“M’intomx kapaċi tagħmlu dak li hu sewwa”
Ħadd m'għadu jiddubita li f'Malta l-investigazzjoni ta' reati kriminali b'laqta politika huma politikament ikkontrollati. Dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia mhux biss hemm il-konsegwenzi politiċi. Dan kien ukoll assassinju politiku: inħasdet il-ħajja ta' persuna bil-għan li jintlaħqu miri politiċi u b'riżq il-qadi ta' interessi politiċi permezz ta' qattiela imqabbda minn politiċi. Għalkemm il-Partit Laburista bħala [...]