Min għadda informazzjoni lill-Fulu u liċ-Ċiniż?

By
2018-04-25T17:40:29+02:00Wed, 25th Apr '18, 09:33|

Hemm mistoqsija li jeħtieġ li ssir. Huwa minnu li l-aħwa Degiorgio kienu jafu minn qabel li kienu se jinġabru qabel dawn ġew arrestati? Tinbet din il-mistoqsija mis-supett li daħallu l-uffiċjal li mar jarrestahom f'dak il-jum ta' Diċembru filgħodu. "Kontu tafu li se niġu niġbrukom. Min qalilkom li konna ġejjin?" Xi ħadd m'għaddielhomx kelma biex itihom [...]

Joseph Muscat: “Il-Partit Laburista ma jistax jerġa’ lura għall-imgħoddi tiegħu bħala wieħed mill-partiti moralment korrotti li qatt kellha Malta”.

By
2018-04-25T18:01:59+02:00Tue, 24th Apr '18, 15:27|

Joseph Muscat kien kiteb hekk "Il-Partit Laburista ma jistax jerġa' lura għat-tattiċi, għall-istil u għan-nies li fl-imgħoddi rrendewħ fl-aktar partit moralment, fiżikamkent u ideoloġikament korrott li qatt kellha Malta". Dan id-diskors mhux tas-soltu iżda sinċier inkiteb fil-25 ta' Settembru 1998 u Joseph Muscat kien għaddej minn fażi vulnerabbli f'ħajtu. Alfred Sant, li tiegħu dak iż-żmien [...]

‘Pilatus Bank se jingħalaq,’ igħid sidu mill-ħabs

By
2018-04-25T17:58:55+02:00Tue, 24th Apr '18, 15:09|

Il-Pilatus Bank se jingħalaq. Din l-aħbar ingħatat minn ħadd anqas mill-avukati ta' Ali Sadr innifsu permezz ta' dokumenti li ġew sottomessi fil-qorti federali ta' New York fejn l-Iranjan mixli dwar frodi qed jissielet biex jingħata l-liberta proviżorja. L-istorja xandarha id-Deputat Parlamentari Karol Aquilina fi tweet aktar kmieni llum. BREAKING: Dokunemti li għandi fil-pussess tiegħi jindikaw [...]

Stejjer “riċiklati”?

By
2018-04-25T18:00:59+02:00Tue, 24th Apr '18, 08:30|

Meta sena ilu u anki ftit aktar, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwar bank f'Malta li kien inħoloq apposta biex jaqdi lir-reġim tal-Ażerbajġan, kienu xlewha li kienet qed tigdeb. Meta mbagħad kitbet dwar il-fatt li fost il-klijenti tal-bank hemm ulied Ilham Aliyev tal-Ażerbajġan, tal-Labour qalulna li kienet qiegħda tivvinta l-istejjer. U meta kitbet dwar kif [...]

Mibgħeda tal-waħx

By
2018-04-25T18:06:29+02:00Mon, 23rd Apr '18, 09:02|

Bosta kienu dawk li bgħatuli din l-iscreenshot li qed tidher hawn isfel. Tant tqażżist naqraha li kont qed naħsibha għandix inxandarha. Xi drabi hemm min jistenna' li, meta persuna oħra li magħha politikament ma jkunx jaqbel timbarazza ruħħa bl-imġieba tagħha, din l-imġieba ħażina għandha wkoll toqgħod tperriċha biex mingħaliha jkun hemm min jiggustaha. Issewwed qalbek [...]

Il-konsegwenzi għat-tradituri

By
2018-04-23T10:49:12+02:00Sun, 22nd Apr '18, 16:49|

Il-Washington Post. Ieqaf biex taħseb ftit. Mhux In-Nazzjon. Mhux it-Times of Malta. Lanqas Daphne Caruana Galizia nnifisha. Il-Washington Post tgħid li Malta qed tikteb l-istorja ta' dan is-seklu dwar kif tista' tfalli d-demokrazija. M'għandniex xi ngħidu, bil-kelma "Malta" jridu jfissru l-gvern tagħha. U l-gvern tagħha jfisser Joseph Muscat. Illum Muscat kellem lill-partitarji u appella lill-massa biex [...]

Kemm trid propagandisti biex tagħmel bolla?

By
2018-04-23T10:46:17+02:00Sat, 21st Apr '18, 05:51|

Tiftakruhom il-bolol? Għadha teżisti entità statutorja, wirt ta' żmien il-brodu, li tiddeċiedi dwar l-istampi li għandhom jidhru fuq wiċċ il-bolol. U dment li din l-entità għadha hemm, tajba biex tintuża għat-tqassim taċ-ċejċa. Iservu fuq din-elentità hemm mill-inqas tliet propagandisti tas-Super 1 -- Clint Bajda, Clifford Galea, Owen Galea -- flimkien ma' Norma Saliba, President tal-hekk [...]

Konrad Mizzi u Keith Schembri: korruzzjoni u ħasil ta’ flus maħmuġin. Il-fatti.

By
2018-04-21T05:23:45+02:00Fri, 20th Apr '18, 17:29|

Simon Busuttil u  David Casa, assistiti mill-avukat tagħhom Jason Azzopardi illum reġgħu marru l-Qorti biex jagħmlu x-xogħol li bil-liġi suppost tagħmlu l-Pulizija. Ma kixfu ebda sigriet jew m'għamlu ebda skoperta ġdida. Iżda dak li diġà xxandar kitbuh f'rikors tal-Qorti li jesponi l-gideb, il-kontradizzjonijiet u l-provi skjaċċanti ta' twettiq ta' delitti kriminali. Dan li ġej huwa [...]

Ma nibqgħux indifferenti

By
2018-04-21T05:21:49+02:00Wed, 18th Apr '18, 20:39|

Jista' jitqies bħala surreali dak li qed jiġri f'Malta bħalissa. Ta' kuljum qed joħorġu fil-beraħ aktar fatti li jkomplu jgħaqqdu flimkien il-biċċiet li Daphne Caruana Galizia kienet bdiet iddomm. Il-ġurnal Sueddeutsche Zeitung kixef it-transazzjonijiet bankarji marbuta ma' 17 Black li kkonfermaw dak li ħafna kienu diġà ssuspettaw: li Konrad Mizzi u Keith Schembri ħbew ġidhom [...]

Tlifna t-triq

By
2018-04-18T17:48:49+02:00Wed, 18th Apr '18, 09:44|

Sa fl-aħħar, is-sejħa ta' Alfred Sant instemgħet. Tal-Labour qed isejħu lin-nies tagħhom biex jinġabru fil-Belt Valletta biex jippruvaw jintimidaw lil Peter, Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia u dan talli kellhom l-ardir jipprotestaw kontra l-qtil brutali ta' ommhom. Se jgħidu li dan il-poster mhuwiex wieħed uffiċjali tal-Partit Laburista. Gidba. U fil-frattemp il-Pulizija, li baqgħu ma [...]

Dabbar rasek. Issa.

By
2018-04-18T17:50:42+02:00Wed, 18th Apr '18, 06:47|

Issa għaddew aktar minn 12-il siegħa mit-tnedija ta' The Daphne Project. Organizzazzjonijiet ewlenin tal-aħbarijiet minn madwar id-dinja qed jiffokaw fuq Malta u qed jispjegaw storja mill-aktar kumplessa dwar il-qtil ta' mara u dwar ħakma fuq pajjiż sħiħ. Id-dinja ilha tistenna' 6 xhur sħaħ biex l-awtoritajiet Maltin ilaħħmu kliem il-prim ministru li se jsir dak kollu [...]

It-tond isejjħulu kwadru

By
2018-04-18T08:27:58+02:00Tue, 17th Apr '18, 06:50|

Għadni ma nafx x'se joħroġ minn The Daphne Project. Mil-lum 'il quddiem se naqraw stejjer mnebbħa mix-xogħol ta' Daphne Caruana Galizia. Xogħol li ma leħqitx temmet. Iżda mingħand Joseph Muscat u l-klikka tiegħu naf x'inhu ġej. Nistenna li se jkun hemm salt gideb, aljenar, risposti u akkużi bla bażi. Għalihom il-fatti mhumiex daqstant importanti. Qatt [...]

Id-demokrazija ma tfissirx biss elezzjonijiet

By
2018-04-16T15:17:54+02:00Mon, 16th Apr '18, 09:01|

Bħalissa hemm kwistjonijiet akbar fuqhiex għandna ninkwitaw, iżda għad jiġi żmien meta jkun jeħtiġilna nirriflettu ftit fuq il-mod kif id-dritt li wieħed jipprotesta qed jiġi injorat. Attivisti tas-soċjetà ċivili ilhom kull xahar iwaħħlu banners u kartelluni biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u biex jitolbu li ssir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Bl-azzjonijiet li ttieħdu minn dawn [...]

The Daphne Project

By
2018-04-16T14:33:22+02:00Sun, 15th Apr '18, 21:58|

Il-ġustizzja tista' sseħħ biss bis-saħħa tal-verità. Ilna ninsistu li tinqered l-impunità għal sitt xhur sħaħ. U m'aħniex se nistrieħu sakemm din tinqered. Il-proġett Daphne jikkonsisti fl-issuktar tal-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia minn grupp ta' ġurnalisti barranin. Biex jirbaħ is-sewwa, jeħtieġ li tingħad il-verità. Il-kbir għadu ġej. https://youtu.be/pbvgd_zUzRk Aqra aktar dwar il-Proġett Daphne hawn.

Bedingfield u Farrugia taw lill-ġurnalisti verżjoni mbagħbsa ta’ dokument imħejji mill-familja Caruana Galizia

By
2018-04-16T14:32:20+02:00Sun, 15th Apr '18, 02:46|

Żewġ uffċjali qrib ħafna tal-Prim Ministru, Glenn Bedingfield u Kurt Farrugia bagħbsu dokument imħejji mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia u għaddewh (il-verżjoni mbagħbsa) lil ġurnalisti mill-Isvizzera bħallikieku kien dossier maħruġ mill-gvern. Aqra dwar l-inċident fi storja mxandra minn The Shift News. The Shift News ħadmu ma' ġurnalisti mir-rivista Svizzera Republik fuq investigazzjoni dettaljata msejjħa ‘Qtil [...]

Republik: Joseph Muscat problema għall-Ewropa

By
2018-04-16T14:34:48+02:00Fri, 13th Apr '18, 11:33|

Ir-rivista Svizzera Republik illum temmet sensiela ta' tliet artikli dwar Malta fl-isfond tal-assassinju ta' in the Daphne Caruana Galizia. L-ewwel żewġ artikli jinsabu f'din il-link . Din li ġejja hi traduzzjoni ta' estratt mill-għeluq tal-artiklu: "L-istħarriġ li għamilna ma wassalna imkien biex insuiru nafu min qatilha. Bosta kienu dawk li qalu li kellhom il-provi, iżda fil-fatt [...]

KONFERMA: Ali Sadr u l-Pilatus Bank investigati f’Malta dwar ħasil ta’ flus maħmuġin

By
2018-04-13T10:30:08+02:00Fri, 13th Apr '18, 07:49|

Dokumenti li ġew ippreżentati f'Qorti Federali Amerikana jikkonfermaw li l-ħidma ta' Ali Sadr fil-Pilatus Bank ġiet investigata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u li din il-ħidma tifforma parti mill-każ li għandhom bħalissa kontrih. L-Avukat Ġenerali Amerikan saħansitra nforma lill-Qorti Amerikana li Ali Sadr qed jiġi wkoll investigat separatament dwar ħasil ta' flus maħmuġin f'Malta. Fi stqarrija b'risposta [...]

“L-oqbra mbajda ta’ Malta”: il-poeta tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura l-oħra

By
2018-04-21T04:56:52+02:00Thu, 12th Apr '18, 20:50|

Din is-sena Leeuwarden ul-Belt Valetta huma l-Kapitali Ewropej konġunti tal-Kultura. Leeuwarden hi l-kapitali reġjonali tal-Frisja, reġjun li għandu l-ilsien tiegħu, il-Frisjan li hu wkoll it-tieni lsien tal-Olanda. Dan ir-reġjun tal-Frisja għandu poeta lawreat. Jikteb bejn 6 u 10 poeżiji fis-sena u jismu Eeltsje Hettinga. Huwa kiteb poeżija dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tista' taqraha [...]

Taħsbux li se jaqtgħu qalbhom

By
2018-04-13T16:57:10+02:00Thu, 12th Apr '18, 18:43|

Ara ma jkunx hawn min jaħseb li dawk li qed isegwu l-passi ta' Maria Efimova issa se jaqtgħu qalbhom. Is-sentenza li ngħatat illum mill-Qorti Griega serviet biss bħala pawsa għax din fadlilha triq twila x'timxi. Aħsbu ftit. Il-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia ma waqqafhomx milli jkomplu jippruvaw jinbxu lil uliedha u lil żewġha. Dawn [...]

Go to Top