Ma ntikx tort jekk int wieħed minn dawk li l-Facebook ma jħarsux lejh minħabba d-diskors baxx u vili li x’uħud jiktbu fih. Iżda jaf ikun hemm drabi meta tgħelbek il-kurżità u tkun trid issir taf kif jirreaġixxu xi wħud minn ħutek Maltin meta ma jaqblux ma xi ħaġa. Aktar kmieni din il-ġimgħa, tfajt link li fiha stedint lill-pubbliku biex jattendi għal velja nhar il-Ħamis li ġej b’tifkira tal-10 xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-kummenti għadhom deħlin u kważi lkoll huma ostili. Hawn qed nirriproduċi kampjum minnhom. Dawn ta’ min jaqrahom biex b’hekk tkunu tistgħu tapprezzaw il-velenu x’kapaċi jagħmillu lil moħħ il-bniedem. Qiegħed ukoll ninkludi live link aktar l’ isfel biex kulħadd ikun jista’ jieħu sehem.
Għall-konvenjenza, qassamthom skond il-kategorija.
1. Dawk li jixtiquni mejjet
2. Dawk li jixtiquni nisparixxi
3. Dawk li jidrhilhom li għandi bżonn tabib
4. Dawk li joqgħodu attenti x’jiktbu għax għandhom xogħfa b’kundanna mill-Qorti
5. Dawk li joħorġu b’kalunji li lanqas il-Partit Laburista ma ħareġ bihom
6. Dawk li għandhom mibgħeda kbira għal Daphne u li jridu lid-dinja tkun taf bil-mibgħeda li għandhom.
7. Dawk li jobgħodu għall-gost u l-pjaċir li jobgħodu
Ftakru li dan kien biss kampjun. Jekk ħadtu pjaċir taqrawhom, hawn tistgħu ssibu l-bqija.