Is-soċjeta ċivili issejjaħ protesta għada l-Ġimgħa: 6pm Pjazza Kastilja.

By
2019-11-28T23:01:14+01:00Thu, 28th Nov '19, 23:01|

Stqarrija ta' Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com Stqarrija ta’ Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com Illejla rajna attakk fuq id-demokrazija Maltija u fuq il-ġustizzja. Il-prim ministru eżerċita l-poteri sproporzjonati tiegħu biex ipproteġa lill-akbar ħabib tiegħu jekk mhux lilu nnifsu milli jħallsu għal egħmilhom. Ir-rilaxx ta’ Keith Schembri ma jinftihemx. Yorgen Fenech qed ikun akkużat li qatel lil Daphne [...]

Jiżbaljaw jekk jaħsbu li ser inċedulhom

By
2019-12-01T07:41:36+01:00Thu, 28th Nov '19, 22:37|

Keith Schembri inħeles. Il-Kabinett issejjaħ minkejja d-dikjarazzjoni li kien għamel il-prim ministru li kien qed jiddeċiedi dwar maħfriet waħdu, u rabat lill-ministri bil-kunfidenzjalità hi x'inhi l-fehma tagħhom. Din m'hi xejn ħlief nasba orkestrata li ċertament ma nistgħux naċċettaw. U m'aħniex ser naċċettawha. Naraw x'ser igħid il-prim ministru llejla. Iżda għada ser nerġgħu inkunu fit-toroq. Jeħtieġ [...]

Mill-biża’ jinbet il-kuraġġ

By
2019-11-29T01:17:17+01:00Thu, 28th Nov '19, 20:36|

Sa hawn kellhom il-ħila jwassluħ lil pajjiżna. B'nifisna maqtugħ qed nistennew lill-ħakkiema jiddeċiedu d-destin tagħhom u, minn fuq, jippretendu li għandna nkunu grati lejhom għal dan. Il-Kabinett qed jiltaqa' b'urġenza. Tul dawn l-aħħar erbat ijiem ittantaw jifirduna skont il-partit, nazzjonalisti jew laburisti. Meta ma rnexxielhomx li jagħmlu dan, ittantaw jifirduna skont il-preferenza tagħna għal Yorgen [...]

Dan il-filmat xerrduħ kemm tifilħu

By
2019-11-29T01:14:44+01:00Thu, 28th Nov '19, 12:00|

Dan il-filmat għandu jsegwiħ kulħadd. U mbagħad kulħadd għandu jingħaqad magħna għall-protesta nhar il-Ħadd li ġej fil-Belt Valletta fl-4pm. https://www.facebook.com/LovinMalta/videos/555173245265818/

Is-“soluzzjoni” ta’ Joseph Muscat

By
2019-11-29T01:16:03+01:00Thu, 28th Nov '19, 11:52|

X'diżastru! Kont imħajjar nikteb dwar Jeffrey Pullicino Orlando u Jason Micallef u t-tilwim fil-beraħ li hemm fost il-partitarji Laburisti. Jew dwar l-istat miskin li jinsab fih il-PN. Iżda paragunat ma' dak li jinsab għaddej bħalissa, dawn is-suġġetti huma neqsin mill-importanza. Il-priorità għandha tkun li dawk li qatlu lil Daphne għandhom jieħdu dak li ħaqqhom. F'nofs [...]

Għal Joseph Muscat il-liġijiet la jgħoddu għalih u lanqas għal min hu kompliċi miegħu

By
2019-11-29T01:13:57+01:00Thu, 28th Nov '19, 08:35|

Joseph Muscat issa qed imexxi l-kelma li jdejħ huma ndaf tazza u li l-imqareb huwa Keith Schembri, li issa warrab. Qed imexxi l-kelma fost in-nies tiegħu li m'għandhomx iħallu lin-nazzjonalisti jaħtfu r-riedni tal-pajjiż u għandhom ikomplu jagħtuħ l-appoġġ. Bħalissa l-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista qed ixerrdu propaganda biex iħajjru lin-nies tattendi għall-mass meeting tal-Ħadd li ġej [...]

Go to Top