Politiċi Ewropej qed jibdew juru sogħba għall-fatt li kienu ppużaw għar-ritratti ma’ Joseph Muscat. Frans Timmermans, il-Viċi-President Olandiż tal-Kummissjoni Ewropea, sab ma’ wiċċu kritika f’pajjiżu stess talli appoġġja lil Joseph Muscat fl-aħħar xhur tiegħu bħala prim ministru Malti minkejja li dan kien qed jgħatti r-responsabbiltà ta’ sħabu fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u minkejja l-korruzzjoni li seħħet fi ħdan l-uffiċċju tiegħu, liema assassinju kellu jgħatti l-istess korruzzjoni.
Il-ġurnal satikriku Olandiż De Dageliksje Standard għadda passata b’Frans Timmermans meta dan tkellem “b’għażla ta’ kliem ħelu dwar il-ħtieġa ta’ dinja aħjar”. Il-ġurnal kompla jgħid li Timmermans “m’huwiex ħlief mgħallem f’logħba internazzjonali li mhux kull min jilgħabha huwa nadif”.
Il-ġurnal xandar ritratti ta’ Frans Timmermans jistagħad għall-voti ma’ ġenb Joseph Muscat. “Anqas minn ġimgħa ilu,” kompla jgħid il-ġurnal, “il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ingħata unur speċjali. Laħħquħ bħala l-persuna tas-sena. Mhux għaliex għandu xi kwalitajiet ta’ tmexxija kbar jew minħabba xi riformi meħtieġa li wettaq f’Malta. Xejn affattu. Muscat irċieva l-premju mingħand l-Organized Crime and Corruption Reporting Project minħabba l-korruzzjoni enormi u l-kriminalità li Muscat xerred fuq Malta”.
“X’qiegħdin naraw hawn f’dawn ir-ritratti li nġibdu f’Mejju?” jistaqsi b’mod retoriku De Dagelisksje Standard. “Hawn għandna lil Frans Timmermans ifaħħar lil Joseph Muscat u jgħannqu bħallikieku kien iz-ziju l-favorit tiegħu, u dan minflok jittrattah ta’ bniedem li ħalla liċ-chief of staff tiegħu jdaħħal il-miljuni f’butu bis-saħħa tal-evażjoni tat-taxxa u li taħtu whistleblower spiċċat ragħad permezz ta’ karrozza-bomba. Dan huwa l-istess bniedem li l-ġimgħa li għaddiet siefer lejn id-Dubaj għal btala li, bil-paga dikjarata li għandu, żgur ma setgħax ilaħħaq mal-ispejjeż tagħha”.
Minħabba r-rabtiet li għandu ma’ Joseph Muscat, il-ġurnal Olandiż ikkonkluda li “Frans Timmermans m’hu xejn ħlief ipokrita. Issa lil min imissu jgħannaq? Lill-President tal-Veneżwela Maduro? Jew forsi lil Kim Jong-Un? Se jkollna nistennew xi ftit. Madankollu hemm ħaġa waħda li Frans m’għandux għalfejn jistenniha minn għandna: din li nittrattawh bħallikieku għandu subgħajh moralment dritt”.