Dawn x’razza ta’ nies tal-mistħija huma?

By
2021-05-26T13:42:42+02:00Wed, 26th May '21, 11:57|

Dan m'hu ħadd ħlief l-ewroparlamentari Alex Agius Saliba li, biex inkun ġeneruż miegħu, qed nassumi li fixkel kumitat b'ieħor fil-bini tal-Parlament Ewropew u qara' diskors b'ieħor. Dan il-bniedem jidher li ma jażżardax jitħaddet bl-Ingliż jekk ma jkollux diskors quddiemu miktub fuq karta għaliex ara x'jiġrilu meta jsib ruħu f'sitwazzjoni li fiha jkollu bilfors jitħaddet mingħajr [...]

Jekk Clyde Caruana jridna nemmnuh li dak li stqarr għandu mis-sewwa, għandu minnufih ixandar id-dokumenti

By
2021-05-19T20:20:25+02:00Wed, 19th May '21, 17:00|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li Clyde Caruana kiteb fil-Facebook li hi verżjoni xi ftit aktar dettaljata tal-istqarrija li ħareġ il-Ministeru tal-Finanzi aktar kmieni llum dwar il-kwistjoni tat-taxxa maħfura taċ-Ċaqnu. L-istqarrija ta' Clyde Caruana turi li huwa jaf li ser ikollu biċċa xogħol iebsa biex jikkonvinċi lin-nies li jħallsu t-taxxa fil-ħin u fil-pront ġaladarba li [...]

Minkejja ħafna ċaħdiet mill-gvern, dwar ħlas ta’ taxxa ċ-Ċaqnu spiċċa minn fuq

By
2021-05-19T19:57:43+02:00Wed, 19th May '21, 16:33|

Agħtu daqqa t'għajn lejn id-dettalji. Dalgħodu tat-Times of Malta rrappurtaw li Charles Polidano ċ-Caqnu nħafritlu parti kbira mill-ammont ta' €40 miljun li ilu dovut sa mis-snin disgħin. Dawn kitbu li kien ħallas depożitu u ffirma kuntratt li permezz tiegħu ftiehem li jħallas il-bilanċ fuq medda ta' żmien. Iżda parti minn dan l-ammont ser jitħallas bis-saħħa [...]

Jinqalgħu ħafna għat-teatrini

By
2021-05-18T11:31:10+02:00Tue, 18th May '21, 09:04|

Hekk kif iddaħħlet mill-ġdid fil-kabinett tal-ministri ftit xhur wara li kienet warrbet minħabba ż-żwieġ tossiku li kellha ma' dak li kien id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, l-iskreditat Silvio Valletta, Justyne Caruana reġgħet sabet ruħħa fl-aħbarijiet. Ftit jiem wara li reġgħet inħatret, il-prim ministru taha ordni biex tħassar kuntratt li kienet tat lil Daniel Bogdanovic, eks player tal-futbol [...]

Meta tiġi darek mal-ħajt, waħħal f’Jason

By
2021-05-17T16:54:07+02:00Mon, 17th May '21, 08:04|

Bil-wiċċ tost kollu, l-bieraħ Carmelo Abela sejjaħ għar-riżenja ta' Jason Azzopardi. Fl-2010 meta kien seħħ l-attentat tas-serqa mill-HSBC, Jason Azzopardi ma kienx impjegat tal-bank. Ma kellux aċċess għat-tagħmir li jistampa l-access cards li ntużaw fis-serqa. Ma kienx intalab jixhed fl-investigazzjoni u mbagħad lill-istampa qalilha li ma jiftakarx li kien xehed. Ma kienx Jason Azzopardi li [...]

Għad jisgħobbieħ li għamel dan il-pass

By
2021-05-11T13:27:57+02:00Tue, 11th May '21, 10:51|

Fil-Facebook Christian Grima lmenta li dawk li qed jagħmlu kampanja favur il-Verità u l-Ġustizzja ma wrewx solidarjetà miegħu wara li Joseph Muscat qal li kien ser jiftaħlu libell fil-qorti talli lil Michelle Muscat qalilha li “(Lil Daphne) splodiha żewġek.” Qrajt ukoll dak li kiteb Chris Peregin ta' Lovin Malta. Dan wera' t-tħassib tiegħu dwar x'seta' [...]

Jekk Carmelo Abela jridna nemmnuh li ma’ kellu xejn x’jaqsam ma’ attentat ta’ serqa minn bank, kien messu ħareġ bi skuża kredibbli.

By
2021-05-10T12:37:37+02:00Mon, 10th May '21, 11:17|

Il-ġurnalisti tat-Times of Malta Ivan Martin u Jacob Borg, lil Carmelo Abela staqsewh dwar x'kien stqarr lill-Pulizija meta dawn kienu bgħatu għalih u nterrogawh wara li fl-2010 kien seħħ l-attentat ta' serqa mill-bank tal-HSBC Bank. Dak iż-żmien huwa kien jaħdem hemm u, għalkemm dan huwa ma kkonfermaħx, il-ġurnalisti ssuġġerewlu li huwa kellu aċċess għall-makna li [...]

Il-baqar sagri

By
2021-05-05T12:02:50+02:00Wed, 5th May '21, 10:40|

Tal-One TV għamlu xalata sħiħa meta jien ikkummentajt dwar l-istqarrija li għamel Bernard Grech fis-sens li hu m'għandu ebda problema b'Adrian Delia. X'aktarx li ser jagħmlu xalata oħra b'dan li ġej. Matul il-kampanja li għamel Adrian Delia biex jibqa' kap tal-partit, il-manigold tiegħu Vincent Borg, magħruf bħala Ċensu l-Iswed, kien kiteb fil-Facebook f'lingwa li hu [...]

Bħaħan kuntenti

By
2021-05-04T11:13:29+02:00Tue, 4th May '21, 07:39|

Ejjew ngħarblu l-kwistjoni mill-perspettiva tagħha. Robert Abela rrikonoxxa li l-għoti tal-kuntratt dwar proġett tal-estensjoni f'San Vinċenz de Paule li sewa' mal-€275 miljun kiser il-liġijiet proċedurali. Huwa pprova jnaqqas is-sinjifikat ta' dan il-ksur sfaċċat tal-liġijiet iżda, anki f'dak li rrikonoxxa, huwa ttanta li jiġġustifikah hu u jistqarr li issa l-pajjiż għandu residenza għall-anzjani akbar u li [...]

Il-miżbla żibel ta’ moħħhom

By
2021-05-03T19:00:52+02:00Mon, 3rd May '21, 08:39|

Philip Sciberras, eks Imħallef, eks deputat parlamentari Laburista, eks medjatur fil-gwerra li kienet skattat bejn Alfred Sant u Dom Mintoff, eks bażużlu ta' Alfred Sant, bniedem li jgawdi sensiela ta' pensjonijiet, bniedem li f'idejh kellu monopolju ta' informazzjoni sensittiva f'inkjesti kummissjonati mill-gvern u bniedem li ma xebgħax jirrimetti l-ħdura li għandu għal dak kollu li [...]

Iċ-ċittadinanza m’għandhiex prezz

By
2021-04-30T11:06:46+02:00Fri, 30th Apr '21, 11:06|

Dal-għodu Repubblika ppublikat dokument ta' politika dettaljat li jagħti r-raġunijiet għalfejn l-organizzazzjoni temmen li Malta m'għandhiex tbiegħ iċ-ċittadinanza tagħha. Uħud mill-argumenti huma dawk li tistenna li tara meta tqis kull ma nafu fuq l-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti. Imma dan hu wkoll eżerċizzju li jerġa' jħares lejn xi tfisser tassew iċ-ċittadinanza u jagħmel suġġerimenti għal tibdil [...]

Loġika tal-blieħ

By
2021-04-30T10:36:24+02:00Fri, 30th Apr '21, 09:33|

Ma naħsibx li l-fehmiet ta' Mark Camilleri għandhom piż biżżejjed biex magħhom iġibu l-bidliet fil-Partit Laburista. Għaldaqstant ir-rimarki li dan għadda ftit ilu dwar dak li sejjaħ bħala pressjoni li saret fuq Joseph Muscat biex idabbar ras Keith Schembri, nqishom bħala ġrajja li qed jimmaġina li seħħet u mhux li effettivament seħħet. Iżda jibqa' nteressanti [...]

Kwart ta’ biljun biss ta!

By
2021-04-28T21:28:22+02:00Wed, 28th Apr '21, 18:21|

Agħtu daqqa t'għajn lejn ir-rapport dettaljat li xandar Ivan Martin fit- Times of Malta dwar il-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali fil-każ tal-kuntratt enormi maħmuġ pesti dwar l-espansjoni tar-residenza San Vinċenz de Paule li kien ingħata b'direct order lid-ditta James Caterers u lid-DB Group. Skont l-Awditur Ġenerali l-gvern m'għandu ebda skuża biex jiġġustifika d-deċiżjoni li ħa fl-2017 meta [...]

Dawk li qed itellqu kontrina qed jiddieħku bina

By
2021-04-26T11:45:23+02:00Mon, 26th Apr '21, 08:39|

Għalkemm jeżistu ċerti dubji dwar attivitajiet ekonomiċi li jkunu msejsin fuq il-vizzji, wieħed ma jistax ma jammettix li llum l-industrija tal-gaming hi industrija li tħaddem l-eluf u waħda li ma ntlaqtitx ħażin mill-effetti tal-imxijja. Lil din l-industrija l-gvern qed jagħtiha bis-sieq. Hekk kif is-segretarju parlamentari Alex Muscat sejjaħ bħala "attakk fuq Malta" r-rapporti li qed [...]

Tajjeb li jkollna ministri żgħażagħ. Dment, iżda, li ma jkunux għadhom liebsin il-ħarqa.

By
2021-04-22T17:36:32+02:00Thu, 22nd Apr '21, 12:55|

Aaron Farrugia talab lil ommu biex ma tkomplix timbarazzah quddiem sħabu. Kien qisu tifel żgħir ikellem lil omm li tkun xebgħet issegwih sal-iskola biex tirramba lil min, skont hi, m'għandux grazzja mal-għażiż dudu tagħha. Dan l-aħħar omm Aaron Farrugia kellha ħafna b'xiex tħabbel rasha hekk kif binha beda' jħajjar lin-nies iħawwlu ż-żriegħ tal-fjuri tar-rebbiegħa daqshekk [...]

Mur saqqi l-ħass Ian Borg!

By
2021-04-21T20:03:49+02:00Wed, 21st Apr '21, 17:01|

Segwu l-kummenti li ta Ian Borg lill-istampa li permezz tagħhom ħabbar li bint il-konsulent tiegħu rriżenjat mill-pożizzjoni li kellha mal-aġenzija tal-gvern li taqa' taħtu. Ian Borg stqarr li ma kienx jaf li Andreana Zammit, bint il-konsulent tiegħu, kienet daħħlet f'butha aktar minn €100,000 f'xogħol li kien ġie mgħoddi lilha minn Transport Malta (aġenzija li taqa' [...]

Chris Cardona baqa’ jissemma’

By
2021-04-21T14:20:09+02:00Wed, 21st Apr '21, 13:28|

X'aktarx li dak li kien id-deputat mexxej tal-Partit Laburista kien ħa xi ftit tar-ruħ dakinhar li ġie deċiż li lil Ċensu Muscat il-Koħħu u lill-aħwa Degiorgio ma tingħatalhomx proklama biex ikunu jistgħu jitħarrku bħala xhieda tal-prosekuzzjoni. Madankollu l-Koħħu, li ammetta sehemu fid-delitt u weħel il-ħabs dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, għadu sal-lum jitkellem dwar [...]

Daphne rebbieħa

By
2021-04-17T09:21:06+02:00Sat, 17th Apr '21, 09:21|

L-omelija ta' Monsinjur Joseph Bajada fil-quddiesa b’suffraġju għal Daphne Caruana Galizia fil-Knisja tal-Bidnija.   Din il-konversazzjoni bejn Ġesù u Nikodemu seħħet f’Ġerusalemm fejn Ġesù kien tela’ għall-festa tal-Għid, l-iktar festa mportanti tal-Lhud, għax fiha kienu jikkommemoraw il-ħelsien minn dawk li kienu jaħkmu fuqhom fl-Eġittu. U x’ħin Ġesù daħal fit-Tempju irrabja bl-ikrah quddiem ix-xena li sab [...]

“M’hawn ħadd fil-pajjiż li jinsab konvint li ttieħdu passi kontra kull min kien imdaħħal fil-każ”.

By
2021-04-15T09:45:24+02:00Wed, 14th Apr '21, 20:34|

Hekk stqarr darbtejn illum fil-qorti d-Deputat Avukat Ġenerali fil-proċess kriminali kontra Yorgen Fenech. Diskors bħal dan ta' min li wieħed jixtarru. Kif spjega llum l-Ispettur Keith Arnaud, ir-rimarka li kien għadda l-Kummissarju Angelo Gafà dakinhar li kienu ġew arrestati l-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella, ma tistax ħlief tinftiehem li l-Pulizija għad għandha għalxiex tibqa' tinvestiga [...]

Il-filmat li kienu xandru tal-Labour fil-kampanja elettorali jagħti stampa ċara ta’ x’jiġri meta tinħakem mill-mafja

By
2021-04-13T16:10:10+02:00Tue, 13th Apr '21, 13:35|

Matul il-kampanja elettorali tal-2013, riedu jbellgħuha li hi "moda" li żżomm ma' tal-Labour. Jew kont fuq in-naħa tal- ‘moviment’ jew inkella ser tibqa' lura għax Nazzjonalist. Il-famuż filmat li fih tidher tfajla tlissen il-kliem ‘Dad, jien ħa nivvota lejber’ ried iwassal messaġġ li jeħtieġ li ntellgħu gvern Laburista. Ibqgħu ċerti li dawk li huma mdorrijin [...]

Go to Top