G Farrugia Calleja: Għax kollox jgħaddi

By
2018-02-22T18:31:21+01:00Wed, 21st Feb '18, 20:16|

Miktub mill-mistieden George Farrugia Calleja: Skont il-MaltaToday, u ladarba ma kien hemm l-ebda ċaħda, allura nifhem li dak li nkiteb huwa minnu, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ġiet eletta minn sħabha biex isservi fuq il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-funzjoni prinċipali ta' din l-istituzzjoni stmata, li mhix magħrufa għal xi entużjażmu partikolari biex tagħmel pubbliċi l-materji li tiddiskuti [...]

Bajja tal-pirati

By
2018-02-23T16:48:55+01:00Wed, 21st Feb '18, 15:31|

It-twissija ta' Manfred Galdes li l-infurzar ineffettiv tal-liġijiet fis-settur finanzjarju qed jagħmlilna l-ħsara f'għajnejn il-kumplament tad-dinja ġiet ripetuta - bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin - mill-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Bank Malta. Andrew Beane l-ewwel kien qed jindirizza lil dawk li għandhom l-ishma fil-bank, u mbagħad aktar tard spjega f'aktar dettall lil Keith Micallef dak li [...]

Allura min hu fid-dmir li jiċċaqlaq?

By
2018-02-25T20:33:06+01:00Wed, 21st Feb '18, 11:09|

Jekk jogħġobkom segwu l-intervista li Jacob Borg għamel lill-Ispettur Ian Abdilla. Din l-intervista fakkritni f'programm televiżiv li kont inħobb insegwi bl-isem Mai Dire Gol. Dan il-programm suppost kien jittratta dwar il-futbol iżda b'xorti tajba mal-futbol ma tantx kellu x'jaqsam. Kienu juri brani minn intervisti televiżivi ma' players u ma' coaches u dawn il-brani kienu mbagħad [...]

Bejgħ tal-passaporti “biex jakkomoda lill-ħassiela ta’ flus maħmuġin u lill-evażuri tat-taxxi” – OECD

By
2018-02-24T17:03:54+01:00Wed, 21st Feb '18, 08:51|

L- OECD għadha kemm xandret rapport konsultattiv li jwissi kontra l-bejgħ tal-passaporti u jsostni li dan il-bejgħ qed iwassal għall-ħasil ta' flus maħmuġin u għall-evażjoni tat-taxxi. Ninsab konxju tal-fatt li jekk nagħmlu lira minn fuq dahar dawk li jaħslu l-flus maħmuġin u l-evażuri tat-taxxa, għalina qisu ma ġara' xejn iżda għall-inqas għandna nkunu onesti magħna nfusna jekk mhux [...]

L-isfida SLAPP

By
2018-02-23T17:58:53+01:00Wed, 21st Feb '18, 07:42|

Id-deputat parlamentari tal-PN Jason Azzopardi ftit ilu kien ippreżenta abbozz ta' liġi bil-għan li l-infurzar mill-Qrati Maltin ta' kawżi dwar malafama fi Qrati barranin ma jkunx legalment permissibbli. Liġi bħal din teżisti f'dawk il-pajjiżi li jħarsu lill-ġurnalisti tagħhom mill-effett kexkiexi ta' kawżi ta' libell li jsiru minn kumpanniji għonja f'pajjiżi fejn l-ispejjeż legali jkunu tali li diffiċli ħafna li [...]

Manfred Galdes dwar l-impunità f’Malta

By
2018-02-23T16:51:28+01:00Tue, 20th Feb '18, 16:52|

Kemm ilu li spiċċa mill-FIAU, Manfred Galdes ma tkellimx ħafna pubblikament. Huwa kien irriżenja meta kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet fuq Konrad Mizzi u qatt ma kien spjega r-raġuni 'l għala kien għażel li jaħdem fis-settur privat. B'mod speċjali r-raġuni għaliex kien għamel dan f'dak iż-żmien patikolari. Illum tkellem f'konferenza fl-istess kamra ma' Ian Abdilla. Lill-udjenza li kellu quddiemu Ian [...]

Il-libertà hi…

By
2018-02-23T16:47:28+01:00Tue, 20th Feb '18, 13:23|

F'dan ir-rapport tat-Times of Malta dwar il-billboards illegali issib l-informazzjoni kollha li tinħtieġ jekk għadek qed tħossok impressjonat bl-insistenza tal-gvern li meta neħħa l-billboards tal-#occupyjustice li kienu qed jikkritikawh, għamel dan biex jinforza l-liġi. L-infurzar diskriminatorju tal-liġi hu illegali. Il-liġi mhix magħmula biss mill-kapitlu jew il-vers li jaqrawlek il-bullies armati bir-revolver li jiġu bit-trakkijiet mikrija biex [...]

Disprezz

By
2018-02-20T12:43:25+01:00Tue, 20th Feb '18, 09:09|

Bil-mod il-mod tiela' fil-wiċċ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li ntrabat bihom il-gvern għas-servizzi nazzjonali tas-saħħa. Issa qed nintebħu li l-operatur  ta' tlieta mill-isptarijiet tagħna lanqas kellu minn fejn iħallas il-pagi tat-80 impjegat li kellu u dan minkejja l-fatt li tħallas għexieren ta' miljuni li ħadd ma jaf fejn marru u saret ipoteka favur bank li jaħdem fil-qasam agrikolu. [...]

Oġġett għandu dejjem jissejjaħ b’ismu

By
2018-02-20T09:33:00+01:00Mon, 19th Feb '18, 18:28|

Adrian Delia illum mar il-Qorti u talab it-tħassir tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Strettament qed jitlob it-tħassir tal-konċessjoni ta' art pubblika. Bil-liġi, kull membru parlamentari jista' jirrikorri għall-Qorti biex jingħata rimedju jekk l-art pubblika konċessa jirriżulta li m'hix tintuża skond il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni kif mfassla mill-Parlament. Tajjeb. L-oppożizzjoni qiegħda tagħmel dak li messu għamel il-gvern minn jeddu: jiġifieri malli ntebaħ li, fl-isfond tal-falliment finanzjarju tal-Vitals, [...]

L-għira tad-dinja? Mhux tant.

By
2018-02-19T14:45:54+01:00Mon, 19th Feb '18, 14:45|

  L-Abwehrmechanismen klassiku biex nirrazzjonalizzaw il-kritika internazzjonali għall-kleptokrazija f'Malta huwa li "l-barranin li jikkritikawna, qed jgħiru għalina". Min ma jridx ikollu lil Joseph Muscat bħala l-Prim Ministru jekk fost il-bqija dan iroddlu tkabbir ekonomiku mingħajr interruzzjoni, taxxi baxxi u surplus fil-baġit? Tidher biċċa affari tajba, imma lil hinn mill-apparenza ssib li jekk timita dak li [...]

Id-dinja qed issegwi kulma qed jiġri

By
2018-02-20T09:29:54+01:00Mon, 19th Feb '18, 13:05|

Moviment tas-soċjetà ċivili li twaqqaf wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jixtri spazju fuq 3 billboards li qabel kienu qed jintużaw biex jirreklamaw il-birra u offerti ta' vaganzi barra minn Malta. S'hawnhekk fil-midja lokali dan ma qanqal l-ebda interess partikolari. Il-Gvern ineħħi l-billboards f'inqas minn 12-il siegħa. U l-istorja ddur id-dinja. Il-Politico rrappurtatha dalgħodu u [...]

Kollox ta’ taħt fuq

By
2018-02-19T15:20:45+01:00Mon, 19th Feb '18, 12:46|

David Casa dalgħodu ħareġ mill-għatba tal-Qorti qisu mhux hu. Ma kienx liebes il-manetti li jrid ilibbislu Manwel Mallia. S'issa. Huma bosta li jistaqsu kif inhi dil-biċċa li donnu Joseph Muscat igħaddiha lixxa f'kollox. X'aktarx jiġri hekk għax jinqeda' b'riġment ta' qaddejja u ta' lagħqa biex jitkellmu u jaġixxu b'mod skandaluż. Inqeda' b'kunsillier tal-Belt Valletta biex jipprova jeħles mill-mafkar ta' Daphne [...]

Jixirqilna aħjar

By
2018-02-19T14:59:10+01:00Sun, 18th Feb '18, 18:45|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Ġurnata wara li l-billboards li tellgħu l-grupp #occupyjustice tneħħew mill-awtoritajiet, l-attivisti nġabru quddiem Kastilja bl-istess messaġġi fuq banners biex iħalluhom taħt it-taraġ ta’ Kastilja. “Jekk taħseb illi se tagħlqilna ħalqna billi tneħħi l-billboards li tellajna, jew billi turi snienek u tiżra’ l-biża’ anki fil-persuni tan-negozju li jippruvaw jgħinuna niġġieldu sabiex jerġa’ jkun [...]

Ippużar ħdejn is-sodda

By
2018-02-20T09:28:11+01:00Sun, 18th Feb '18, 15:35|

Ġurnaliżmu sensazzjonali miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Labour. Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi jippużaw flimkien f'ritratt biex jipperswadu lid-dinja li m'hemmx tilwim bejniethom. U balleċ sabu okkażjoni li fiha żgur ma kinux se jitlewmu. Ma kontx għadni ntbaħt li dan l-ippużar kollu ħdejn is-sodod ta' nisa xjuħ akka għadu daqshekk in voga mal-politiċi. U tal-One TV serrħulna rasna li Bonnici u Zrinzo Azzopardi ma [...]

THE SUNDAY TIMES: Kefrin wisq, kullimkien

By
2018-02-20T15:18:05+01:00Sun, 18th Feb '18, 08:55|

Din hi traduzzjoni tal-artiklu tiegħi fis-Sunday Times illum:   It-ton ċertament idarrsek. Qatt ma kien ħelu wisq, biex ngħidu kollox. Daphne Caruana Galizia mietet erba' xhur ilu. U waqt li l-blast tal-isplużjoni kienet għada qed tidwi, il-Prim Ministru daħal fix-xena. Uriena kemm taparsi jrid li ssir ġustizzja u stqarr li ma jaċċettahx dal-qtil. Ried jurina [...]

Nilagħbu bil-verità

By
2018-02-19T10:34:23+01:00Fri, 16th Feb '18, 17:21|

Hekk jiġġustifikaw ruħhom tal-Labour.  Jitfgħu partita kuntradizzjonijiet fi kliemhom, iħalltu kwistjoni ma' oħra, u jġegħilu lin-nies jagħlqu ħalqhom u  jilagħbuha tan-newtrali. Rajthom jagħmluha ma' raġel intelliġenti xi ftit tal-ġimghat ilu. Owen Bonnici pprova jgħerreq lil Antonio di Pietro f'baħar ta' fatti dubjużi, nofs veritajiet u gideb, tant li dal-povru raġel kellu jaqdef bis-salt biex irnexxilu [...]

Ir-ritratt li messhom qiegħdu

By
2018-02-16T11:21:40+01:00Fri, 16th Feb '18, 09:18|

U kif kien mistenni, xi ħadd qabad u qiegħed ir-ritratti ta' Karin Grech u ta' Raymond Caruana mal-mafkar ta' Daphne Caruana Galizia fi Triq ir-Repubblika. Irrid ngħid li napprezza l-motivazzjoni wara din l-azzjoni. Il-familjari taż-żewġ vittmi għadhom sal-lum jistennew li ssir ġustizzja. Madankollu, b'kuntrast mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dawn iż-żewġ vittmi ma' kinux fil-mira ta' min ħasdilhom ħajjithom. Iżda mhuwiex il-ħsieb tiegħi li noqgħod inqiegħed il-gravità ta' [...]