Id-diskors tal-bieraħ ta’ Robert Aquilina
https://youtu.be/o_I0uklkeKw
https://youtu.be/o_I0uklkeKw
https://youtu.be/jXf1X5knr8s
Ritratti miġbuda minn Darrin Zammit Lupi.
Tibda' tintebaħ li m'intix tgħix f'pajjiż demokratiku meta l-politiċi u l-galoppini tagħhom juru li ma jiddejjqu xejn li jċemplulek id-dar u jiffittawk biex tivvutalhom, iżda jekk tażżards tikteb lill-iSpeaker tal-Parlament igħidulek li ma tistax tiktiblu u li ma kienx ser iwieġbek. Żewġ iħbieb tiegħi sfidaw l-ordni tal-iSpeaker sabiex ħadd ma jibgħat ittri fil-kaxxa [...]
Protesta għal nhar it-Tnejn 29 November 2021 fis-6 pm: Anġlu Farrugia u Rosianne Cutajar m'għandhomx jibqgħu membri tal-Parlament tagħna Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com jappoġġjaw it-talba li għamel Matthew Caruana Galizia għar-riżenja tal-iSpeaker Anġlu Farrugia u jiddikjaraw li jaqblu mal-istqarrijiet tal-eks prim ministru u eks Speaker Lawrence Gonzi li “ma jistax ikun li nibqgħu sejrin [...]
Qrajt din l-ittra wara li l-iSpeaker qabbad lill-avukat tiegħu Ian Refalo biex jiktibha f'ismu u dan għaliex ma kellux il-ħila li jiktibha hu lil Matthew Caruana Galizia. Din l-ittra m'hi xejn ħlief l-aħħar musmar fit-tebut tad-demokrazija Parlamentari ta' dan il-pajjiż. Hemm bosta raġunijiet u dawn li ser insemmi huma biss uħud minnhom u dan biex, [...]
Ħlief dak l-imbierek ta' Konrad Mizzi, ħadd mhu jerfa' r-responsabbiltà għall-impenn li dan kien intrabat bih ma' Stewart Health Care li permezz tiegħu dawn kellhom jitħallsu mal-€100 miljun jekk b'xi mod jitwaqqaf il-kuntratt li kienu daħlu għalih dwar it-tliet sptarijiet li darba kienu tal-poplu. Jeżistu diversi xenarji li fihom jista' jitwaqqaf il-kuntratt. Iżda huwa ferm [...]
M'iniex espert tad-dinamika dwar kif titħaddem il-politika interna tal-Parlament Ewropew. Ma nista' nżid xejn mas-“sorsi infurmati” kkwotati minn ġurnalisti oħrajn dwar iċ-ċansijiet li għandha Roberta Metsola li tilħaq president tal-PE. Kull "analiżi" li ssir hi waħda derivattiva u tixbah dik li jaf jagħmel kummentatur lokali tal-isport li jitħaddet dwar it-tazza tad-dinja wara li jkun sema' [...]
F'konferenza li ser issir dalwaqt, Owen Bonnici ser jgħallimna dwar kif għandna nevitaw il-mibgħeda fid-diskors. Issa konna diġà nafu li dan tgħidx kemm huwa favur li jkollna soċjetà tolleranti msejsa fuq ir-rispett reċiproku u favur b'mod partikolari r-rispett lejn dawk li ma taqbilx magħhom kull darba li - għal ħames mitt darba wara xulxin - [...]
Il-ġurnali xandru t-tweġiba li għamlu tas-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta (MSS) għal allegazzjoni li saret minn wieħed mill-allegati assassini ta' Daphne Caruana Galizia fis-sens li dawk kienu qed jissemmgħu fuq il-mobile tiegħu illegalment. Tal-MSS din l-allegazzjoni mhumiex jiċħduha. Il-kwistjoni kollha mhix din. Lil tal-MSS qed jidher għalihom avukat fil-prattika privata Mark Simiana. Nibdew billi ngħidu kelmtejn [...]
Qed ngħixu l-istorja ta' Lord of the Flies. Jien bilkemm għadni nħares lejn il-Facebook u skoprejt li għal saħħti hekk jaqbel. Jien nuża app li hi abbinata mal-blog tiegħi biex intella' posts fuq il-Facebook għaliex għad hemm bosta li għalihom jeżisti biss il-Facebook bħala l-uniku mezz biex isegwu l-aħbarijiet. Sirt nidħol fil-Facebook meta lil min [...]
X'aktarx li Simon Mercieca mingħalih li jien ma tantx nikkummenta dwar il-ħmerijiet grossolani li jikteb minħabba l-kampanja ta' fastidju “Tibqgħux tiktbu dwar Simon Mercieca (u dwar Yorgen Fenech)”. Ma tantx nikteb dwar il-ġenn ta' moħħu, l-aktar għax nitħassru. Iżda jseħħu drabi li fihom ikolli nagħmel eċċezzjoni u dan b'rispett lejn ħaddieħor. Araw ftit kif Simon [...]
Ftit suġġerimenti lill-Prim Ministru Robert Abela kif għandu jintefaq il-budget: Iċ-ċittadini Maltin m’għandhomx bżonn jivvjaġġaw b’xejn fuq il-karozzi tal-linja. Għandna bżonn aktar karozzi tal-linja – biex in-nies ma tistenniex mill-anqas 20 minuta għall-karozza li mbagħad tgħaddi 'full up'. Oħroġ naqra mill-karozza tiegħek bix-xufier, Prim Ministru, u irkeb il-karozza tal-linja int stess, speċjalment qabel u wara [...]
i Ma' sider Anġlu Gafà għadhom kemm dendlu midalja b'rikonoxximent għal "servizz twil u effiċjenti". Teknikament il-midalja jdendilhielu l-Ministru tal-Intern. Fil-prattika, jdendilha ma' sidru hu stess. Din hi midalja tabiħaqq prestiġġjuża. Midalja li dan l-aħħar iddendlet ukoll ma' sider Ian Abdilla, bniedem li mingħalih li l-kriminalità tiġġildilha billi tiġbdilha ritratt. Għandu żmien biżżejjed fuqu biex [...]
Dawk il-politiċi li, wara li jkunu warrbu mis-setgħa, jitqabbdu biex jaħdmu jew jingħataw xogħol minn persuni li kienu, fiż-żmien li fih servew ta' ministri, tqabbdu minnhom permezz ta' kuntratti huma ħatja ta' imġiba li tmur kontra l-etika. U jekk dawn il-politiċi m'għandhomx il-ħila jikkontrollaw lilhom infushom, għandu jkun hemm liġijiet li jwaqqfuhom u li jimmultawhom. [...]
Dalgħodu l-President ta' Repubblika Robert Aquilina għamel żjara lill-uffiċini dwar l-investigazzjonijiet fuq kriminalità finanzjaraja tal-Pulizija u ġibed l-attenzjoni għal dak li xxandar fis-Sunday Times of Malta dwar ħlasijiet li saru lil Joseph Muscat mingħand tal-VGH ftit wara li warrab minn prim ministru. Din l-ġejja hi l-istqarrija li għamel Robert Aquilina:
Il-gvern għadu kemm ħareġ liġi li ser tippermetti lill-bejjiegħa ta' proprjetà li jużaw id-dħul ta' flus li jagħmlu minn dan il-bejgħ biex iħallsu taxxi li jkunu għadhom dovuti. U bi premju ser jiġu eżentati milli jħallsu l-bolol fuq il-bejgħ tal-proprjetà. Din il-liġi ġdida, li xxandret erbat ijiem ilu b'ordni tal-ministru tal-finanzi bżala avviż legali, tippermetti [...]
Ftit sigħat wara li ħa l-ġurament dak li leħaq warajh, Joseph Muscat mar jiġri lura lejn Kastilja biex, flimkien ma' rappreżentanti ta' dawk li kienu s-sidien tat-tliet sptarijiet li darba kienu tagħna, jagħmel pressjoni fuq il-gvern Malti biex joħroġ aktar flus. Għalkemm ma tantx għandna dettalji, jidher li se tgħaddi ta' Joseph Muscat. L-istorja ewlenija [...]
Interpol għadha kif ħassret in-notifiki kollha li jitolbu għall-arrest ta' Pantelis Varnava, ir-raġel ta' Maria Efimova, li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ċiprijotti dwar l-allegat twettiq ta' reati kriminali. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Interpol wara li tnieda rapport intern mill-awtorità indipendenti tal-aġenzija, mil-liema rapport jirriżulta li l-każ kontra Varnava kien wieħed “prinċipalment politiku” u konsegwenza tal-fatt li [...]
Qed nissoponi li kien hemm xi ħsieb tattiku wara n-nomina ta' Franco Debono mill-Kap tal-Oppożizzjoni għat-tmexxija tal-Awtorità tax-Xandir. X'nistgħu nsejħulu? Rikonċiljazzjoni? Persważjoni? Dilka bix-xemgħa? Jafu jkunu dawn kollha. X'aktarx hemm ċerti votanti li jixtiequ jaraw lill-PN jidher li rranġa r-relazzjoni tiegħu ma' Franco Debono. Naħseb li l-uniku mod korrett li wieħed jista' jiġġudika dan il-ġest [...]