La Repubblica: Chris Cardona gideb meta stqarr li lil Alfred Degiorgio ma jafux. Lill-maġistat inkwirenti ħbewlu l-call logs.

By
2018-10-09T08:18:17+02:00Mon, 8th Oct '18, 18:46|

La Repubblica illum xandret rapport li fih sostniet li lill-Maġistrat Neville Camilleri żewġ xhieda qalulu li fid-29 ta' Ġunju 2017, erba' xhur qabel l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-Ministru Chris Cardona u Alfred Degiorgio, wieħed mit-tliet akkużati bil-qtil, iltaqgħu waqt festin li sar f'villa fil-Fawwara. Dan jikkontradixxi stqarrijiet pubbliċi li għamel il-Ministru Chris Cardona li [...]

Tradiment

By
2018-10-09T08:20:30+02:00Mon, 8th Oct '18, 16:46|

Araw dan ir-rapport fuq One News. Forsi għal min ma jgħixx hawn Malta jidher verament tad-daħk il-ħsieb li wieħed jista' jiġih f'moħħu li blogger li jaħdem minn bejn l-erba' ħitan ta' daru fl-Imqabba għandu l-ħila jġiegħel lil tal-BBC u tal-istampa internazzjonali jxandru rapporti ko-ordinati minnu, li l-BBC u l-istampa internazzjonali wieħed jista' jordnalhom x'kwalità ta' [...]

Posters fit-triq

By
2018-10-10T10:48:11+02:00Mon, 8th Oct '18, 13:29|

Agħtu ħarsa lejn dawn il-posters li jinsabu mdendlin fit-toroq ta' Peruġja. Owen Bonnici ċertament mhux se jibgħat nies mill-Ministeru tiegħu biex ineħħuhom fis-satra tal-lejl bl-istess mod kif posters ta' protesta hawn Malta jitneħħew fi ftit sigħat wara li jkunu ddendlu. Bl-istess mod li posters imħallsa li ilhom jirreklamaw il-birra u l-burgers għal snin twal jitneħħew [...]

Adrian Delia: il-karnaġjon determinanti?

By
2018-10-08T15:04:41+02:00Mon, 8th Oct '18, 10:48|

Rimarka li għadda l-bieraħ Adrian Delia li allaħares ikollna għalliema mill-Pakistan u mill-Bangladexx igħallmu "lit-tfal tagħna” ma saritx bi żball. Nirrabja meta nisma' b'min jipprova jaqta' min minn dawk ta' madwar Adrian Delia din id-darba reġa' għaxxaqha.  M'hemm ebda skuża għal min ilissen diskors razzist u ta' mibgħeda bħal dan. U dan anki jekk tkun [...]

Il-ħobż ta’ Brussell ma jafux jikluh

By
2018-10-08T13:12:37+02:00Mon, 8th Oct '18, 09:10|

Wara l-ammissjoni imbarazzanti ta' Edward Scicluna meta wera' ma kienx xamm l-implikazzjonijiet tal-messaġġ ta' Vera Jourova li l-Kummissjoni Ewropea kienet ser iġġiegħel lil Malta tikolha minħabba n-nuqqasijiet serji li sabu fir-regolamentazzjoni bankarja, in-nies ta' taħtu -  nies imħallsin minni u minnek biex ifiehmuh dak li ma jkollux il-ħila jxomm hu - għalenija tkellmu mal-istampa lokali [...]

Go to Top