Araw dan ir-rapport fuq One News.

Forsi għal min ma jgħixx hawn Malta jidher verament tad-daħk il-ħsieb li wieħed jista’ jiġih f’moħħu li blogger li jaħdem minn bejn l-erba’ ħitan ta’ daru fl-Imqabba għandu l-ħila jġiegħel lil tal-BBC u tal-istampa internazzjonali jxandru rapporti ko-ordinati minnu, li l-BBC u l-istampa internazzjonali wieħed jista’ jordnalhom x’kwalità ta’ ton għandhom jużaw fl-irrappurtar tagħhom dwar l-assassinju ta’ ġurnalista u li l-ħiliet ta’ Manuel Delia u ta’ Occupy Justice fejn tidħol il-ko-ordinazzjoni tal-istampa internazzjonali tiżboq il-ħila tal-gvern li jinfluwenza l-irrappurtar tal-istampa internazzjonali.

Din hi kwistjoni serja ħafna. Lill-ġurnalisti li jitolbu li jintervistawni jien ngħidilhom li anke jekk biss inkellimhom, niġi mgħajjar traditur. Din tixbaħ ħafna s-sitwazzjonijiet li jikteb dwarhom John le Carrè iżda hawn jidher li l-kelma tradiment qed tingħata tifsira oħra.

One News illum xandar dan ir-ritratt tiegħi jien u nittradixxi lil pajjiżi hekk kif urejt lil wieħed ‘Ingliż’ il-post li fejn ġurnalista, li jien tant kont nammira, ġiet assassinata. U qalu wkoll li dan it-tradiment tiegħi se jissokta għal xahar sħiħ.

Matul din l-aħħar sena il-prim ministru rrifjuta li jagħti intervisti lil ġurnalisti minn madwar id-dinja. Lil dawn il-ġurnalisti li jaħdmu ma’ ġurnali u rivisti prestiġjużi barranin il-gvern qalilhom li jkun lest ikellimhom kemm il-darba biss li isem Daphne Caruana Galizia ma jissemmiex.

Inħoss li huwa d-dmir tiegħi lejn pajjiżi li nwieġeb b’sinċerità għal kull mistoqsija li ssirli dwar dak li qed iseħħ f’Malta. Mhux kulħadd f’Malta jixgħel ix-xemgħat lil Joseph Muscat. Malta mhix il-Korea ta’ Fuq. M’aħniex nimmarċjaw, aħna u nxejjru u nitbissmu, f’ġieħ il-kbir mexxej. Uħud minna bqajna nisfidawh.

Niċħad l-akkuża li għax ngħid il-verità dwar Malta inkun qed nittradiha. Il-lealtà tiegħi tibqa’ mmirata lejn dawk iċ-ċittadini li jobdu l-liġijiet u li jħallsu t-taxxi li huma dovuti. 

Mhux bi ħsiebni naħbi l-fatt li Vincenzo Romeo tal-familja Nitto Santapaola, Francesco Martiradonna tal- Ndrangheda tal-Kalabrija u oħrajn ħaslu l-flus maħmuġin tal-Mafja hawn Malta. Jekk dan lil Joseph Muscat ma jogħġbux għax ifixkel l-immaġni ta’ Malta li jrid jimponi, jkollu jieħu paċenzja.

Lanqas ma jien bi ħsiebni naħbi l-fatt li Arkady Volozh, Boris Mints u Alexander Nesis, ilkoll ħbieb ta’ Putin, issa jsejħu lilhom infushom “Maltin” minkejja l-fatt li m’għandhom ebda rabta mal-pajjiż iżda huma s-suġġett ta’ sanzjonijiet mit-Teżor Amerikan.

Bi ħsiebni nwieġeb bil-verità u skond il-ħila tiegħi għall-mistoqsijiet li jsiruli, jridu jew ma jridux tal-One News.

Hekk kif qed niġi mgħajjar traditur kuljum mill-One News, naf ukoll li qed ngħix fil-periklu. One News jagħtuni żewġ għażliet. Jew niskot, noqgħod għall-istorja uffiċjali imfassla mill-kbir mexxej u ninjora l-mistoqsijiet li qiegħda tagħmel id-dinja jew inkella nisfidahom u niffaċċja l-konsegwenzi.

Jista’ jkun li l-akbar konsegwenzi li nista’ niffaċċja jikkonsistu f’kalunji, tgħajjir u insulti fuq il-Facebook kif ukoll il-botti li nirċievi meta nkun miexi fit-triq ma’ uliedi.

Madankollu rrid ngħid li l-fatt li ġurnalista spiċċat trietaq f’Malta kważi sena ilu “jikkundizzjonalek il-mod kif taħdem u l-fehma tiegħek dwar  The way you think about your own country.”

Kif jistgħu ukoll jikkundizzjonawk il-mezzi tax-xandir tal-Labour.