Illum fuq l-EU Observer David Casa jikteb ‘dwar kif ġie attakkat minn Malta talli ddefenda s-saltna tad-dritt’ u jsemmi għal tliet stadji ta’ kastigi.
“Fl-ewwel stadju jsir theddid bil-kawżi fil-qorti. F’dawn l-aħħar xhur, jien ġejt mhedded pubblikament kemm mill-FIAU u mill-avukati ta’ Schembri li kumbinazzjoni huma wkoll l-avukati ta’ sid il-Pilatus Bank.
“Fit-tieni stadju jintensifikaw kampanja ta’ mibgħeda li dan l-aħħar leħqet il-quċċata tagħha meta partitarji u sostenituri tal-partit fil-gvern bdew isejjħu biex jien ningħata l-forka”.
“U meta jien xorta bqajt għaddej, il-partit fil-gvern għamel l-almu tiegħu biex jiskreditani permezz tax-xandir ta’ stejjer f’sezzjoni tal-istampa bil-għan li jwassal messaġġ ċiniku lill-elettorat li: ‘Iva aħna korrotti iżda anke ħaddieħor huwa korrott.’”