#occupyjustice u manueldelia.com iħabbru li minħabba l-meltemp id-dimostrazzjoni għall-Verita’ u Ġustizzja li kellha ssir illum wara nofsinhar qegħda tkun posposta għat-Tlieta 16 ta’ Ottubru 2018. Nitilqu fis-7:00pm minn quddiem il-Wembley Store, il-Belt Valletta.

Nikkonfermaw li l-kumplament tal-programm ta’ attivitajiet għall-15 u s-16 ta’ Ottubru ser jibqa’ kif imħabbar preċedentement:

15 ta’ Ottubru 2018

1845 Freedom Lecture ad unur Daphne Caruana Galizia minn John Sweeney, 4th Floor, Istitut Kattoliku, Floriana. FULLY BOOKED

16 ta’ Ottubru 2018

1430 Laqgħa silenzjuża fi Triq il-Bidnija.

1800 Quddiesa b’suffraġju Daphne Caruana Galizia, fil-Knisja Konventwali ta’ San Franġisk, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

1915 Velja għal-Verita’ u Ġustizzja, fi Pjazza l-Assedju l-Kbir, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.