Meta kienu dawwru wiċċhom in-naħa l-oħra

By
2021-04-05T10:27:30+02:00Mon, 5th Apr '21, 09:06|

Inħeġġiġkom issegwu din is-sensiela. Tajjeb li mmorru lura fiż-żmien għaliex tkunu tistgħu tintebħu kif politiċi tal-Labour kienu libsu l-maskri ma' wiċċhom biex jikkonvinċuk li huma dejjem kienu konsistenti. Iżda kull darba li narrattiva li jippruvaw ibellgħu ma tkunx konsistenti mal-fatti, jippruvaw jagħmlu minn kollox biex inessuk. Araw naqra li Owen Bonnici - bniedem li bosta [...]

Araw ftit b’liema Ministru tal-Ġustizzja twikkejna

By
2021-04-02T15:25:38+02:00Fri, 2nd Apr '21, 08:59|

Edward Zammit Lewis imissu jmur jinħeba. Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li nġibed fl-2019 u li xxandar fuq l-istazzjon tal-partit tiegħu. Illum il-Ġimgħa l-Kbira u suppost qiegħed issum u timmedita dwar dnubietek: għaldaqstant issaporti ftit dak li ser tara u tisma' għal 3 minuti sħaħ u ibqa' ċert li nhar il-Ħadd li ġej iż-żmien [...]

Stat polizjesk li jsarraf fil-qerda tad-demokrazija

By
2021-03-31T19:00:27+02:00Wed, 31st Mar '21, 10:41|

Il-ħajja komunitarja ma tikkonċernax biss id-dar u x-xogħol. Ma tikkonċernax biss il-flus - anki l-flus li nonfqu biex inħallsu lil dawk li jipprovdulna d-divertiment. Il-ħajja fil-komunità tfisser imġieba u azzjonijiet li jsiru għalenija minn nies li jsarrfu biex jinħoloq il-ġid għal kulħadd. Hemm uħud li jivvolontarjaw biex igħinu lil min hu fil-bżonn u lil dawk [...]

Ma jridux lin-nies tintebaħ li serquha ħajja

By
2021-03-31T17:03:39+02:00Wed, 31st Mar '21, 09:55|

L-elezzjoni ġenerali hi aktar viċina milli wieħed jaħseb u jekk jirnexxielhom iżommu lill-poplu aljenat, x'aktarx jirbħu tal-Labour. Il-messaġġ li qed jippruvaw jibgħatu lil dawk li jinsabu nkwetati bil-kriminalità u bil-korruzzjoni hi li tal-Labour qed jinbidlu. Ċertament din mhux kulħadd qed jiblagħha. Iżda m'għandux għalfejn jiblagħha kulħadd. Tal-Labour kulma għandhom jagħmlu hu li jikkonvinċu lil dawk [...]

Fejn hu Adrian Hillman?

By
2021-03-30T16:32:31+02:00Tue, 30th Mar '21, 16:04|

Il-Pulizija b'mod uffiċjali ma tistax tgħid x'bi ħsiebha tagħmel b'Adrian Hillman għax il-liġi ma ttihiex is-setgħa li tikkumenta dwar persuni li jkunu għadhom ma ġewx imħarrka. Smajna li x'aktarx Adrian Hillman għadu fir-Renju Unit u li qed isegwi kors li jwassal għal dottorat minn Università f'London. Peress li qed isegwi PhD permezz tar-riċerka u minħabba [...]

Edward Scicluna, għandek tiskuża ruħek u twarrab b’rasek baxxuta

By
2021-03-30T14:21:39+02:00Tue, 30th Mar '21, 13:31|

Fil-21 ta' Mejju 2017, il-ġurnalist tat-Times of Malta Ivan Camilleri xandar il-konklużjonijiet ta' investigazzjoni li kienu għamlu tal-FIAU li bis-saħħa tagħha kkonkludew li kien hemm "suspett raġjonevoli" li  Keith Schembri kien imdaħħal f'ħasil ta' flus maħmuġin fin-negozju li kellu mal-Allied Group u fil-ħlasijiet li kien għamel lil Adrian Hillman. Dak iż-żmien dan ir-rapport kien diġà [...]

Din il-kamra tal-aħbarijiet m’għandhiex biex tħabbel rasha

By
2021-03-30T13:42:34+02:00Tue, 30th Mar '21, 11:53|

Din hi kamra tal-aħbarijiet li ċertament m'għandhiex għalfejn tħabbel rasha dwar id-digriet li tat il-Maġistrat Rachel Montebello. Isismgħu u araw dan ir-rapport ta' TVM dwar is-smiegħ tal-kawża kontra Keith Schembri. Rapport li faċilment seta' kitbu Keith Schembri nnifsu u li jikkonsisti f'lista ta' mistoqsijiet li saru waqt il-kontro-eżami tal-pulizija nieqes mill-kuntest dwar il-provi li l-pulizija [...]

Il-Pulizija għandha tinvestiga l-kuntratt li kien sar ma’ tal-Crane Currency

By
2021-03-29T18:34:42+02:00Mon, 29th Mar '21, 13:40|

Fid-dawl tal-provi li ressqet kontra Keith Schembri dwar is-serqa tal-Progress Press, il-Pulizija flimkien ma' istituzzjonijiet oħrajn bħan- National Audit Office għandhom jistħarrġu l-kuntratt tal-Crane Currency. Keith Schembri kien il-factotum u l-perċimes wara dan il-kuntratt. Infakkar li l-Progress Press, li hi waħda mill-kumpanniji sidien tat-Times of Malta, kien irnexxielha takkwista sussidju mill-Malta Enterprise biex setgħet tiffinanzja [...]

Għandu jtir minn postu min wettaq l-abbużi

By
2021-03-29T17:17:59+02:00Mon, 29th Mar '21, 11:58|

F'diskors li għamel il-bieraħ, Robert Abela stqarr li kien ordna t-tħassir tal-kuntratt li Justyne Caruana tat li "seħibha" Daniel Bogdanovic hekk kif tfaċċat l-aħbar fil-mezzi tax-xandir dwar dan il-kuntratt. Dlonk ftakart f'waħda mill-ewwel miżuri li kien ħa Robert Abela: meta kien ordna t-tħassir tal-kuntratt li l-awtorità tat-turiżmu kienet tat lil Konrad Mizzi fiż-żmien meta kien [...]

Kif serqu lit-Times of Malta fid-dawl tax-xemx

By
2021-03-26T22:07:05+01:00Fri, 26th Mar '21, 16:54|

Konna ilna nafu bil-ħadma li kienu ħadmu Keith Schembri u Adrian Hillman. Issa ilna nafu biha għal aktar minn 4 snin. Iżda llum il-Pulizija spjegat id-dettalji kollha tas-serqa li wettqu flimkien. Dak li kien imexxi l-kumpannija li hi sidt it-Times of Malta Vince Buhagiar u s-sieħeb fin-negozju ta' Keith Schembri, Malcolm Scerri kienu wkoll kompliċi [...]

X’ma qalilniex Keith Schembri.

By
2021-03-26T10:37:21+01:00Thu, 25th Mar '21, 19:06|

Bil-għan li jżomm lil tal-Labour imdendlin miegħu, ftit siegħat qabel ġie arrestat Keith Schembri ħabbar li l-inkjesta maġisterjali ma kienx rriżultalha li l-ħlasijiet li hu kien irċieva mingħand Brian Tonna permezz tal-Pilatus Bank kienu ġew mit-tixħim mill-bejgħ tal-passaporti.  U llum il-Pulizija xehdet fil-qorti li, skont l-Maġistrat, ma nġabux biżżejjed provi li l-ħlasijiet li saru lil [...]

Tal-MFSA kienu fil-qamar?

By
2021-03-25T10:45:10+01:00Thu, 25th Mar '21, 09:17|

Dalgħodu l-prosekuturi talbu lill-Qorti sabiex ir-regolatur dwar is-servizzi finanzjarji jiġi nfurmat li s-Sibt li għadda tħarrku numru ta' kumpanniji awtorizzati mill-Malta Financial Services Authority (MFSA) biex jipprovdu servizzi finanzjarji u li ġew mixlija b'ħasil ta' flus maħmuġin. Il-Qorti qablet ma' din it-talba u ordnat li tiġi nfurmata l-MFSA. Wieħed jistenna li, sa fl-aħħar, l-MFSA issa [...]

Tgħid lil Ian Abdilla issa ser idendlulu midalja oħra?

By
2021-03-24T15:37:50+01:00Wed, 24th Mar '21, 11:41|

Il-Qorti llum ċanfret lill-Pulizija talli din kienet ħarrket lil Toni Debono, r-raġel tal-eks ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Dan kien każ li kellu jservi ta' prova għal-liġi l-ġdida dwar il-whistleblower. Fl-2015, il-gvern kien ta l-immunità lil kuntrattur li allega li kellu jieħu flus mingħand il-gvern għal xogħlijiet li, skont hu, kienu saru f'proprjetà privata. Skont [...]

Il-każ Egrant għandu jinfetaħ mill-ġdid

By
2021-03-23T13:04:52+01:00Tue, 23rd Mar '21, 10:56|

Bħalissa qed nassistu għal taqtiegħa dwar liema triq li għandu jaqbad il-Partit Laburista. Hemm ukoll taqtiegħa għar-riżorsi tal-Istat. U taqtiegħa għar-ruħ ta' pajjiżna. Illum fil-Partit Laburista ħadd ma jiddubita l-fatt li, bejn is-snin 2008 u 2013, l-infrastruttura kollha tal-moviment serviet ta' ngwanta għall-ponn ħattiefi ta' Joseph Muscat. Biex wieħed dan seta' jifhmu, Keith Schembri - [...]

GUEST VERSES: Fejn qiegħed issa, ja bully?

By
2021-03-22T11:01:35+01:00Mon, 22nd Mar '21, 11:01|

Fejn qiegħed issa, ja bully? ta' Inger Cini Ejj'aqbeż għalihom ja pulċinell. Le, ma tmurx titfa xi dell! Kodard, x'imkien tistaħba. Ixorbu kollu dak l-inbid, Ara jfakkrikx hu u nieżel, F'meta kont bieżel tigdeb u tgiddeb u tħalli id-demm jiġri bla nkwiet. Ara jfakkrikx li inti daqshom, pupazz miskin f'dan l-att li għaddej; miġbud u [...]

Politikament spiċċuti

By
2021-03-22T11:52:32+01:00Sun, 21st Mar '21, 11:12|

Dak li seħħ u dak li għadu qed iseħħ fil-pajjiż jistħoqq li jkun is-suġġett ta' dibattitu nazzjonali. Niġi naqa' u nqum li x'aktarx Robert Abela qed isibha diffiċli ħafna biex ma ssirx ħsara lill-partit tiegħu. Jekk ifaħħar lill-istituzzjonijiet u lilu nnifsu talli ppermettielhom jaħdmu, ikun qed jammetti li dawn wettqu xogħolhom sewwa u fl-istess ħin [...]

Ħu ngħasa tajba llejla, Karl Cini

By
2021-03-20T19:57:55+01:00Sat, 20th Mar '21, 19:13|

Illum kien hemm min ra lil Karl Cini jnewwaħ fil-qorti hekk kif intebaħ bil-post fejn kien ser ikollu jorqod mil-lum 'il quddiem ħarira 'l bogħod minn Yorgen Fenech. Mid-dehra qatt m'għaddielu minn rasu li kellu jgħaddi minn dak li għadda minnu llum. Għada jmissu jkellem lill-Pulizija u jikxef magħhom dak kollu li huwa jaf.

Chris Cardona jinsab b’seba’ għajnejn biex jara x’ser ikun id-destin ta’ Keith Schembri

By
2021-03-20T13:27:11+01:00Sat, 20th Mar '21, 11:58|

Fuq WhatsApp group chat ta' partitarji Laburisti, dalgħodu Chris Cardona tella' dan ir-ritratt. Illum m'huwiex biss għeluq snin Simon Busuttil. Illum - mid-dehra wara nofsinhar - il-"kaxxi vojta" li fl-2017 Simon Busuttil kien għadda lill-Qorti ser iwasslu biex jiġu mixlija membri tal-ġgajta kriminali li ħakmet lil pajjiżna. Mhux hekk, Chris Cardona. Din hi r-raġuni li [...]

Dawk li ser naraw fil-Qorti llum m’huma xejn ħlief ġgajta ta’ kriminali

By
2021-03-20T13:12:30+01:00Sat, 20th Mar '21, 10:33|

Bħalissa fl-uffiċċju tal-Economic Crimes Unit tal-Pulizija hemm numru ta' persuni li qed jiġu nterrogati għall-aħħar darba qabel jitressqu l-qorti  mixlija b'ħasil ta' flus maħmuġin u delitti oħrajn konnessi. Ma qrajtx id-dettalji tal-akkużi li ser jinġiebu kontrihom iżda jidher li dawn huma marbutin ma' ħlasijiet illeċti li kienu saru minn Keith Schembri lil dak li kien [...]

Min jogħla żżejjed, jispiċċa jlaqqat tisbita kbira

By
2021-03-18T18:41:58+01:00Thu, 18th Mar '21, 14:39|

Araw ftit kif min jgħola żżejjed, jispiċċa biex ilaqqat tisbita kbira. Dak li kiteb Keith Schembri llum fil-Facebook hu tal-mistħija. Fil-ġranet li ġejjin ser jitkaxkar lejn il-qorti u ser jiġi mixli b'farka żgħira ta' dak kollu li huwa responsabbli għalih. Iżda minn x'imkien jeħtieġ li nibdew. U x'aktarx jidher li ser nibdew. Iżda anki Keith [...]

Go to Top