Din mhix imġiba aċċettabbli

By
2022-05-28T09:57:14+02:00Tue, 24th May '22, 12:45|

Meta jkun hemm impjegata mal-gvern li xogħolha jkun li tirregola industrija partikolari, mingħajr ma trid toħloq relazzjoni ta' xogħol mal-akbar investituri fl-istess industrija. Għandu jkun ċar li din mhix impjegata magħhom. Dawn għandhom il-ħaddiema tagħhom u hi taħdem fl-interess pubbliku billi tħaddem il-liġijiet li jirregolaw l-imġiba tal-investituri fl-industrija. Ikun mistenni li, fl-ambitu ta' dawn il-liġijiet, [...]

KITBA MĠEDDA: Uffiċjal anzjan iwarrab minħabba l-indħil ta’ ħu ministru

By
2022-05-24T15:51:29+02:00Mon, 23rd May '22, 10:36|

KITBA MĠEDDA: Christian Abela kiteb biex iwieġeb għall-kitba t'hawn isfel. Ikklikkja hawn biex taqra t-tweġiba tiegħu. Iċ-chief of staff tal-Ministru Għawdxi l-ġdid it-tabib Jo Etienne Abela li taħtu jaqa' d-dipartiment dwar l-anzjanità attiva, warrab mill-kariga wara biss tliet ġimgħat. Ma ngħatatx raġuni uffiċjali l-għala warrab dak li kien il-kap tas-segretarjat Alex Vella Muscat, li min-naħa [...]

X’kien jgħid Anton Refalo li kieku pittura tal-Caravaggio għebet mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u nstabet imdendla fis-salott tiegħi?

By
2022-05-19T18:48:24+02:00Thu, 19th May '22, 13:13|

Araw kif ikkummenta Anton Refalo hekk kif tat-Times of Malta staqsewh dwar il-plier tal-mili ta' żmien ir-Reġina Vittorja li kien tqaċċat minn fejn kien jinsab u spiċċa fil-ġnien privat tiegħu biex b'hekk ikun jista' joqgħod jammirah waqt li jkun qed iċafċaf fil-pixxina tiegħu. Parti mir-raġuni l-għala Anton Refalo qed jibqa' jgħaddiha lixxa hi li bosta [...]

Mhux newtrali. Ġwejjef.

By
2022-05-16T18:16:20+02:00Mon, 16th May '22, 12:16|

Din il-kitba li Joe Brincat għoġbu jtella' fil-Facebook ma perriċthiex hawn biex inkompli nikkonferma l-kredenzjali Mintoffjani tiegħu. Dawn il-kredenzjali issa ilhom magħrufin sewwa. Din il-kitba rriproduċejtha hawn għaliex tista' ssib tweġiba għall-mistoqsija li saret dalgħodu dwar ir-raġuni għala l-votanti Malti tal-Eurovision m'għamlux bħall-bqija tal-Ewropej u naqsu li jivvutaw għall-kanzunetta tal-Ukrajina, bi tpattija għat-tbatija li jinsabu [...]

Fejn tkun il-Pulizija meta tiġi bżonnha?

By
2022-05-12T19:17:46+02:00Thu, 12th May '22, 12:36|

Dalgħodu ktibt dwar  il-kummissarju tal-pulizija Angelo Gafà u l-fatt li dan baqa' ma tniffissx dwar ix-xhud li quddiem il-qorti ammetta li l-Pulizija kienet ilha 5 snin sħaħ li saret taf fejn jinsab Ryan Schembri - u, minkejja dan, baqgħet m'għamlet xejn biex tarrestah u ġġibu lura lejn Malta. Imbagħad xi ħadd ġibidli l-attenzjoni li Angelo [...]

Tasal biex tkompli tifhem il-għala baqgħu kontra t-tfassil tal-liġijiet kontra l-mafja

By
2022-05-12T18:54:28+02:00Thu, 12th May '22, 10:39|

Ritratt: Matthew Mirabelli Stennejt li jgħaddu 24 siegħa qabel nikteb dwar l-ammissjoni xokkanti ta' spettur tal-pulizija li lill-qorti lbieraħ qalilha li m'għandux idea l-għala dawk li kellhom ir-responsabbiltà fuq spallejhom li jsegwu u jaqbdu bniedem maħrub, baqgħu jinjoraw informazzjoni dwaru li kienet waslitilhom mingħand il-Pulizija fl-Ingilterra. Stennejt sakemm għaddew 24 siegħa għal żewġ [...]

Il-qerq jiekluh bil-ħobż

By
2022-05-11T16:45:12+02:00Wed, 11th May '22, 09:51|

Kienu l-għerf ta' Senatur mill-Kalifornja, ta' drammaturgu Grieg antik, ta' strateġista militari Ċiniż u ta' tant oħrajn li wasslu biex tfasslet il-frażi: ‘meta tfaqqa' gwerra, l-verità tkun l-ewwel li tikolha’. Dan huwa fatt tassew ironiku. Iżda kemm huwa aktar ironiku l-fatt li, hekk kif tfaqqa' gwerra, hawn Malta l-verità tkun ilha li għebet. Hawn Malta, [...]

Għerf li jbellħek

By
2022-05-10T14:14:37+02:00Mon, 9th May '22, 09:57|

Xi ħadd bagħatli screenshot ta' kitba li tella' ċertu John Charles Ellul fil-Facebook li permezz tagħha pprova jagħmilha tal-gustuż dwar il-ftuħ tal-Parlament. Dan staqsa dwar kif inhu possibbli li l-pajjiż jidher li ġie nieqes mill-bajd u mit-tadam x'jissotta lejn id-deputati Nazzjonalisti huma u ħerġin mill-Parlament. U fl-istess nifs jistaqsi x'sar minnhom il-partitarji Laburisti. Min jaf [...]

14-il ktieb jikkompetu għall-premju tal-letteratura fattwali

By
2022-05-03T20:02:08+02:00Tue, 3rd May '22, 15:28|

It-tieni ktieb tiegħi The Third Siege of Malta, editjat minn Alessandra Dee Crespo, ntgħażel fil-'lista t-twila' għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 fil-kategorija ta' Letteratura Fattwali. Din il-lista hekk imsejħa t-twila fiha dawk il-pubblikazzjonijiet li huma kunsidrati bħala eliġibbli biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni. The Third Siege of Malta, ppubblikat minn MidSea Books, qed jikkompeti ma' dawn il-pubblikazzjonijiet eċċellenti li [...]

John Dalli ma jridx lil min joqgħod inemmislu

By
2022-05-03T20:05:35+02:00Tue, 3rd May '22, 13:05|

It-tribunal ta' reviżjoni amministrattiva ċaħad talba tal-eks ministru u Kummissarju Ewropew John Dalli u ta' bintu Louisa sabiex jingħataw id-dritt tal-ewwel preferenza għax-xiri ta' għalqa li tmiss mal-proprjetà li għandhom fis-Siġġiewi. L-għalqa kienet inbiegħet mill-Awtorità tal-Artijiet bl-offerti, iżda l-offerta li għamlu ta' Dalli ma kinitx l-aħjar waħda. Huma stqarrew li għandhom ikollhom dritt tal-ewwel preferenza [...]

Il-Pulizija kemm ser iddum b’idejha fuq żaqqha?

By
2022-05-02T17:04:46+02:00Mon, 2nd May '22, 12:41|

Il-qorti llum tat sentenza li permezz tagħha qalet li ġurnalist kien irnexxielu sostanzjalment jipprova allegazzjonijiet li huwa kien xandar fl-2016 dwar Neville Gafà. Sadattant, David Lindsey - il-ġurnalist in kwistjoni - m'għadux jaħdem ta' ġurnalist u qed jaħdem f'mestier differenti. Il-kawża li saret kontrih kellha ħafna dewmien. Il-Maġistrat li kien beda jismagħha kien inħatar Imħallef [...]

Semmili l-ismijiet tal-erba’ evanġelisti

By
2022-05-02T17:05:51+02:00Mon, 2nd May '22, 08:55|

It-titlu ta' din il-kitba hi mistoqsija immaġinarja li saret minn preżentatur ta' programm tar-radju. Is-semmiegħa talbet li tingħata ħjiel u l-preżentatur, biex jikkuntentaha, qallha li wieħed mill-erbgħa jismu "John". Allura x'jisimhom it-tlieta l-oħra? U dlonk sparatlu it-tweġiba: "Paul, George u Ringo?" Il-filmat ta' hawn isfel huwa wieħed reali.

Rosianne Cutajar ħatja ta’ “ksur gravi” tar-regolamenti tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2022-04-30T11:02:35+02:00Fri, 29th Apr '22, 16:36|

Skont il-kumitat dwar ir-regolamenti tal-proċedura, tal-immunitajiet u tal-affarijiet istituzzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, Rosianne Cutajar wettqet ksur serju tal-kodiċi tal-kondotta tal-Assemblea Parlamentari  dakinhar li, f'diskors li kienet għamlet fl-Assemblea waqt riżoluzzjoni dwar Malta, kienet naqset li tiddikjara li kellha "relazzjoni professjonali" ma' Yorgen Fenech. L-interess ta' Yorgen Fenech f'17 Black u fl-Electrogas kien imsemmi f'memorandum spjegattiv li [...]

Il-Kummissjoni Ewropea b’liġi kontra kawżi SLAPP “f’isem Daphne”

By
2022-05-02T17:09:01+02:00Wed, 27th Apr '22, 13:22|

Il-Kummissarju Ewropew Vera Jourova llum ħabbret direttiva ġdida tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-qrati Ewropej ikollhom is-setgħa li jwaqqfu kawżi ta' libell vessatorji fl-istadju bikri tagħhom. Il-qrati se jkollhom is-saħħa li jagħtu rimedji lil ġurnalisti u attivisti li jkunu fil-mira ta' libelli SLAPP u li jippenalizzaw lil min jabbuża billi jiftaħ kawżi immirati biex jagħtu [...]

Il-widna ta’ Dalli

By
2022-04-27T20:50:38+02:00Wed, 27th Apr '22, 10:10|

Dak li kien l-id il-leminija ta' Alex Dalli fil-ħabs - Randolph Spiteri - kellu jwieġeb għall-mistoqsijiet li għamlulu l-ġurnalisti biex jiġġustifika l-fatt li ma kienx qed jidħol għax-xogħol. Huwa wieġeb li kien qiegħed biss igawdi vacation allowance akkumulat u li mhux minnu li kien tkeċċa mix-xogħol tiegħu f'Kordin. Issa l-ġurnalisti mhux soltu joqogħdu jċemplu lill-impjegati [...]

Impenn qawwi bħar-riħ li jnaddaf

By
2022-04-22T16:32:50+02:00Fri, 22nd Apr '22, 16:32|

Din hi l-omelija tal-Isqof Joseph Galea Curmi f'quddies għal Daphne Caruana Galizia li saret aktar kmieni din il-ġimgħa. Għadna kif għexna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Hemm osservazzjoni interessanti li jagħmel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tiegħu fuq Ġesù ta’ Nażaret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù. Hu jitkellem fuq meta Ġesù daħal [...]

Min ser jitkellem għaċ-ċikonja s-sewda?

By
2022-04-21T20:22:53+02:00Thu, 21st Apr '22, 10:20|

Il-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali għamilniehom għaliex irrikonoxxejna li l-annimali għandhom id-drittijiet. Għandhom dritt għall-kura. Jekk ikun biħsiebna li nikluhom, għandna noqtluhom bl-aktar mod "uman" possibbli mingħajr moħqrija bla bżonn. U jekk ikun biħsiebna nżommuhom maqfulin, ikun jeħtieġ li nitimgħuhom mingħajr ma nuru kefrija magħhom jew mingħajr ma nżommuhom marbutin. L-għasafar tal-passa ma jaqgħux taħt il-liġijiet [...]

Qrunhom iridu jibqgħu jżommuhom f’buthom

By
2022-04-20T15:53:35+02:00Wed, 20th Apr '22, 14:16|

Tal-Lovin Malta kkwotaw dak li ġie rrappurtat li qalet politikanta Laburista meta din sejħet lid-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello bħala “Jason Azzopardi l-ġdida”. Jidher li fil-ġranet li għaddew u minn dakinhar li Borg Bonello rnexxielha titla' fil-Parlament, lil Joseph Muscat sejħitlu “kriminal” u dwar Cyrus Engerer fakkret li dan kien ġie misjub ħati talli xandar [...]

Taħwid fl-Identity Malta wassal għat-tkeċċija ta’ Alex Muscat mill-kabinett

By
2022-04-06T20:04:06+02:00Wed, 6th Apr '22, 09:54|

Għejjun fl-Identity Malta qaluli li, wara l-elezzjoni ġenerali, l-eks Segretarju Parlamentari Alex Muscat tħalla barra mill-kabinett minħabba ċerti irregolaritajiet li kienu qed jitħallew iseħħu f'Identity Malta, li hi l-aġenzija li tmexxi l-bejgħ tal-passaporti. Jidher li, tard is-sena li għaddiet, stejjer dwar tmexxija ħażina, abbuż mis-sahra u suspetti ta' tixħim minn klijenti tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti waslu [...]

Hekk kif taqa’ l-maskra, jinkixfu ta’ li huma

By
2022-04-05T21:10:08+02:00Tue, 5th Apr '22, 13:52|

Dalgħodu ktibt dwar Michael Falzon, l-eks ministru Nazzjonalista mikul b'rabja u bi ħdura, li għoġbu jtella' kitba fil-Facebook biex jesprimi l-ħerqa li għandu għal produzzjoni ta' dramm li jgħaddi ż-żmien b'Daphne Caruana Galizia. Għadu kemm kiteb artiklu li fih stqarr li l-PN qed isofri l-konsegwenzi tal-fatt li ppermetta l-eżistenza ta' Repubblika. Stqarrija bħal din, li [...]

Go to Top