Irridu azzjoni kontra l-korruzzjoni
https://youtu.be/STDfpUo92IA
https://youtu.be/STDfpUo92IA
https://youtu.be/EZwyrj9gVhw
Dawn huma xi ritratti meħudin waqt il-protesta tal-bieraħ fil-Belt Valletta.
Iqajjem interess kbir dak li l-gvern jagħmel il-ħila kollha tiegħu biex jibqa' jaħbi. Il-kuntratt sigriet li Konrad Mizzi kien iffirma mas-Socar u li nkixef minn The Shift News mhu xejn ħlief prova ċara oħra ta' korruzzjoni kontra l-gvern ta' Joseph Muscat. Iżda l-verità hi li din kienet storja li konna ilna li sirna nafu biha. [...]
Aqraw ftit x'tella' fuq il-mezzi soċjali l-Ministru tat-Turiżmu tagħna. Appella lin-nies sabiex tkun responsabbli għaliex, wara li jgħaddu l-festi, it-toroq ikunu mimlijin skart u ħmieġ. Mur obsor għalik, Sur Ministru. Tgħid landa taż-żibel li tesa' l-imbarazz li jinġema' f'ġurnata tal-Ħadd matul is-sena se tkun kbira biżżejjed biex tesa' l-iskart li tħalli n-nies meta darba fis-sena [...]
Dalgħodu fil-qorti lil 4 maġistrati, li bħalissa għaddejjin b'xogħol fuq inkjesti b'rabta mal-allegazzjonijiet dwar korruzzjoni, Repubblika infurmathom bir-rapport li xxandar ilbieraħ minn The Shift News, liema rapport akkwistatu id-Daphne Caruana Galizia Foundation permezz ta' talba taħt il-Freedom of Information. Il-ftehim li kien intlaħaq f'April 2015 bejn il-gvern Malti u s-SOCAR Trading SA sal-bieraħ kien għadu [...]
Stqarrija ta' Repubblika, #occupyjustice, u manueldelia.com: DIMOSTRAZZJONI TA’ PROTESTA: IRRIDU AZZJONI KONTRA L-KORRUZZJONI! Kuljum aħna l-Maltin u l-Għawdxin insiru nafu b’fatti ġodda ta’ korruzzjoni. Minkejja dan, l-impunità għadha r-regola. Hawn klassi ta’ politiċi u nies qrib tagħhom li huma meqjusa minn elementi fl-istituzzjonijiet li ma jista’ għalihom ħadd. Għalina dan mhux aċċettabbli. M’aħniex ser nittolleraw [...]
Sandro Camilleri għadu kemm inħatar kap tal-anti-money laundering unit tal-korp tal-Pulizija. F'moħħi dan l-imbierek nistħajlu qisu karikatura tiegħu innifsu. Madwar 4 snin ilu kont ktibt artiklu dwaru bit-titlu Inspector Big. Bosta huma dawk li qed itellgħu ritratti mill-album ta' Sandro Camilleri fil-mezzi soċjali. U ttellgħu wkoll links għaż-żmien li matulu Daphne Caruana Galizia kienet tellgħet [...]
Dawk li baqgħu sal-lum jgħattu xtur Joseph Muscat ilhom għal snin twal jippruvaw jaħbu sigrieti li darba kienu maqfulin f'kaxxaforti miżmum fil-kċina tal-Pilatus Bank f'Whitehall Mansions, Ta’ Xbiex. Wieħed mill-aktar qaddejja importanti ta' Joseph Muscat kien il-ħabib u avukat tiegħu Pawlu Lia. Lia u Muscat ilhom midħla ta' xulxin. Dakinhar li Joseph Muscat kellu jieħu [...]
Photo: Jonathan Borg/Times of Malta Ma ħadtux nifs 'il ġewwa malli sirtu tafu li l-prim ministru tagħna kien ser jinterrompi l-btala kważi permanenti tiegħu biex jilqa' prim ministru ta' pajjiż ieħor? Kemm jidher b'saħħtu. Innutaw kemm ħarqitu x-xemx. Tant qatta' ħin jilgħaq ix-xemx li swied aktar mill-prim ministru Libjan li jgħix f'deżert.
Ix-xahar id-dieħel se nfakkru l-ħames sena minn meta l-qattiela ta' Daphne Caruana Galizia brutalment ħasdu lil ħajjitha kif ukoll lix-xogħol tagħha. F'Ottubru se nagħlqu ħames snin nissieltu flimkien għal ġustizzja kemm għaliha kif ukoll għal familtha u għal pajjiżna. Ġlieda li għadha ma ntemmitx u li fadlilha snin twal qabel tintemm. Repubblika, #occupyjustice, u din [...]
Tat-Times of Malta kkwotaw it-tweġibiet li ta l-kelliem tal-PN għall-Intern lil "dawk kollha li skantaw bid-deċiżjoni tal-avukat u deputat tal-PN Joe Giglio li jiddefendi wieħed mill-akkużati u li fl-istess waqt qisu l-fatt ironiku li membru parlamentari tal-Oppożizzjoni qed jirrappreżenta lil min jinsab mixli b'korruzzjoni f'ħadma li wkoll jinsab imdaħħal fiha ministru tal-Partit Laburista." Giglio "tenna [...]
Ikkritikajt lil Joe Giglio u, b'mod impliċitu lil Alex Borg, għall-istqarrija li ħareġ il-PN u li permezz tagħha ppropona li biex jinstab tarf għall-problemi marbutin mas-sigurtà fil-pajjiż, jeħtieġ li b'mod "immedjat" jitkeċċew dawk il-barranin li jwettqu delitt u jiksru l-liġijiet tal-pajjiż. Il-kliem vag u iebes u n-natura intrinsikament diskriminatorja ta' din l-istqarrija turi li hi [...]
Il-każ kontra l-kappillan ta' Marsaxlokk iqajjem l-interess tal-midja għal ħafna raġunijiet. Għalkemm is-soċjetà tagħna qed issir aktar sekulari aktar ma jgħaddi żmien, xorta npoġġu l-qassisin fuq pedestal. Meta jiżbalja wieħed minnhom, l-iskandlu jinħass doppju. L-aktar aħbar li qajmet l-interess tal-pubbliku kienet li nefaq għexieren ta' eluf ta' ewro fuq pornografija. Mhux reat li tonfoq il-flus [...]
M'iniex qed nikteb din biex inwaqqagħlek il-moral, għalkemm inħoss ċertu solidarjetà jekk ma nibqax waħdi. Żgur li kultant titħassbu dwar x'jagħmlu online ċertu nies, kif jagħtu appoġġ lill-eroj tagħhom minkejja l-evidenza kollha li m'hemm xejn erojku dwarhom, jew kif il-Labour jibqa' jirbaħ l-elezzjonijiet. Lovin Malta tellgħu dan l-artiklu (nimmaġina bi ħlas) dwar kemm tela' l-premju [...]
Id-deċiżjoni tal-Junior College li jippermettu lill-istudenti li jtemmu l-kors ta' studji tagħhom f'livell avvanzat fuq medda ta' erba' snin minflok sentejn u dan sabiex ikunu jistgħu jaqilgħu x'jieklu għall-familji li jiddependu minnhom, hi ġusta. Hawn familji li mhumiex ilaħħqu u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom ma tippermettilhomx li jħallu lil uliedhom ta' 16-il sena jattendu l-iskola [...]
https://youtu.be/FVyYw49VMOw
https://youtu.be/t7UV7FXPa8o
https://youtu.be/PseSKaww20k
https://youtu.be/krhJLmgWzq8