Stqarrija ta’ #occupyjustice illum:
Xemgħat mixgħula ffurmaw il-kelma Ġustizzja li xagħlet ix-xtajta ta’ Font Għadir tas-Sliema qabel sebaħ biex jitfakkru l-għaxar xhur minn meta seħħ l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Din l-azzjoni twettqet minn #occupyjustice, grupp t’attivista mmexxijja minn nisa. “Qegħdin hawn nixgħelu xemgħat ma’ tlugħ ix-xemx bħala sinjal ta’ tama. Irridu ngħidu lill-Prim Ministru li ebda inkjesta inkonklussiva m’hi se twaqqaf il-ġlieda għall-ġustizzja. Se naraw li jkun hemm sebħ ġdid għal Malta, fejn jirbħu l-ġustizzja,” stqarrew #occupyjustice.
#Occupyjustice Qali li jridu l-ġustizzja. “Għax għaddew għaxar xhur u għadna ma nafux min qabbad lill-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia u l-għanqbuda ta’ korruzzjoni li toħroġ mill-uffiċċju tal-Prim Ministru qed tinfirex u titħabbel dejjem aktar.”
Talbu għall-ġustizzja għall-Maltin li għadhom jistennew lill-pulizija jibdew jinterrogaw politiċi identifikati minn ġurnalisti b’rabtiet mal-korruzzjoni. “Hemm biż-żejjed evidenza dokumentata biex nafu li l-Kap tal-Uffiċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru ewlieni Konrad Mizzi bnew strutturi ta’ ħasil ta’ flus biex jiċievu tixħim illeċitu. Hemm biż-żejjed evidenza biex nafu li l-Prim Ministru qed jipproteġihom flok ikeċċihom,” stqarrew #occupyjustice.
“Il-Prim Ministru jista’ jserraħ rasu li tkun xi tkun il-pressjoni li jagħmel fuqna, ser niddefendu ‘l gżiritina, ikun xi jkun il-prezz, ser nissieltu fuq ix-xtajtiet, ser niġġieldu fuq l-art, ser niġġieldu fl-egħlieqi u fit-toroq, ser niġġieldu fl-għoljiet; m’aħna qatt ser inċedu.”
“Raġel li nammiraw qal dawn il-kliem qabilna, u rnexxa. Ismagħna sew u ftakar x’qed ngħidu, se nirnexxu aħna wkoll. M’aħniex se nistrieħu sakemm issir ġustizzja,” temmew #occupyjustice.
#Occupjyjustice determinati jiġġieldu għal dak li hu sew, għall-ġustizzja u għal soċjeta’ ġusta u ekwa.
“Dan hu ġensna, din hi darna, aħna n=nies. Nippretendu aħjar, jixraqilna aħjar, nesiġu aħjar.”