Anthony Degiovanni m’huwiex mill-ħelwin. Tat-Times of Malta sejjħulu “Laburist akkanit”. Iżda apparti li huwa akkanit, huwa wkoll bniedem ardit, antipatiku, tossiku, jippretendiha, minfuħ bih innifsu, monolitiku, repetittiv, bombastiku u rrilevanti.
Degiovanni jinqala’ wkoll għat-trolling professjonali. Ikun dejjem minn ta’ quddiem fil-kitba ta’ kummenti fuq l-internet. Ma tantx jikkontribwixxi wisq għad-diskussjoni għax għall-espożizzjonijiet tal-fatti ma jinqalax ħafna u jehda fil-qrid qisu verżjoni ektoplażmika ta’ Statler & Waldorf mill-Muppet Show bħallikieku Statler & Waldorf huwa sid ta’ laptop.
F’intervista li saritlu mit-Times of Malta, Anthony Degiovanni qalilna li huwa s-sid ta’ erba’ laptops u, mid-dehra, kien qed jużahom f’daqqa. Il-kwistjoni nqalgħet għaliex dan b’xi mod ried jiġġustifika r-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ konsulent fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u fl-istess nifs qalilna ukoll li ma kellu għalfejn jirriżenja xejn.
Jidher ukoll li kellu l-ħames laptop li kien jużah flimkien mal-erba’ l-oħra li m’humiex tiegħu iżda huma proprjetà tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-ħames laptop għamel użu minnu biex jivvandaliżża l-website ta’ Pieter Omtzigt u biex ixandar aħbarijiet foloz dwar Omtizgt, fis-sens li dan kien ħallas il-flus biex jipproduċi provi foloz f’inkjesta li kienet saret fl-Olanda.
Madankollu Anthony Degiovanni baqa’ jinsisti li dak li kien għamel kien kollu leġittimu u li ma kien għamel xejn ħażin.
X’irriżenja jagħmel mela? F’dawn l-aħħar 4 ġimgħat, Anthony Degiovanni ma kienx l-agħar bniedem li kellu jwarrab u li fl-istess ħin qal li ma kellu għalfejn iwarrab xejn. L-iskuża ta’ Degiovanni kienet biss l-aktar waħda tal-waħx.
Tinkwietaw xejn tafux! Anthony Degiovanni qal li ser ikompli bil-kummenti tiegħu fuq l-internet. Iżda issa tgħid se jkollu l-istess ħeġġa li jkompli bl-online trolling ġaladarba t-tagħmir tal-gvern inħataflu minn taħt ħalqu?
Dan it-troll imħallas issa ser ikollu jkompli jitmagħna bil-kitbiet arditi, antipatiċi, tossiċi, monolitiċu, repetittivi, bombastiċi u rrilevanti tiegħu bis-saħħa tat-tagħmir tiegħu stess.
Xi ħlew hux!