Segwu dan il-filmat ta’ propaganda tal-2o13 Joseph Muscat kien wiegħed li kien ser jeħles lill-pajjiż mill-politika tribali tal-imgħoddi u li issa kienet ser tidħol il-meritokrazija u Malta ssir “Tagħna Lkoll”.
Araw lil mart Joseph Muscat hi u tgħid li għandha seba’ mitt sena biex tgħix iż-żmien li fih uliedha jkunu jistgħu iħarsu lura lejn iż-żmien li fih missierhom kien fit-tmun tal-pajjiż. U missierhom ma kienx ser jibqa’ jiġi mfakkar għall-bejgħ ta’ passaporti lil sinjuruni Russi jew għall-enerġija mill-gass mixtri bid-doppju tal-prezz reali tiegħu jew għal sptar pubbliku mibjugħ bix-xejn u għall-benefiċċju ta’ Alla biss jaf min jew għall-assassinju ta’ ġurnalista permezz ta’ karrozza-bomba. Iżda kien ser jiġi mfakkar għall-għaqda li ġab fil-pajjiż u għall-qerda tal-firda u tal-partiġġjaniżmu.
F’ċertu sens, għandha raġun. Anki Napuljun kien għaqqad l-Ewropa – iżda din ingħaqdet kontrih. Joseph Muscat tant baqa’ jġebbed li sal-lum martu Michelle xorta waħda tista’ tittama li jinħoloq ftehim ġenerali u nazzjonali dwar il-gvern tiegħu xi darba fil-ġejjieni.
Il-ġudizzju se jkun wieħed wiesa’: ir-reġim ta’ Joseph Muscat kien wieħed tal-mistħija.