Il-ġurnalist Taljan Sandro Ruotolo li jinsab Malta bħala r-rappreżentat tal-għaqda tal-ġurnalisti tal-Italja kiteb fil-Facebook dwar l-esperjenza li għadda minnha l-bieraħ bil-lejl fuq barra u ġewwa l-bini tal-uffiċċju tal-prim ministru ta’ Malta.
“Malta tinsab maħsuda. Il-bieraħ bil-lejl Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff tal-prim ministru, ma baqax taħt investigazzjoni kriminali. Il-lejl li għadda seħħ taqbid fit-triq barra l-uffiċċju tal-gvern. Wara l-konferenza stampa li għamel il-prim ministru, lilna l-ġurnalisti qafluna f’din il-binja tal-gvern. Matul il-lejl li għadda, tbiegħdu minna l-verità u l-ġustizzja għal Daphne.
“Konna pass ‘il bogħod mill-verità, iżda s-setgħa politika ħarġet bit-tweġiba tagħha. Paolo Borrometti, Andrea Esposito li ġibed il-filmat ta’ kull ma seħħ, u jien konna xhieda ta’ dak li seħħ f’Malta l-lejl li għadda. Kien lejl li mhux ser ninsewħ malajr. Fil-pjazza rajna lil Matthew u Paul, tnejn minn ulied Daphne, rajna lil Helene bir-ritratt ta’ Daphne f’idha, rajna żgħażagħ jiġu trattati b’mod goff mill-pulizija. Din ix-xena m’aħna ser ninsewha qatt. L-Ewropa ma tistax tibqa’ siekta. Illum f’Malta, n-nies se terġa’ tipprotesta. Ma nistgħux nippermettu li din l-istorja tintemm mingħajr ma ssir ġustizzja mal-imħuħ kollha wara l-assassinju ta’ Daphne”.