Il-ġurnalista Denise Hassanzade Ajiri li tgħix New York xandret rapport fuq is-sit France 24 dwar “Iranjani tal-isem biss” li, bil-għan li jevitaw u jiksru s-sanzjonijiet Amerikani, jużaw il-passaporti ta’ pajjiżi oħra. L-istorja li xandret tittratta dwar Ali Sadr Hasheminejad, bniedem imwieled l-Iran li xtara passaport tas-St Kitts and Nevis biex ikun jista’ jinnegozja fl-Istati Uniti, f’Malta u f’pajjiżi oħra.

Il-grafika mir-rapport ta’ France 24 ssemmi l-Iranjani (li jagħmlu użu minn passaporti ta’ pajjiżi oħra) li għandhom rabtiet ta’ negozju ma’  Ali Sadr. Dan l-aħħar għalaq il-ħanut Negarin London f’San Francisco proprjetà ta’ Negarin Sadr.

Aqra r-rapport sħiħ hawn.