Wara li l-Qaddej numru 1 fid-dinja ta’ Adrian Delia – jiġifieri Hermann Schiavone – deher fuq TVM biex igħidilna li d-diżastru elettorali tal-PN m’għandux jaħti għalih Adrian Delia, tfaċċa l-Qaddej numru 2 biex ikompli jżid id-doża.
Dan ma kien ħadd ħlief Robert Musumeci, sieħeb Adrian Delia minn naħa avversarja, li jkompli jġebbed il-fehma ta’ Herman Schiavone xi ftit ieħor. Dan qal li r-riżultat ħażin m’għandux jaħti għalih Adrian Delia iżda huwa r-risposta “tan-nies” għall-politika “diviżiva” ta’ fazzjoni fi ħdan il-PN li, skont hu, baqgħet tippersisti li ma tinżilx għarrkupptejha quddiem Joseph Muscat.
X’inhu? Skont Robert Musumeci, Adrian Delia jifhem li lill-ħakma ta’ Joseph Muscat għandna nixgħelulha x-xemgħat u li nies bħal David Casa, Simon Busuttil u Jason Azzopardi dan għadhom ma fehmuhx.
Skond Musumeci, dawn għandhom jinżlu għarrkupptejhom biex ituh qima.
“Il-poplu ma jridx firda”, qalilna.
ma nafx jekk intebaħx li n-narrativa tiegħu taqbel ma dak li hemm miktub fil-ktieb “Introduction to Fascism 101”.