Jekk niġu ġġudikati skont x’ikunu jsarrfu l-għedewwa tagħna, allura Daphne Caruana Galizia għandha tkun kunsidrata bħala eroj ta’ żminijietna. Kienet ġurnalista Maltija li ma kienet tibża’ minn xejn sakemm xi ħadd li għandu s-saħħa u l-flus iddeċieda li għandu jsikkitha għal dejjem. L-assassinju tagħha kien daqqa ta’ ħarta lis-sewwa.

Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia? inkiteb minn Carlo Bonini, Manuel Delia u John Sweeney.

Il-ktieb tagħhom isemmi l-kapurjuni tal-ħasil tal-flus maħmuġin li kienu nkixfu minn Daphne Caruana Galizia. Huwa ktieb miktub ad unur tagħha.

Murder on the Malta Express se jkun pubblikat minn Midsea Books fl-14 ta’ Ottubru 2019. Segwu facebook.com/maltaexpressbook għad-dettalji.

L-awturi jagħmlu mistoqsijiet ta’ portata gravi dwar l-imġieba tal-prim ministru ta’ Malta Joseph Muscat, ta’ politiċi prominenti, kummissarji tal-pulizija, negozjanti u oħrajn li jħufu madwarhom. Eżatt bħalma kienet tagħmel Daphne, il-ktieb Murder on the Malta Express jifrex l-istejjer tiegħu fuq bażi wiesa’: minn persunaġġi mimlijin dellijiet mill-Ażerbajġan sal-Iran u Saint Kitts and Nevis.

It-titlu tal-ktieb hu ispirat minn xogħol ieħor ta’ Agatha Christie u hu mfassal b’mod li jista’ jixxiebaħ max-xogħolijiet tagħha. Bid-differenza li l-istejjer imxandra f’dan il-ktieb seħħew u huma veri.

Skont l-awturi: “dan il-ktieb ma kien qatt jinkiteb dwar il-wirt li ħalliet Daphne. Hi kienet martri tal-ġurnaliżmu investigattiv u permezz tal-ktieb nittamaw li nonorawha u nkomplu fejn ħalliet hi. Iva, huwa possibbli li ġurnalista tiġi assassinata. Iżda dan iwassal biex jinkixfu aktar stejjer u xogħolha jitkompla minn ħaddieħor. Dawk li kienu l-imħuħ wara l-assassinju tagħha dan kollu jafuh: għalihom mhux ser ikun hemm impunità.”

Il-ktieb Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia? tlesta u ser jixxandar bis-saħħa tal-appoġġ tal-Investigative Journalism Fund of the Justice for Journalists Foundation.