Il-gvernatur tal-Bank Ċentrali Mario Vella naqas milli jattendi għall-ewwel laqgħa tal-kunsill ta’ tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew – l-ogħla organu ta’ din l-istituzzjoni – presjeduta mill-president il-ġdida Christine Lagarde.

Il-laqgħa seħħet il-bieraħ iżda Mario Vella skartaha u fl-istess ħin li l-laqgħa kellha tiba’, rikeb ajruplan li wasslu Frankfurt.

L-istedina personali li bgħatitlu Christine Lagarde, Mario Vella injoraha. F’din l-istedina l-president il-ġdida talbet lill-gvernaturi tal-banek ċentrali taż-żona Ewro biex jettendu din il-laqgħa formali tal-kunsill tat-tmexxija. Mario Vella naaqas ukoll li jingħat ll wieħed mid-deputati gvernaturi biex jirrappreżentawħ.

Is-sezzjoni stampa tal-Bank Ċentrali injorat sensiela ta’ mistoqsijiet li bgħattilha.

Il-kunsill tat-tmexxija tal-Bank Ċentrali Ewropew jitlaqa’ darbtejn fix-xahar fi  Frankfurt iżda Mario Vella ma jattendix għal ħafna mil-laqgħat li jsiru.

Minflok wieġeb għall-istedina tal-president il-ġdida, Mario Vella tar lejn Frankfurt biex jattendi għal ċena u għal laqgħa informali wara nofsinhar.

Għejjun tal-Bank Ċentrali Ewropew qalu li s-sitwazzjoni ta’ Malta hi waħda eċċezzjonali għaliex mhix rappreżentata fl-ogħla organu tal-Bank.

Il-kunsill ta’ tmexxija għandu responsabbiltajiet estensivi f’dik li hi l-governanza ta’ dawk il-pajjiżi li jagħmlu użu mill-ewro. F’dan il-kunsill jittieħdu deċiżjonijiet għall-Bank u għall-Ewrosistema u jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja tal-pajjiżi taż-żona Ewro li Malta tifforma parti minnha. Dan il-kunsill jagħmel ukoll xogħol ta’ sorveljanza bankarja.

Kien instab li Malta kienet kisret ir-regoli bankarji Ewropej u bis-saħħa tal-intervent tal-Bank Ċentrali Ewropew il-liċenzja li kienet ingħatat lill-Pilatus Bank kienet ġiet irtirata.