Attivisti tas-soċjetà ċivili għandhom raġun isostnu li huma m’humiex politiċi għalkemm ħafna drabi isibu fuqxiex jaqblu ma’ wħud minnhom. Il-vokazzjoni tal-politiċi u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili hi differenti. Is-soċjetà ċivili m’għandhiex għalfejn tħabbel rasha dwar strateġija, tattika, solidarjetà kolleġġjali u l-konsistenza. Dak li jgħidu jgħiduh għax verament jemmnu fih. Iżda għall-politiċi, l-ħajja hi ferm aktar komplikata.
Differenza oħra tinsab fil-fatt li dawk il-politiċi li jiġu eletti jkollhom il-privileġġ li jitkellmu fil-Parlament. U dawk li m’humiex fil-politika id-diskorsi tagħhom jkun jeħtieġ li jagħmluhom fit-toroq.
Madankollu jista’ jasal żmien meta d-demokrazija ma tibqax taħdem b’riżq il-bidliet u allura l-politiċi jkollhom jimirħu fit-toroq biex jippruvaw iġibu l-bidla.
Wara l-1981, in-normalità fil-Parlament ta’ Malta tant kienet nieqsa li għal xi żmien l-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien mexxiet il-politika tagħha mit-toroq. Ma kinitx ħaġa faċli għaliex il-gvern kien iwieġeb fit-toroq bl-istess mod kif kien jirreġixxi fil-Parlament: bil-vjolenza, bl-intimidazzjoni u bil-persekuzzjoni.
Bid-diskors li kien għamel Eddie Fenech Adami lejn tmiem l-1986, kienet intlaħqet il-quċċata tad-disprament u l-baġit li kien ippropona l-gvern – l-aktar biċċa xogħol importanti ta’ kull Parlament – sejjaħlu bħala wieħed totalment irrelevanti. Iżda, f’dak iż-żmien ta’ vjolenza, fost dak id-disprament kienet feġġet it-tama u r-reżistenza li, fl-aħħar mill-aħħar u bil-ħniena, spiċċat biex tat il-frott.
Dak iż-żmien kelli 11 il-sena u imrobbi kif kont f’familja Laburista.
Fil-Parlament in-normalità issa reġgħet tinsab nieqsa. Dan l-aħħar membru Britanniku tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa stqarr li huwa xokkanti l-fatt li l-gvern ta’ Malta jħallas salarju lill-membri parlamentari Laburisti li m’humiex ministri talli dawn jaġixxi ta’ konsulenti għall-gvern. Din hija ħaġa li ġġiegħel jiskantaw lil dawk kollha ġejjin minn pajjiżi ċivilizzati – u jiskantaw aktar meta jintebħu li għalina l-Maltin din meqjusa bħala ħaġa normali.
Dan l-istess kelliem wera’ l-tħassib tiegħu għall-fatt li l-Parlament ta’ Malta jidher li tilef il-virtujiet konfrontazzjonali tiegħu. Hemm min jiddejjaq jara lill-gvern u l-oppożizzjoni qishom kelb u qattus. Iżda wieħed għandu dejjem jiftakar li d-djalettika tal-fehmiet opposti tagħti spazju għad-dixxerniment u għall-kjarezza fil-ħsieb.
Fil-logħba tat-tennis, il-players issibhom fuq naħat opposti u player fuq naħa jipprova jagħleb lill-player fuq in-naħa l-oħra. Wieħed minnhom se jirbaħ u l-ieħor se jitlef. Iżda jekk dawn joqgħodu fuq l-istess naħa, wieħed qatt m’hu ser isir jaf min minnhom hu l-aqwa fosthom.
Il-korruzzjoni, il-kollass tas-saltna tad-dritt, il-manipulazzjoni tad-delinkwenti bil-għan jinħonqu l-protesti, il-ksur tal-libertà tal-kelma: dawn huma kollha aspetti katastrofiċi tat-tmermir tad-demokrazija tagħna. Madankollu bil-mod kif il-biċċa ‘l kbira tal-membri tal-oppożizzjoni spiċċaw b’ruħħom u ġisimhom fis-servizz tal-gvern, din id-dimensjoni issir waħda mill-aktar gravi.
Il-bieraħ hekk kif il-membri parlamentari tan-naħa tal-gvern bdew jagħmlu minn kollox biex joħonqu l-isforzi li kien qed jagħmel Simon Busuttil biex jitkellem, tista’ tgħid li ffaċċja kważi waħdu armata ta’ manigoldi. Kien imdawwar b’ħafna siġġijiet vojta ħlief għal dawk li fuqhom poġġew Jason Azzopardi, Karol Aquilina u Frederick Azzopardi. Godfrey Farrugia kien hemm ukoll.
Fil-fażi tal-aġġornament parlamentari, il-membri jkollhom il-fakultà li jitkellmu fuqhiex iridu u, fil-biċċa l-kbira tal-okkażjonijiet, min jagħżel li jitkellem fl-aġġornament qatt ma jkollu xi udjenza wiesa’.
Iżda peress li l-bieraħ kien imiss lil Simon Busuttil biex jitkellem, tal-Labour ġabru armata ta’ manigoldi biex jippruvaw ifixkluh. Minnu nnifsu, aġir bħal dan huwa ħażin u ta’ min jistmerru. Iżda kemm huwa aktar ħażin u ta’ min jistmerru l-fatt li l-biċċa ‘l kbira tal-kollegi tiegħu ma kinux f’posthom waqt li kien qed jitkellem?
Adrian Delia il-bieraħ ġie intervistat fuq Net TV fl-istess ħin li Simon Busuttil kien qed jitkellem fil-Parliament u tista’ tgħid li kien kompliċi fl-attentat tal-Labour biex joħnoq leħen Simon Busuttil.
Il-qaddej tiegħu Hermann Schiavone mbagħad kiteb post fil-Facebook biex igħid li b’diskorsu Simon Busuttil ma kienx qed jitkellem għan-nom tal-PN iżda kien biss qed ilissen “twemminu”.
Huwa veru li “emmen” huwa l-verb li uża Simon Busuttil. Iżda jidhirli ma kienx korrett l-użu ta’ din il-kelma. Fil-fatt ried igħid li fuq bilanċ ta’ probabilitajiet u mill-fatti li rriżultaw x’aktarx li Joseph Muscat hemm aktar ċans li huwa s-sid tal-Egrant. U Simon Busuttil mhuwiex jemmen dan kollu b’xi kapriċċ għax, kif ipprova jispjega ‘l bieraħ, tħares minn fejn tħares b’mod spassjonat ma tistax ma tasalx għall-konklużjoni li Joseph Muscat hu sid l-Egrant.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja ma jistax jiġbed konklużjonijiet politiċi. Huwa pprova jsib provi forensiċi biex isostni “mitt suspett” iżda ma sab xejn. Ilkoll konna nafu x’kien ġara’ u kif il-provi apposta tħallew jisparixxu. U l-fatt li Joseph Muscat ħalla dan jseħħ ikompli jsaħħaħ il-konklużjoni li huwa fil-fatt sid l-Egrant.
U għal ġieħna, issa għandna l-PN li, minflok jikkonfronta lill-gvern, qed jgħinu biex jostor il-provi.
F’sitwazzjoni bħal din, Simon Busuttil ma jibqax kunsidrat bħala politiku. Is-siġġu tiegħu fil-Parlament jiġi ma jiswa’ xejn jekk ma jitħalliex jużah biex iwassal leħnu. Il-kollegi li huwa leali lejh u m’humiex il-grupp parlamentari: huma persuni li saru vittmi tal-oppressjoni tal-istat.
Is-Soċjetà Ċivili għandha tirrikonoxxi lil dawn in-nies bħala parti minnha. Il-ġlieda ma tistax titwaqqaf: la mill-vjolenza tal-gvern u lanqas permezz tal-kompliċità ta’ oppożizzjoni taparsi. .