Tort ta’ Simon

Navarra ser jgħid lil tal-One is-segwaċi,
minflok jammetti li l-gvern inkapaċi:
“Il-virus mhux miċ-Ċina
ġiet, imma mill-kċina
ta’ Simon, kif kien qed jgħalli l-brussels sprouts mal-ispinaċi.”

 

Par Joseph

L-eks Kummissarju staqsewh, “X’inhu l-fattur ‘R’?”
“Kieku b’Joseph no problem, għax dak kellu par!
Dan xi storjella ta’ Marmarà?
Qalli ‘No Action Needed’ is-sur Gafà,
U jien għandi fenkata urġenti l-Imġarr.”

 

Fejqan

Fil-laqgħa tal-Kabinett, il-Prim ħalef li se jaġixxi.
Ċempel lill-kbir Freddie, ħa jiżgura li l-ekonomija tiffjorixxi:
“Mur ħallini u itlaq ‘l hemm,
għax dejjaqtni ma tafx kemm.”
Qallu jekk kull pazjent ikantha 3 darbiet, il-virus jisparixxi!