Rosianne Cutajar, MP Laburista,iddikjarat fuq Twitter l-appoġġ tagħha għat-tranżizzjoni ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru ta’ demokrazija parlamentari għal President ta’ repubblika presidenzjali b’aktar poteri eżekuttivi f’idejh.

Cutajar esprimiet l-appoġġ tagħha għal din l-idea bl-istil karatteristiku busli-għajni tagħha b’risposta għal tweet li kienet tistaqsi jekk l-intenzjoni ta’ Joseph Muscat li jbiddel il-kostituzzjoni kinitx fil-fatt tfisser il-ħolqien ta’ poteri presidenzjali ġodda għalih innifsu.

 

Ir-risposta ta’ Rosianne Cutajar?

U kif, għandi problema! Li tibqa’ għaddej bħal gaffa fuq is-saltna tad-dritt, li tkisser kull tip ta’ oppożizzjoni, li tassorbi l-istituzzjonijiet, li tikkopera ma’ alleati b’saħħithom biex tagħlaq ħalq il-ġurnalisti, li tuża s-saħħa tal-vot biex tiġġustifika l-illegalitajiet: il-Prim Ministru ma ddejjaq xejn jagħmel dan kollu minkejja li suppost ifittex l-appoġġ tal-Parlament biex imexxi.

Li l-Parlament hu ffurmat fil-maġġoranza tiegħu minn suldati li jbaxxu rashom għal kulma jgħid Muscat, bħal Rosianne Cutajar, ma tantx jispira fiduċja fil-poplu. Għall-kuntrarju, iservi ta’ intimidazzjoni għal pulizija, prosekuturi u nies oħra li ma jistennew xejn ħlief li jkunu jistgħu jgħixu ħajja normali. Għall-inqas, iżda, ir-regolamenti u l-liġijiet qegħdin hemm u Joseph Muscat jista’ jiġi mfakkar fihom anke jekk jinjorahom.

Kostituzzjoni presidenzjali tilleġittimizza u tillegalizza t-tmiem tad-demokrazija tagħna taħt l-iskuża ta’ leġittimità diretta fir-relazzjoni bejn l-eletturi u l-eżekuttiv. Filwaqt li jkun hemm min se jqabbilna ma’ Franza u r-Rumanija, aktar niġu nixbhu pajjiżi bħan-Nikaragwa u l-Gwatemala.

Rosianne Cutajar għal darba oħra ma rnexxilhiex tirreżisti t-tentazzjoni li tikkonferma dak li nissuspettaw li qed jippjana Joseph Muscat.

Dan altru li mhux it-twelid tat-Tieni Repubblika. Anzi, huwa s-sebħ tal-Ewwel Imperu.