L-Għid fuq il-baħar

By
2020-04-23T16:15:59+02:00Thu, 23rd Apr '20, 13:15|

Investigazzjonijiet li saru minn Nello Scavo ta' L’Avvenire u minn Sergio Scandura ta' Radio Radicale kixfu aktar dettalji dwar l-identità ta' dawk li kienu riekbin fuq dinghy li kienu ġew identifikati mill-awtoritajiet Maltin l-għada tal-Għid u li tkaxkru lura lejn il-Libja jumejn wara minn vapur bla isem u bla bandiera. Hemm xhieda li ġew intervistati [...]

Kemm tassew hemm sigurtà fil-bażi militari ta’ Tripli?

By
2020-04-23T13:30:49+02:00Thu, 23rd Apr '20, 11:27|

Sigħat qabel l-immigranti ttieħdu lura lejn il-Libja bis-saħħa ta' operazzjoni organizzata minn Malta, vapur tal-flotta navali Taljana kellu jagħmel evakwazzjoni minħabba l-periklu ġej minn bombi sparati mill-artillerija. Nhar it-Tnejn f'nofs ta' lejl, l-awtoritajiet Maltin ħarġu avviż hekk kif lemħu il-55 immigrant li eventwalment inġarrew lura lejn il-Libja – jigifieri dawk li kien fadal mill-grupp li [...]

Min hu sid il-vapur mingħajr isem?

By
2020-04-23T10:42:00+02:00Thu, 23rd Apr '20, 08:05|

Wara li għaddew ġranet sħaħ ta' skiet perfett u li fihom il-gvern u l-armata baqgħu ma wieġbux għall-kritika dwar il-mod kif twettaq is-salvataġġ fuq il-baħar fi żmien l-Għid, it-TVM beda' jxandar stejjer dettaljati ta' verżjoni mhux uffiċjali tal-operazzjoni tas-salvataġġ tal-armata. Tat-TVM qed igħidu li l-istorja qed "jinvestigawha" iżda minn dak li qed jixxandar jidher li [...]

Nagħtikom parir taqraw dan li ġej

By
2020-04-25T18:41:05+02:00Wed, 22nd Apr '20, 10:32|

Qed jippruvaw jitimgħu lill-poplu l-qerq dwar dak li seħħ mill-Għid 'l hawn: id-deċiżjoni tal-gvern li jabbanduna lil dawk li kienu fil-periklu tal-mewt bl-għarqa fl-ibħra tagħna, l-impatt li kellha din id-deċiżjoni fuq mill-inqas żewġ dgħajjes mgħobbijin bin-nies, l-imwiet ta' 12 minnhom, is-sejħa ta' Repubblika biex titnieda investigazzjoni dwar l-inċidenti u r-reazzjoni bla preċedent tal-prim ministru. Saħansitra [...]

Ifarfru t-tort fuq l-Unjoni Ewropea

By
2020-04-20T12:18:18+02:00Mon, 20th Apr '20, 07:42|

Fl-isforz tagħhom li jsibu l-għedewwa lil minn jattakkaw, tal-Partit Laburista u dawk li jitkellmu f'ismu tgħidx kemm qegħdin jehdew iwaħħlu fl-Unjoni Ewropea għal dak kollu li ma jinżlilhomx. Il-propaganda ta' mibgħeda kontra l-barranin qabdet l-għeruq u qed tinfirex anki fost uħud li ma jappoġġjawhomx. Dan m'hu xejn ħlief pass ieħor fit-triq tal-lemin estrem li qabad [...]

Min huwa l-għadu?

By
2020-04-17T23:44:10+02:00Fri, 17th Apr '20, 23:02|

Mingħajr ma noqgħod nidħol fil-mertu tal-preċiżjoni storika tal-interpretazzjoni ta' Glen Bedingfield ta' dan ir-ritratt, l-intenzjoni tiegħu hi ċara. Fi ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin, Repubblika u dawk li jażżardaw jagħtuha l-pariri huma kollaboraturi mal-għadu, jiġifieri mal-ħażin. Dak li qed iseħħ bħalissa huwa sforz stil Goebbels biex iqanqal paranojja fost in-nies li tisfrutta r-razziżmu iżda li [...]

L-imwiet ta’ persuni innoċenti Robert Abela jdawwarhom f’xilja kontra dawk li jażżardaw li jikkritikawħ

By
2020-04-17T23:18:17+02:00Fri, 17th Apr '20, 20:52|

Il-lejla l-Prim Ministru Robert Abela pprova jnessi minn moħħ in-nies il-fatt li mietu tnax il-ruħ fl-ibħra tagħna tort ta' deċiżjoni li ħadu hu u l-Forzi Armati biex ma jsalvawhomx u jitilquhom għal riħhom fil-baħar. U fetaħ attakk fuq Repubblika. Huwa pass ta' bla preċedent meta l-prim ministru u l-gvern kollu tiegħu jwaqqfu x-xandir pubbliku fit-8 [...]

Ċempilli r-Re tat-tigri

By
2020-04-17T11:57:06+02:00Fri, 17th Apr '20, 10:57|

Hawn hu t-"Tiger Kink". Ftit minuti wara li tellajt din il-kitba dalgħodu rċievejt telefonata minn No Caller ID. Il-persuna li ċemplet ma qaltlix min hi iżda meta staqsietni liema bajd qed nistenna li għandha tbus, intbaħt li din il-persuna kienet hu. Aktar tard huwa kkonferma li kien hu li ċempilli b'ħafna theddid bis-saħħa tal-kitba ta' [...]

Tal-Labour ħarġu lill-pappagalli biex b’ħeġġa jappoġġjaw lil Edward tagħhom

By
2020-04-17T10:06:32+02:00Fri, 17th Apr '20, 09:07|

Fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet pubbliċi, l-gvern ta' Robert Abela fula maqsuma mal-gvern ta' Joseph Muscat. Bħalissa hemm tilwima bejn Repubblika u Edward Zammit Lewis. Tilwima li mhux diffiċli li wieħed isib tarfha. Iżda lil tal-Kummissjoni ta' Venezja, Edward Zammit Lewis jeħtieġ jurihom li kkonsulta mas-soċjetà ċivili f'Malta dwar l-emendi proposti għall-kostituzzjoni dwar il-mod kif jinħatru [...]

Ir-Re tat-tigri

By
2020-04-17T09:29:43+02:00Fri, 17th Apr '20, 08:09|

Il-lejl li għadda Anton Rea Cutajar xandar filmat fil-Facebook u kiteb li m'għandux ikun hawn firda fil-pajjiż. F'dawn l-aħħar ġranet, din id-dikjarazzjoni ilu jirrepetiha xi ftit iżżejjed tant li issa għoddu nħanaq. Persuni bħal Anton Rea Cutajar donnhom qatt ma semgħu bin-Nażisti. Kont nistenna li nies bħal dawn jistħu jirrepetu l-argument faxxista li biex ikun [...]

L-Arċisqof: “Il-libertà tinsab fl-azzjoni”

By
2020-04-16T18:42:39+02:00Thu, 16th Apr '20, 18:42|

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna sentejn u nofs mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-tagħlim soċjali tal-Knisja ifakkarna illi l-paċi hija msejsa fuq il-verità, ġustizzja, libertà u mħabba. Dawn l-erba’ valuri huma l-pedament u jiddependu minn xulxin, kull wieħed minnhom huwa essenzjali; komunità ma tistax tkun verament fil-paċi jekk imqar waħda minnhom tkun nieqsa jew imwarba. Wara [...]

Fr Brendan Gatt: “Żmien li tħawwel u żmien li taħsad l-imħawwel”

By
2020-04-16T18:36:56+02:00Thu, 16th Apr '20, 18:36|

Din hi l-omelija li ta llum il-Kanonku Brendan Gatt f’għeluq is-sentejn u nofs mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia: Qegħdin niċċelebraw din il-quddiesa b’suffraġju u tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia proprju fl-Ottava tal-Għid il-Kbir, il-festa Nisranija per eċċellenza. Hija l-festa li tfakkarna li għalkemm f’għajnejn il-bnedmin il-mewt, l-inġustizzja u l-ħażen jidhru jiddominaw għal ftit, fir-realtà il-ħajja, [...]

Ħelsien mill-faxxiżmu

By
2020-04-15T10:54:11+02:00Wed, 15th Apr '20, 08:41|

Fil-25 ta' April, l-Italja tfakkar il-jum li fih ħelset darba għal dejjem mir-reġim faxxista. Ftit jiem wara, jiġifieri fit-3 ta' Mejju, jiġi ċelebrat il-jum tal-libertà tal-istampa. Din is-sena il-federazzjoni tal-ġurnalisti tal-Italja, jiġifieri FNSI - iddeċidiet li twaħħad iż-żewġ avvenimenti u qed tfakkar l-isforzi tal-ġurnalisti b'riżq ir-reżistenza kontra l-faxxiżmu, il-gideb li jxerred u l-qawmien mill-ġdid tiegħu [...]

Għaliex fl-industrija tal-kostruzzjoni m’hix tinżamm id-distanza fiżika bejn ħaddiem u ieħor?

By
2020-04-15T10:26:41+02:00Wed, 15th Apr '20, 08:28|

Peress li l-industrija tal-kostruzzjoni ma teħtieġx il-preżenza fiżika tal-klijent fuq il-lant tax-xogħol, ma kellhiex għalfejn timxi mar-restrizzjonijiet tat-twettiq tad-distanzi soċjali u għaldaqstant l-attività ekonomika tagħha baqgħet ma ntmessitx. Huwa minn ewl id-dinja li min imexxi jew jaħdem f'ristorant ikollu jaħdem fiżikament qrib il-klijenti bir-riskju li jifrex il-virus fosthom. Minn naħa l-oħra, il-"klijenti" ta' proġett ta' [...]

Go to Top