-investizgazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia humiex verament indipendenti. Skond ir-rapport, Pieter Omtzigt għandu fama fl-Olanda ta' "kelb tal-għassa" li, biex isib tarf [...]

Fil-Bidnija

By
2018-09-17T14:00:46+02:00Sat, 15th Sep '18, 14:17|

Dawn ir-ritratti nġibdu llum wara nofsinhar. Is-sejħa biex issir ġustizzja għalqet 11 il-xahar. U għadha tidwi. 

Kunsilliera Laburisti jivvutaw kontra l-għoti ta’ rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia mill-kunsill tal-lokalità tagħha

By
2018-09-17T14:07:02+02:00Sat, 15th Sep '18, 13:49|

Kunsilliera Laburisti Mostin ivvutaw kontra mozzjoni li saret sabiex Daphne Caruana Galizia tingħata rikonoxximent fiċ-ċerimonja li ssir kull sena fil-lokalità. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li huwa wkoll ir-rappreżentant ta' Malta dwar l-awtonomija lokali u d-demokratizzazzjoni, Mario Fava, xandar dan il-post li permezz tiegħu kkritika dawk il-Kunsilliera tal-Mosta li appoġġjaw l-għoti tar-rikonoxximent lil Daphne Caruana Galizia. [...]

Kunu afu x’inhuma drittijietkom

By
2018-09-17T13:55:29+02:00Sat, 15th Sep '18, 13:33|

Illum waqt li kient qed tittieħed azzjoni mill-attivisti tas-soċjetà ċivili biswit il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, kien hemm uħud li lill-attivisti qalulhom li "issa żżejjed". L-azzjoni ttieħdet waqt protesta fis-skiet li fiha ddendel kartellun kbir u tqiegħdu l-fjuri u  x-xemgħat. Ċertament ħadd ma tefaż xi bomba. U minkejja dan qed igħidulna li "issa żżejjed" għaliex hemm [...]

Difiża tat-tarka tad-demokrazija

By
2018-09-15T14:56:08+02:00Wed, 12th Sep '18, 22:31|

Ma nafx jekk Jean Claude Juncker, qabel tkellem illum, kienx ġie muri ritratt tal-mod kif il-makfar tal-Assedju l-Kbir ġie mdawwar bil-barrikati minn nhar il-Ħadd l'hawn. Li ċertament huwa żgur hu li kellu f'moħħu lil Malta u lil Daphne Caruana Galizia meta stqarr li numru kbir ta' ġurnalisti fl-Unjoni Ewropea kienu qed jiġu "intimidati, attakkati u [...]

Malta 2018

By
2018-09-11T23:33:17+02:00Tue, 11th Sep '18, 17:07|

Mara xtrat tliet xemgħat u daħħlet id-driegħha bejn il-barrieri tal-pulizija biex tqiegħedhom fuq it-taraġ ta' pjazza pubblika. Mara oħra li kienet fit-triq avviċinatha, ġibdet erba' ritratti ta' din il-mara permezz tal-mobile hi u tqiegħed ix-xemgħat. Ċertament ma ġibditx ir-ritratti minħabba xi sens ta' ammirazzjoni li ħasset għall-mara l-oħra. Il-bieraħ l-ewwel mara qiegħdet ix-xemgħat fl-istess post. [...]

Bloomberg: kif Malta tilfet ir-ruħ tagħha

By
2018-09-15T14:57:40+02:00Tue, 11th Sep '18, 13:48|

Aqraw dan lii ġej fuq il-Bloomberg tal-lum u araw kif tħammeġ isem pajjiżna. Se nikkwota biss il-bran li ġej mill-artiklu li kiteb il-ġurnalista li mar quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir qabel il-gvern iddeċieda li jgħattih u jdawwru bil-barrikati: F'dan il-jum, għexieren ta' turisti waqfu quddiem il-mafkar u qraw il-kliem li jispjegaw is-sinjifikat storiku tal-istatwi. Iżda ħadd [...]

‘Lill-barranin iqfulhom’, qalilna.

By
2018-09-15T15:09:09+02:00Mon, 10th Sep '18, 19:05|

Is-sejħa ta' Adrian Delia biex il-Maltin “lill-barranin jiqfulhom” hi waħda tassew tal-mistħija. Politiku jibda' jmiss il-qiegħ meta jittanta jikklassifika l-membri tal-komunità f'taqsimiet għalihom u fl-istess waqt ikattar il-firda u joħloq il-mibgħeda lejn dawk li huma vulnerabbli. Meta sena ilu tfaċċa fix-xena Adrian Delia u nieda kampanja ħarxa  bħallikieku kien xi manigold, mill-ewwel deher ċar li [...]

Deutsche Welle: Skandlu fil-Belt Valletta

By
2018-09-11T23:29:00+02:00Mon, 10th Sep '18, 18:01|

Dan il-filmat tad-Deutsche Welle jagħtina stampa ċara dwar ir-riżultati tal-Valletta 2018. Intilfet l-opportunità li kellu f'idejħ il-pajjiż biex ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, biex jingħata l-appoġġ lill-komunità tal-artisti Maltin, biex ngħixu esperjenza tal-valuri Ewropej tat-trasparenza, tat-tolleranza u tad-dibattitu kritiku u minflok rajna attentati biex isikktu d-dissens u l-protesti. Dan il-filmat tlesta qabel il-gvern kompla jiċċensura l-protesti meta [...]

Ifalli attentat biex il-Kunsill tal-Ewropa jinżamm milli jinvestiga l-każ ta’ Daphne

By
2018-09-11T23:27:49+02:00Mon, 10th Sep '18, 17:53|

Falla attentat minn naħa tal-gvern biex tinżamm il-kumplizzjoni ta' rapport mill-Kunsill tal-Ewropa dwar “il-kxif tal-verità kollha dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia”. Dan l-attentat sar mill-eks ministru Manwel Mallia li hu r-rappreżentant tal-Partit Laburista fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Manuel Mallia talab lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari sabiex jiġi rtirat l-inkarigu [...]

Il-barrikati jeħtieġ li jtiru

By
2018-09-11T23:32:17+02:00Mon, 10th Sep '18, 08:28|

Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta sar is-simbolu l-aktar importanti fit-taqtieha li għaddej minnha l-pajjiż favur il-libertajiet bażiċi. Ftit inqas minn sena ilu bdew jitqiegħdu fjuri, xemgħat, messaġġi stampati u ritratti bis-saħħa ta' mewġa ta' rabja popolari wara li nqatlet ġurnalista li kellha eluf kbar ta' qarrejja jsegwuha u li kienet tgawdi rispett daqs kemm kienet [...]

Jagħżaq fl-ilma

By
2018-09-11T23:22:40+02:00Sun, 2nd Sep '18, 11:51|

Saret konswetudni għal tal-Malta Today li darba fix-xahar iniedu sondaġġ dwar il-popolarità tal-partiti u tal-mexxejja politiċi. Madankollu r-riżultat li xxandar illum ma jipprovdi xejn ġdid u r-riżultati fil-konfront ta' Adrian Delia, li issa ilu sena fit-tmun, baqgħu ma ċċaqilqux. M'hemmx fejn wieħed jitfixkel. Tnejn minn kull ħames persuni li vvutaw PN fl-aħħar elezzjoni jistqarru li, [...]

‘Lill-abbatini taptaptilhom biss fuq spallejhom’

By
2018-09-11T23:26:51+02:00Sun, 2nd Sep '18, 11:41|

Irrabjajt jien u naqra' l-istorja mxandra fuq il-paġna ta' quddiem tal-ġurnal Illum dwar Felix Cini, is-saċerdot kundannat mill-qorti fuq abbuż mit-tfal li ngħatalu permess jiċċelebra l-Quddiesa f'Bormla “f'okkażjonijiet speċjali”. Meta taqra' l-kontenut tar-rapport fil-ġurnal, tieħu impressjoni totalment differenti. Il-ġurnal jisfida lil Felix Cini u l-attentat tiegħu biex jipprova jiġġustifika ruħu ma kkonvinċa lil ħadd, wisq [...]

Bank fil-Latvja jsejjaħ ħlasijiet lil 17 Black bħala “suspettużi”

By
2018-09-11T23:23:46+02:00Sun, 2nd Sep '18, 06:31|

ABLV Bank, bank li jinsab għaddej minn proċeduri ta' likwidazzjoni wara li nkixef li kien imdaħħal f'ħasil ta' flus maħmuġin, kien informa lir-regolatur tal-Latvja li kienu saru ħlasijiet ta' madwar $1.4 miljun lil 17 Black minn kumpannija fil-Gżejjer Seychelles ta' negozjant taż-żejt mill-Ażerbajġan. 17 Black kienet il-kumpannija li tqabbdet biex tagħmel ħlasijiet lil kumpanniji sigrieti [...]

Ir-Running Commentary ta’ Peter Grech

By
2018-09-11T23:25:35+02:00Sun, 2nd Sep '18, 06:00|

L-avukat ġenerali wieġeb lill-avukati tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia permezz ta' ittra qasira "proviżorja" (aqraha aktar l'isfel) suppost biex jilħaq iwieġeb fiż-żmien li tawħ. Huwa kiteb l-opinjoni li bgħatulu l-avukati  qed tiġi “kunsidrata attivament” iżda, ġaladarba huma insistew li tintbagħtilhom tewġiba sal-aħħar ta' Awwissu, qalilhom li kien kostrett li jinbgħatilhom xi ħaġa. Niftakru li Peter [...]

Go to Top