Lill-Kummissarju Reynders mingħalihom li ser ibellgħuhielu li f’Malta issa kollox ward u żahar

By
2023-04-28T18:37:20+02:00Fri, 28th Apr '23, 07:36|

Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ġustizzja jinsab Malta għal ftit ġranet. Waqt li jkun hawn ser jiltaqa' ma' ministri li, minn dak li rriżulta minn xi laqgħat li saru fil-pubbliku, qalulu li Malta "kienet tgħallmet il-lezzjonijiet li kellha titgħallem" dwar il-governanza tajba u li issa kollox ward u żahar. Dalgħodu ser jiltaqa' mal-NGOs u jien bi ħsiebni [...]

Id-dnub ma jorqodx

By
2023-04-26T10:13:42+02:00Wed, 26th Apr '23, 08:17|

Angelo Gafà jiċħad li ħeba' maħfriet li ngħataw bil-quddiem lil uffiċjali tal-Pilatus Bank li kienu ġew identifikati minn Maġistrat bħala l-persuni li kellhom jittieħdu passi bil-qorti kontra tagħhom. Din iċ-ċaħda saret minkejja l-fatt li l-ktieb il-ġdid li xandar Robert Aquilina bil-provi ċari jindika l-kuntrarju: permezz ta' e-mails interni li kienu ġew skambjati, uffiċjali tal-pulizija jitkellmu [...]

Alfred Sant għandu memorja twila

By
2023-04-25T19:53:01+02:00Sun, 23rd Apr '23, 07:54|

Illum bosta huma dawk li ma għexux iż-żmien li matulu l-politika Maltija kellha lil Alfred Sant bħala politiku ewlieni. U l-bqija jinsew li għandhom ikunu grati talli m'għadhomx jiftakru żmienu. Il-bieraħ assistejna għall-aħħar att tiegħu fil-programm tar-radju ta' Andrew Azzopardi, li xejn ma niżel għasel. Bi ħsiebni nsemmi ftit mill-ħsibijiet filosofiċi li ħareġ bihom u [...]

Sistema tal-ġustizzja li taħtha jinqabad il-makku filwaqt li l-klieb il-baħar igħadduha lixxa

By
2023-04-21T12:35:37+02:00Fri, 21st Apr '23, 10:41|

Agħtu daqqa t'għajn lejn it-titlu t'hawn fuq. Nistħajjel bħallikieku nkiteb il-kliem li ġej: “It-tipjip tas-sigaretti jtawwallek ħajjtek b'5 snin, igħid il-ministru tas-saħħa”. Fl-imgħoddi diġà kellna inkjesti pubbliċi indipendenti. L-inkjesta tal-Imħallfin dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma daħlitx f'kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' responsabbiltà kriminali għaliex din ir-responsabbiltà hi fil-kompetenza tal-awtoritajiet tal-pulizija, tal-maġistrati u tal-prosekutur. [...]

Hu jinsa’ filwaqt li aħna niftakru

By
2023-04-19T16:40:58+02:00Wed, 19th Apr '23, 11:10|

Jien ma twilidx negozjant. Mhux bħal Keith Schembri. Qatt ma għext ta' negozjant u mhux bi ħsiebni mmut ta' negozjant. Nirrikonoxxi li hu għandu talenti li jien m'għandix, kif għandhom Roger Federer, Stephen Fry u Rocco Siffredi. Iżda, bħalhom ilkoll, għandi ħiliet li għandu kull bniedem. Jitgħaxxew meta jiġu mgħarxa. Joħroġ id-demm meta jinqatagħlhom laħamhom. [...]

Ħarġu t-tarka biex jagħtu kenn lill-kriminali u lill-korrotti

By
2023-04-17T17:58:16+02:00Mon, 17th Apr '23, 08:19|

Robert Abela tkaża bil-bloggers u bl-awturi tal-kotba u stqarr li dawn huma dilettanti li qed jaħlu ż-żmien tagħhom filwaqt li hu jinsab mehdi joħloq il-ġid u x-xogħol għall-pajjiż. Mhux kulħadd jista' jkun Prim Ministru. Jista' jkun hemm wieħed biss f'kull perijodu ta' żmien. Jekk huwa minnu li qed joħloq ix-xogħol, ikun qed jagħmel xogħolu. Jekk [...]

Illum Robert Aquilina tajjar l-għatu ta’ borma li ilha tbaqbaq

By
2023-04-15T16:12:31+02:00Sat, 15th Apr '23, 10:46|

Dalgħodu MidSea Books xandru ktieb ġdid ta' Robert Aquilina li jġib l-isem: “Pilatus: A Laundromat Bank in Europe”. Il-ktieb fih 734 paġna, iżda m'għandkomx għalfejn taqrawh minn qoxra sa qoxra għaliex minn paġna 265 'il quddiem jidhru stampati l-provi li fuqhom għandhom jiġu msejsa l-prosekuzzjonijiet kontra ċorma kriminali li wettqu delitti serji f'Malta u li [...]

Jean Paul Sofia maqtul għat-tieni darba

By
2023-04-14T12:24:11+02:00Fri, 14th Apr '23, 09:14|

Ġuvnott fl-aħjar tiegħu nqatel midfun taħt xita ġebel u terrapien f'binja mibnija ta' kafkaf fuq art pubblika. M'huwiex l-ewwel jew l-aħħar wieħed li nqatel sforz it-traskuraġni u r-regħba ta' ħaddieħor. Iżda d-determinazzjoni qawwija ta' ommu li ma tippermettix li l-qtil ta' binha jintnesa' u jgħaddi mal-oħrajn, irrendiet lil dan il-każ bħala wieħed uniku. L-eku tal-qtil [...]

Dawk li jmexxu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u lill-PBS għadhom kemm taw pubbliċità lin-Nażiżmu u lill-mibgħeda razzjali ffinanzjata mill-poplu. Warrbu minn hemm!

By
2023-04-13T10:41:38+02:00Thu, 13th Apr '23, 08:25|

L-istat Malti ma jista' qatt ifittex l-iskużi biex jiffinanzja, jippromwovi u jagħti pubbliċità lil ktieb anti-semitiku li jiskuża lill-Olokawst u li jfaħħar lil Hitler. L-awtur ta' “Mein Führer Adolf Hitler, L-Istorja u l-Bijografija” ta' ġieħ u rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dan il-fatt waħdu ma jfissirx li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iffinanzja l-pubblikazzjoni ta' dan il-ktieb. Iżda [...]

Ħatra importanti mill-gvern Taljan għal ħabib ta’ Muscat: l-eks prim ministru ta’ Malta kien laqqa’ lil Scaroni ma’ Yorgen Fenech

By
2023-04-13T09:59:43+02:00Thu, 13th Apr '23, 08:04|

Waqt laqgħa li saret bejn il-mexxejja tal-koalizzjoni tal-gvern Taljan, Forza Italia - l-partit politiku ta' Silvio Berlusconi - għadu kemm assikura li persuna kunsidrata li hi qrib ħafna tal-biljunarju u eks prim ministru Taljan tinħatar f'kariga importanti. Paolo Scaroni ser imexxi l-bord tal-gvernaturi tal-Enel, kumpannija li tinnegozja x-xiri taż-żjut li fiha l-istat Taljan għandu 23.6% [...]

Nintagħrfu mis-skiet tagħna

By
2023-04-11T10:42:50+02:00Tue, 11th Apr '23, 08:30|

L-awtoritiajiet Maltin lanqas biss indenjaw ruħhom li jiċħdu. Diversi NGOs xlew lil Malta li ordnat lill-bastimenti merkantili sabiex ma jagħtux l-għajnuna tagħhom lill-migranti li jinsabu f'diffikultà, minkejja li dawn ilhom ġranet sħaħ f'periklu tal-għarqa f'nofs baħar imqalleb jistennew bil-ħerqa li xi ħadd iħenn għalihom u jiġu salvati. Dan hu livell ta' kefrija li ma jitwemminx: [...]

Jason Azzopardi m’għandu bżonn lil ħadd biex jaqbeż għalih. Iżda l-klijenti tiegħu jeħtieġ li jkun hemm min jaqbeż għalihom

By
2023-04-08T20:09:27+02:00Sat, 8th Apr '23, 08:52|

Lil min ma jaraniex ħelwin, ma nlaqqmuħx li huwa mafjuż kif ġieb u laħaq. Dan m'huwiex xi laqam li joqgħod tajjeb ma' kull ċirkostanza ostili. Li kieku kellna napplikaw il-laqam b'dan il-mod, inkunu qed inċajpru t-tifsira vera tiegħu u nibdew nagħmlu ħafna għaġeb fuq kollox. Il-poster li ddendel fil-vetrina tan-negozju ta' karrozzi sekondaman ta' Christian [...]

Tħallux il-ħolm jiġri bikom

By
2023-04-06T17:48:41+02:00Thu, 6th Apr '23, 07:39|

Għall-mument immaġinaw li Rosianne Cutajar kienet membru parlamentari Nazzjonalista u mhux politiku Laburista. Din m'hix xi ħaġa ta' barra minn hawn. Il-PN ukoll kellu wħud fi ħdanu li kienu nqabdu f'imġieba mhux xierqa u li, bħal Rosianne Cutajar, spiċċaw biex twarrbu mill-partit tagħhom stess. Għalkemm, kuntrarjament għal dak li seħħ fil-każ tagħha, dawn ma damux [...]

Il-kbir tabilħaqq għadu ġej

By
2023-04-04T17:07:12+02:00Tue, 4th Apr '23, 13:10|

Montage: Lovin Malta "X'inbidel?" staqsiet Rosianne Cutajar b'mod retoriku. Dakinhar li pinġieha bħala kandidata totalment leġittima għall-elezzjoni ġenerali tal-2022,  Rosianne Cutajar għamlet tabirruħha li kienet qed temmen id-diskors fieragħ ta' Robert Abela. Dak iż-żmien, Robert Abela kien stqarr li Rosianne Cutajar kienet għamlet tajjeb għan-nuqqasijiet tagħha dakinhar li nkixfet li kienet f'relazzjoni mhux [...]

Il-Partit Laburista nkarnat li jobżoq il-ħdura u l-mibgħeda

By
2023-04-04T11:29:24+02:00Tue, 4th Apr '23, 08:57|

Għal għexieren ta' snin, kemm taħt Alfred Sant kif ukoll taħt Joseph Muscat, Manwel Cuschieri kien imexxi programm fuq ir-radju tal-Partit Laburista li l-għan tiegħu kien li jobżoq il-ħdura u l-mibgħeda kontra "l-għedewwa tal-poplu". Wara Goebbels u qabel tfaċċaw fix-xena l-propagandisti ta' Trump, Malta kellha lil Manwel Cuschieri. Flimkien ma' qaddejja oħra ta' Joseph Muscat, [...]

Bidla fl-imġieba u fil-mentalità

By
2023-04-03T16:07:24+02:00Mon, 3rd Apr '23, 11:03|

“Tletin sena ilu, kien hemm numru ta' politiċi li kien jisħoqqilhom l-ammirazzjoni tagħna. Illum politiċi bħal dawn ma ssibhomx b'nemes”. Hekk stqarret il-President uxxenti tal-Kamra tal-Kummerċ lit-Times of Malta. M'għandix dubju li se ssib ħafna li jaqblu magħha (ħlief forsi Rosianne Cutajar). Wieħed ikun jeħtieġ li jifhem il-kuntest ta' stqarrija bħal din. Ma nistgħux niġru [...]

Go to Top