Min jaf Kurt Farrugia sabx il-ħin isir jaf permezz tal-google Margaret Atwood min hi, hu u jaqra’ r-rapporti tal-istampa dinjija dwar l-attivitajiet li seħħew il-bieraħ biex ifakkru l-ewwel sena mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u dwar il-cover up tal-gvern dwar dak li verament seħħ dakinhar.
Margaret Atwood kitbet artiklu f’The Guardian għan-nom ta’ PEN International, organizzazzjoni li tinsab f’Malta rappreżentata minn delegazzjoni li ħadet sehem fid-dimostrazzjoni tal-bieraħ għall-Verità u l-Ġustizzja.
Atwood sammret il-musmar fuq rasu meta kitbet li: “Daphne Caruana Galizia kienet tikteb dwar il-korruzzjoni tal-gvern u madankollu l-awtoritajiet ma bgħatu għal ebda politiku biex jinterrogawh dwar il-qtil tagħha”. Fi kliem ieħor fehmet li l-hekk imsejjħa investigazzjonijiet mhux qed isiru biex tinkixef il-verità.