Jidher li d-diretturi tat-Tumas Group setgħu kienu qed jistennew li jseħħ l-arrest tal-membru tal-familja tagħhom Yorgen Fenech li mexxa’ l-grupp ta’ kumpanniji għal dawn l-aħħar snin.

Għadu kemm ixxandar dokument li jindika li huwa kien irriżenja minn direttur tal-holding company tal-grupp fit-12 ta’ Novembru.

Id-dokument li jġib il-firma ta’ Ray Fenech, iz-ziju ta’ Yorgen Fenech, li mexxa’ l-kumpanniji Tumas f’dawn l-aħħar xhur f’isem neputih.

Dan id-dokument suppost ixxandar fuq il-website tar-Reġistru tal-Kumpanniji iżda sa dalgħodu ma deher imkien fost id-dokumenti sottomessi tat-Tumas Group. Madankollu, ir-Reġistru tal-Kumpanniji kien diġà nbidel bit-tneħħija ta’ isem Yorgen Fenech mil-lista tad-diretturi.

L-arrest ta’ Yorgen Fenech tixħet dubji kbar fuq il-validità tal-kuntratt Electrogas li huwa wieħed mill-akbar kuntratti pubbliċi mogħtija mill-gvern f’dawn l-aħħar 6 snin.

Tat-Tumas Group qed jistiednu li ssirilhom pressjoni mill-insieħba tagħhom fin-negozju partikularment mingħand Siemens li huma sidien ta’ terz tal-konsorzju Electrogas.

Meta f’Ottubru 2018 kien ġie żvelat li Yorgen Fenech huwa sid is-17 Black, l-imsieħba Maltin fl-Electrogas, jiġifieri l-Gasan Group u l-familja Apap Bologna, ċaħdu kull akkuża li kien seħħ xi qerq. S’issa sal-lum għadhom ma ħarġu ebda stqarrija.

It-Tumas Group hi wkoll is-sid tal-lukanda Hilton li, fil-ġranet li ġejjin, ser tospita diversi attivitajiet li jistgħu ikunu problematiċi għal dawk li ser jipparteċipaw. Dawn l-attivitajiet jinkludu laqgħa kbira organizzata mill-KPMG. Il-KPMG kienet diġà ssemmiet fi skandlu meta nkixfu r-rabtiet li din kellha mal-Pilatus Bank u mas-sid tal-istess bank Ali Sadr Hashemi Nejad.

Attività oħra ser tkun iċ-ċerimonja ta’ għoti ta’ premjijiet fl-industrija tal-gaming bħala parti mill-konferenza SIGMA.

Ebda wieħed mill-organizzaturi ta’ dawn l-attivitajiet fil-lukanda Hilton ma li dawn kienu ser jiġu mħassra.