Twissija oħra lil Edward Scicluna
Repubblika llum stqarret li s-sentenza li tat il-Qorti llum turi biċ-ċar li Simon Busuttil kien għadda kumment ġust meta stqarr li Edward Scicluna ma jistax jibqa' fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi wara li kien wieħed minn tliet persuni investigati minn inkjesta maġisterjali dwar l-imġiba tagħhom f'każ ta' ħasil ta' flus maħmuġin. Edward Scicluna, flimkien ma' Chris [...]