Erġa’ għidilna l-għala Konrad Mizzi għadu sal-lum jiġri barra

By
2021-10-25T18:11:46+02:00Mon, 25th Oct '21, 15:43|

Kien issemma' fl-iskandlu tal-Panama Papers tal-2016. Inkixef li ħoloq struttura finanzjarja biex ikun jista' jirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim. Inkixef mill-Awditur Ġenerali li kien indaħal direttament fit-tqassim ta' kuntratti pubbliċi. Inkixef li kellu x'jaqsam mal-bejgħ tal-ishma tal-Enemalta lil Shanghai Electric. Inkixef dwar in-negozju tal-Montenegro. Inkixef dwar in-negozju tal-Vitals. Inkixef li kiser il-kunfidenzjalità dwar il-proġett tal-ITS. Naqas [...]

La jibża’ minn dellu u lanqas m’hu ġifa. Huwa biss kriminal.

By
2021-10-26T10:13:21+02:00Mon, 25th Oct '21, 10:55|

Ara ma jkunx hemm min jgħaddilu minn moħħu li Konrad Mizzi jinsab beżgħan mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Il-biża' m'għandha x'taqsam xejn. Li kieku kien beżgħan, kien jattendi għas-seduta u kien jimbarazza lilu nnifsu hu u jwieġeb ripetutament li "jagħżel li ma jweġibx" jew kien iqabbad lill-avukat biex iwieġeb f'dan is-sens floku. Konrad Mizzi jaf [...]

Joseph Muscat imsejjaħ bħala xhud tad-difiża fil-proċess kriminali kontra Matteo Salvini dwar ħtif ta’ migranti

By
2021-10-24T19:52:38+02:00Sun, 24th Oct '21, 09:18|

Joseph Muscat ser jissejjaħ biex jixhed flimkien ma' xhieda oħrajn fil-ġuri kriminali ta' Matteo Salvini, il-kap tal-partit lemini l-Lega fl-Italja u eks Ministru tal-Intern li jinsab mixli bi ħtif ta' persuni wara li, għal bosta ġranet, ma ppermettix li vapur ta' NGO Spanjola jidħol fil-port ta' Lampedusa b'147 migranti abbord. Għalkemm Joseph Muscat huwa biss [...]

Uliedna diġà qed jisħtuna

By
2021-10-23T23:00:36+02:00Fri, 22nd Oct '21, 10:17|

Niksaħ meta niftakar bil-mod kif Ian Borg qiegħed kliemu meta tkellem favur il-ħtieġa tal-bini ta' metro: 'Jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn, uliedna għad jisħtuna'. Qatt f'ħajti ma niftakar li kkwotajt lil Ian Borg dwar xi ħaġa li qbilt magħha. Jekk dak li qal Ian Borg jitneħħa mill-kuntest speċifiku tal-idea li tinbena metro u għal mument [...]

Merħla mogħoż

By
2021-10-21T19:17:04+02:00Thu, 21st Oct '21, 10:10|

Jidher li mhux biżżejjed għall-membri ta' dan il-gvern il-kważi ċertezza li ċ-ċens li għandhom fuq is-siġġu tas-setgħa ser jiġġeddidilhom għal 5 snin oħra. Xorta waħda jħossu l-ħtieġa li l-qilla tat-trolls jinfexxuha fuq l-avversarji tagħhom li ta' sikwit itemmu n-nuqqas ta' argumenti li jġibu bil-kliem “erbgħin elf” u bi stampa ta' ringiela lumi. Araw ftit x'għoġbu [...]

Ser ikun ħaqqna dak li hemm lest għalina?

By
2021-10-20T15:33:18+02:00Wed, 20th Oct '21, 08:12|

L-istorja ewlenija tal-lum tat-Times of Malta dwar id-diskors tal-bieraħ ta' Robert Abela hi verżjoni kemxejn inqas ironika ta' dak li ktibt jien dwar it-temi tal-baġit u dwar it-tweġiba għalih tal-oppożizzjoni. L-aqwa żmien kien biss il-bidu. Iċ-ċejċa għad irridu nmaxtruha. Robert Abela qalilna lbieraħ li qed jilmaħ “prosperità ġdida”. Tajjeb li jkollok prim ministru li juri [...]

Ma jistax jgħaddiha lixxa

By
2021-10-20T15:37:16+02:00Wed, 20th Oct '21, 07:27|

Wara li kien injora żewġ stediniet li għamillu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb għal mistoqsijiet dwar il-kuntratti tal-enerġija li hu stess kien innegozja u ffirma, ilbieraħ Konrad Mizzi qal li kien biħsiebu jilqa' t-tielet stedina li saritlu. Stqarr li ma riedx lil dawk il-mingħulin ta' Nazzjonalisti "jaljenaw" lill-poplu mid-diskors kbir li kien għamel Robert [...]

Aqwa mill-aqwa żmien

By
2021-10-19T20:15:06+02:00Tue, 19th Oct '21, 09:50|

Titħabbarx formalment jew le fis-sigħat li ġejjin, l-elezzjoni ġenerali tinsab wara l-bieb. L-ewwel nett, wasalna. Ma jistax jingħad li tkun elezzjoni "bikrija" jekk issir 6 xhur qabel żmienha. It-tieni, l-partit fil-gvern issa ilu żmien twil imexxi l-kampanja tiegħu bl-istess ħeġġa li wera fl-elezzjonijiet tal-2013 u tal-2017. Dawn l-elezzjonijiet kienu ġġilduhom bħallikieku kienu minn taħt fis-sondaġġi [...]

Tajjeb li tkun taf bil-qerq li hawn madwarna

By
2021-10-20T18:37:57+02:00Mon, 18th Oct '21, 10:27|

F'dawn l-aħħar ġranet tgħallimt affarijiet ġodda li messni kont nafhom. Iżda ma kontx nafhom u għaldaqstant jista' jagħti l-każ li lanqas int li qed taqra' ma taf bihom. Temminx 'l għajnejk meta l-mobile jindika li t-tali persuna minn fost il-kuntatti tiegħek tkun qed iċċempillek. Għaliex jista' jċempillek xi ħadd li jagħmel tabirruħu li huwa persuna [...]

Go to Top