Fadlilna ħafna x’naqdfu

By
2021-02-24T13:51:37+01:00Wed, 24th Feb '21, 11:02|

X'aktarx li l-konferenza stampa li ta l-bieraħ Robert Abela ssaħħaħ sew il-fehma ta' min jidhirlu li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż m'humiex jaħdmu kif suppost qed jaħdmu. Agħtu daqqa t'għajn lejn il-kitba li ġejja ta' Alessandra Dee Crespo li tiġbor fiha s-sens ta' dak li diġà għaddejna minnu fl-imgħoddi. It-teatrin tal-bieraħ qabblitu mal-konferenza stampa li kien ta Joseph [...]

“Malta qed tistenniek”

By
2021-02-22T14:47:34+01:00Mon, 22nd Feb '21, 11:23|

Bħall-lum ħames snin ilu, Daphne Caruana Galizia kienet xandret artiklu dwar ħaruf tan-New Zealand li kien lest għall-qatla fil-festi tal-Għid. Din kienet l-istorja li tat bidu għall-iskandlu tal-Panama Papers. ? #OTD 2016, #DaphneCaruanaGalizia teased us with this cryptic post. We didn't know what it meant, but @KonradMizzi & @keithaschembri knew. 5 down the line, both [...]

Ma kienx ser joqgħod b’idejħ fuq żaqqu

By
2021-02-19T12:26:59+01:00Fri, 19th Feb '21, 11:50|

Reno Bugeja għadu kemm inħatar bħala kap tal-komunikazzjonijiet u tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-korporazzjoni statali tal-enerġija. Dan huwa impjieg full-time fuq ħatriet l-oħra li ngħata kemm ilu li rtira mill-kariga ta' editur tal-aħbarijiet ta' TVM. Huwa kien ingħata promozzjoni bħala editur tal-aħbarijiet tal-istazzjon televiżiv tal-istat f'Mejju 2013, ftit anqas minn xahrejn wara li Joseph Muscat tela' fil-gvern. [...]

Il-Koħħu x’aktarx li qed jikkopera mal-awtoritajiet

By
2021-02-17T15:03:38+01:00Wed, 17th Feb '21, 11:54|

Ċensu “il-Koħħu” Muscat, bniedem li jinsab mixli li kien wieħed minn tliet assassini li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, għadu kemm ċeda appell li kien sar minn digriet ta' mħallef li permezz tiegħu kienu ġew miċħuda l-eċċezzjonijiet tekniċi kollha li kienu għamlu l-avukati difensuri tat-tliet akkużati. X'aktarx li permezz ta' din ir-rinunzja tal-appell, tista' titwitta' [...]

Il-Ministru tal-Ġustizzja tiegħek qed jaħdem għalik b’ilsienu barra!

By
2021-02-17T14:29:57+01:00Wed, 17th Feb '21, 10:46|

Kull darba li tisimgħu lil min jitkellem favur il-fatt li l-ministri għandhom ikunu wkoll membri tal-parlament li minn elezzjoni għal oħra jkunu f'tellieqa biex jistagħdu għall-voti, agħtu daqqa t'għajn lejn dawn ir-ritratti. Ħsibtu li l-Ministru tal-Ġustizzja kien qed jaħdem qatigħ b'ilsienu barra biex idaħħal ir-riformi dwar is-saltna tad-dritt li dan pajjiżna tant jeħtieġ biex iseħħ [...]

Aħna lkoll imġienen. Kollu tort tagħna.

By
2021-02-16T12:28:12+01:00Tue, 16th Feb '21, 08:56|

Sa fejn tkun trid tasal biex iġġiegħel lil Robert Abela jirrabja? Il-bieraħ fil-Parlament deher jitħaddet fit-tul ras imb'ras ma' Rosianne Cutajar. Ara li ma tmorrux tiġru bl-idea l-prim ministru kien b'xi mod qed jipprova jqiegħdha f'postha pubblikament biex juri lil kulħadd x'id soda għandu mal-ministri tiegħu tafux! Il-bieraħ ix-xena li kien hemm jista' jkun li [...]

Il-Partit Nazzjonalista wkoll għandu għalxiex iwieġeb

By
2021-02-11T17:13:54+01:00Thu, 11th Feb '21, 10:59|

Uħud minna qatt ma kellna l-iċken dubju, iżda l-istejjer li qed ixxandar il-Lovin Malta jikkonfermaw is-suspetti li ilhom jidwu li Pierre Portelli, li kien uffiċjal mill-aktar għoli fil-PN, kien ikkonfoffa ma' Yorgen Fenech biex jixxandru stejjer fil-mezzi tax-xandir li jappoġġjaw lill-Partit Laburista. Pierre Portelli jidher li kien talab lil Yorgen Fenech – li sa dak [...]

Il-bhejjem li hawn jiġru mas-saqajn

By
2021-02-11T10:53:53+01:00Thu, 11th Feb '21, 09:35|

Dan li ser taqraw ser idardrilkom l-istonku. Iżda m'hu xejn ħlief riflessjoni tal-mera li s-soċjetà tagħna għandha ma' wiċċha kif ukoll prova tal-falliment tas-sistema edukattiva tagħna. Hi kitba li tfakkarna wkoll li, minkejja l-appelli kollha favur l-għaqda nazzjonali, l-ewwel priorità tagħna bħala bnedmin hi dik li nerfgħu r-responsabbiltajiet tagħna bħala individwi. Hawn għandna lil ċertu [...]

L-unika kwalifika? Li hu Laburist.

By
2021-02-09T14:01:59+01:00Tue, 9th Feb '21, 07:56|

Finance Malta hi entità li tiġbor fi ħdanha l-interessi kummerċjali tal-industrija tas-servizzi finanzjarji kif ukoll lill-gvern sabiex dawn flimkien jirreklamaw lil Malta bħala ċentru finanzjarju. Din ikun jeħtieġ li tikkonvinċi lid-dinja li Malta m'hix il-Panama għalkemm, sforz ir-reputazzjoni fqira li għandna f'għajnejn id-dinja, hemm min jemmen bil-maqlub. Il-gvern għandu d-dritt li jaħtar nofs il-membri tal-bord [...]

Tgħid tas-servizzi tas-sigurtà kienu qalulu biex jagħmilha ta’ sensar ukoll?

By
2021-02-08T11:38:51+01:00Mon, 8th Feb '21, 07:58|

L-istorja li xandret il-bieraħ is-Sunday Times of Malta fis-sens li f'Marzu 2019 Joseph Muscat kien qed jagħmilha ta' sensar fin-negozju internazzjonali ta' Yorgen Fenech uriet li dan il-fatt mhux biss huwa wieħed li jdardar l-istonku. Dan il-fatt huwa wkoll wieħed li għandu jxejjen kull dubju li għadu jidwi fl-imħuħ tal-partitarji tiegħu li jippreferu jibqgħu jemmnu [...]

Taret mar-riħ il-wiegħda ta’ Adrian Delia ta’ 500,000 ewro għall-karità

By
2021-02-07T18:44:46+01:00Sat, 6th Feb '21, 16:42|

Ftit kienu dawk li skantaw. U jekk irid ikun onest miegħu nnifsu, lanqas Adrian Delia m'għandu jiskanta li ċ-ċekk oħxon tiegħu ta' 500,000 ewro għad-Dar tal-Provvidenza ma setax jissarraf. Il-kelma teknika hi "ċekk mhux onorat" u dan l-aġġettiv huwa wieħed li jixraq tassew. Nażżarda ngħid li l-mexxejja, l-voluntiera u dawk li qed jibbenefikaw mix-xogħol tad-Dar [...]

Pierre

By
2021-02-04T20:58:38+01:00Thu, 4th Feb '21, 15:13|

Pierre Portelli u jien konna kollegi fl-Università. Huwa xi ftit akbar minni fl-età. Kien issieħeb fil-programm dwar il-komunikazzjoni meta kien diġà student matur. It-tnejn li aħna konna niddilettaw bil-films tal-biża' u konna wkoll insegwu l-politika. Dan kien fl-1994, perijodu li uliedi jimmaġinaw li kien żmien li ilu li għadda ġmielu. Kien hu li ntroduċieni fil-Partit [...]

X’inhi r-raġuni wara d-deċiżjoni ta’ żewġ maġistrati li jirrikużaw ruħħom milli jisimgħu l-kawża li saret kontra l-avukatini qaddejja ta’ Yorgen Fenech?

By
2021-02-04T13:43:15+01:00Thu, 4th Feb '21, 09:41|

Tan-Newsbook xandru storja li tgħid li l-Prim Imħallef għandu jagħżel maġistrat hu biex jisma' l-kawża li bdiet il-Pulizija kontra l-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca talli dawn allegatament ippruvaw ixaħħmu lil Ivan Martin tat-Times of Malta. Dan ma jistax ħlief ifisser li żewġ maġistrati diġà rrikużaw ruħħom mid-dmir li jisimgħu il-kawża. Nikkonċedi li maġistrat [...]

Nittama li jibqa’ b’xiber imnieħer

By
2021-02-02T10:40:49+01:00Mon, 1st Feb '21, 08:55|

Il-bieraħ Robert Abela sfida lill-oppożizzjoni biex tappoġġjah dwar diversi kwistjonijiet importanti ta' politika. Ta' qablu kellu oppożizzjoni mansa u għaldaqstant qed jistenna' li l-oppożizzjoni, issa b'mexxej differenti, tgħaddi mill-istess triq. Nittama li l-oppożizzjoni m'hix ser tiżfen għad-daqqa tiegħu. Il-PN għamel sew meta ddeċieda li ma jappoġġjax in-nomina mill-ġdid ta' John Mamo bħala chairman tal-MFSA. M'għandniex [...]

Għadhom jirrifjutaw li jaqraw il-paġna li jriduna naqilbu

By
2021-01-29T20:49:47+01:00Fri, 29th Jan '21, 13:38|

Indipendentement mill-fatt jeżistux jew le provi li jorbtu lil Joseph Muscat u lil Keith Schembri mal-pjan li tinqatel Daphne Caruana Galizia, mat-twettiq tad-delitt u mal-attentat biex dawk responsabbli għall-assassinju jaħarbu mill-ġustizzja, l-provi li hemm dwar ir-rabtiet li kellhom Joseph Muscat, Keith Schembri u Yorgen Fenech juru x'mistħija ta' gvern kellu pajjiżna. Fil-qorti l-bieraħ il-Pulizija stqarret [...]

Silvio Schembri u l-livelli għoljin ta’ mġieba fil-ħajja pubblika ma joqgħodux flimkien

By
2021-01-26T18:36:36+01:00Tue, 26th Jan '21, 14:25|

Ċertament ma kienx xi skandlu nazzjonali ta' skala enormi. Silvio Schembri ġiegħel lid-Dipartiment tal-Informazzjoni jxandar stqarrija partiġġjana għall-aħħar li tixbaħ l-għerf li ta' spiss ixandar il-One TV bħal, per eżempju, li ‘Bernard Grech  ma jħobbx lil pajjiżu’ jew diskors simili. U tad-Dipartiment tal-Informazzjoni obdewħ sal-inqas dettall.    Ejjew nagħmluha ċara mill-bidu nett. Ħadd m'hu ser [...]

Kull meta jidħollok xi dubju f’moħħok, waħħal fis-suwed!

By
2021-01-25T13:21:13+01:00Mon, 25th Jan '21, 11:52|

Jaqaw Robert Abela huwa bniedem preġudikat, nieqes minn edukazzjoni soċjoloġika u għandu moħħ li jasal biex jifhem l-affarijiet biss minn perspettiva razzista? Jew inkella jitkellem bit-ton li  jitkellem bih għaliex mingħalih li l-udjenza li jkollu quddiemu hi wkoll waħda preġudikata, nieqsa mill-edukazzjoni soċjoloġika u tifhem kollox minn perspettiva razzista? Il-bieraħ tkellem dwar l-istatistika li turi [...]

Żgur li m’għandkom bżonn xejn?

By
2021-01-22T10:50:24+01:00Fri, 22nd Jan '21, 10:00|

Uffiċjali pubbliċi mħallsin minn flus il-poplu qed iċemplu lin-nies biex jaraw għandhomx bżonn ta' xi ħaġa mingħand il-ministru li jikkontesta l-kostitwenza tagħhom. Residenti tas-Siġġiewi qaluli li qed jirċievu telefonati mingħand xi persuna li taħdem fi-ministeru ta' Roderick Galdes. Roderick Galdes huwa l-ministru responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u membru parlamentari tas-sitt distrett li jinkludi s-Siġġiewi. Bħalissa l-ministeru [...]

Jekk Adrian Delia jrid biss li jsaħħan is-siġġu parlamentari, għandu jagħmel il-wisa’ għal ħaddieħor

By
2021-01-20T14:31:12+01:00Wed, 20th Jan '21, 13:43|

Illum il-PN stqarr li l-eks mexxej tiegħu Adrian Delia m'aċċettax post fil-Kabinett Dell il-ġdid ta' Bernard Grech. Min jaf? Forsi Adrian Delia għad jitħajjar jikteb xi poeżija sabiex jagħtina r-raġunijiet għad-deċiżjoni li ħa. Hi x'inhi r-raġuni uffiċjali, wieħed jeħtieġ li jiftakar li dan il-bniedem ma sabx postu fil-Parlament permezz tal-voti u, minkejja li qed jokkupa [...]

Go to Top