Tal-Malta Today u l-konfoffa tal-prim ministru
Jeħtieġ li jiġi ċċarat punt li qed joħloq ċerta konfużjoni f'moħħ in-nies: l-inkjesta Egrant ma ntalbitx mill-prim ministru skond il-prerogattiva li għandu taħt il-liġi speċjali li tirregola l-inkjesti. Minflok għamel dan, il-prim ministru, kontra kull prassi, qabbad lill-kummissarju tal-pulizija biex jitlob li ssir inkjesta maġisterjali b'termini ta' riferenza imposti minn min suppost qed jiġi investigat: [...]