Keith Schembri inħeles. Il-Kabinett issejjaħ minkejja d-dikjarazzjoni li kien għamel il-prim ministru li kien qed jiddeċiedi dwar maħfriet waħdu, u rabat lill-ministri bil-kunfidenzjalità hi x’inhi l-fehma tagħhom.

Din m’hi xejn ħlief nasba orkestrata li ċertament ma nistgħux naċċettaw.

U m’aħniex ser naċċettawha.

Naraw x’ser igħid il-prim ministru llejla. Iżda għada ser nerġgħu inkunu fit-toroq.

Jeħtieġ iwarrbu llum qabel għada.