Hu u ħiereġ mill-bini ta’ TVM, Robert Musumeci qal li l-PN qed iħallas il-prezz ta’ “ta’ blog li għal 10 snin qered lin-nies”.
Wara ż-żmien kollu li għadda mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, m’għandhomx il-ħila li jlissnu isimha. Madankollu ma jsibuha diffiċli xejn li jwaħħlu fiha, dsatax il-xahar wara l-qtil tagħha.
Hekk kif telaq Musumeci, minn nies kollha tal-PN ippreżentaw lil Frank Portelli.
Dan mingħalih li l-PN tilfu elezzjoni għaliex ma ċċekkjawx “firma falza” fil-provi dwar l-Egrant.
U dinosawru wieħed ikun irid l-għajnuna mingħand dinosawru ieħor. Godfrey Grima kien bil-qiegħda ħdejh u qal li “d-diżastru Egrant” kien kiser l-ekwilibriju nazzjonali.
Joseph Muscat huwa reliġjon. Min mhux magħna, kontra tagħna u ma jgħoddx.
Skont Godfrey Grima, Adrian Delia għandu jżomm il-bogħod mill-velenu fil-PN li jagħmel ħafna kritika Joseph Muscat u li lid-dinja jgħidilha li m’hemmx saltna tad-dritt għaliex dawn ikunu qed jigdbu meta jgħidu hekk.
In-narrativa ma tistax tkun aktar ċara. Jew int ma’ Adrian (u allura ma’ Joseph), jew “il-poplu” jkollu jsikktek.
Ma deher ħadd biex ilissen fehma alternattiva jew differenti.
U m’hu ser jidher ħadd biex b’serjetà jgħidilna l-konsegwenzi ta’ dan ir-riżultat x’ser ikunu.