Byron Camilleri għandu jwarrab

By
2021-09-17T21:20:50+02:00Thu, 16th Sep '21, 10:08|

Issa li l-prosekuturi fetħu kawża kontra gwardjani tal-ħabs dwar il-mewt ta' priġuniera li seħħet taħt għajnejhom, tfeġġ il-kwistjoni dwar min għandu jerfa' r-responsabbiltà politika. F'dan pajjiżna bħallikieku ngħixu kuljum maħkumin mid-deni tal-elezzjoni. Saħansitra anki sa erba' snin qabel elezzjoni, l-gvern tant ikun imwerwer li ser jitlef xi vot li lanqas biss jazzarda jammetti li wieħed [...]

Ir-rappreżentanta tagħna fi New York

By
2021-09-16T20:48:53+02:00Thu, 16th Sep '21, 09:26|

Issejaħlu multi-tasking. Imma fil-fatt, l-Ambaxxatriċi Maltija f'New York, Vanessa Frazier, fuq l-Instagram tagħha qed turi d-disprezz tagħha lejn l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Xebgħet tisma', qagħdet issegwi l-futbol fuq il-mobajl u ħalliet l-ambaxxaturi tad-dinja jreddnu hi u tinjorahom. Kif jgħid il-Malti: din fiha u ma fihiex. Imma mbagħad wriet id-disprezz tagħha mal-kumplament tad-dinja lejn id-dmirijiet tagħha. [...]

Illejla: Velja għall-Verità u l-Ġustizzja

By
2021-09-16T11:38:24+02:00Thu, 16th Sep '21, 07:18|

Il-passi kbar 'il quddiem li għamilna għandhom iqawwulna qalbna biex inkomplu fit-triq minkejja t-tentazzjoni li tħajjarna nieqfu. Fadlilna wisq x'nitgħallmu u għadha 'l bogħod wisq il-ġustizzja. U l-ġustizzja mhix ser iseħħ jekk noqogħdu b'idejna fuq żaqqna. Il-velja tal-lejla fis-7pm fil-misraħ tal-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta hi sejħa oħra għat-twettiq tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Ma nserrħux [...]

Go to Top