Jagħmlu bħal Mugabe

By
2018-10-23T17:20:12+02:00Thu, 18th Oct '18, 18:15|

Kien hemm żmien li fih il-Punent lil Robert Mugabe kien jarah ħelu. Il-Punent kien jirrispetta l-ġlieda li kien qed jagħmel favur gvern magħżul mill-maġġoranza fir-Rodeżja għaliex din kienet waħda ġusta. U għall-bidu, l-gvern li kien imexxi kien wieħed għaqli. U fl-istampa internazzjonali ħa l-fama ta' President Afrikan Tajjeb. Mal-medda taż-żmien, fil-pajjiż nibtet il-korruzzjoni, it-tirannija, ir-regħba [...]

Guest Post: Għalfejn ipprotestajt?

By
2018-10-18T16:39:44+02:00Thu, 18th Oct '18, 16:38|

Minn Juanito Camilleri, miktuba nhar it-Tlieta, 16 t'Ottubru wara l-Manifestazzjoni għall-Ġustizzja u Verita'. X’ġabek hawn illum ħabib? Tgħid hi t-trobbija li sawru fik ommok u missierek?  Il-valuri li ħaddnu huma u li int tixtieq li tista’ tkebbes f’uliedek ukoll?... l-onestà, l-integrità, ir-rispett lejn l-awtorità. Jaqaw dawn m’għadhomx moda? Dawn blugħat ta’ min irid jagħmilha tal-ħelu, [...]

L-omelija tat-Tlieta

By
2018-10-18T16:29:00+02:00Thu, 18th Oct '18, 16:29|

Is-soċjeta' ċivili qed tqum. L-ammont ta' nies li ġew nhar it-Tlieta hu tweġiba għall-indifferenza jew it-tmejjil tal-klassi politika għal persuni li jaġixxu biex jiddefendu dak li hu ġust u b'imħabba għal pajjiżhom. In-nies li mxiet nhar it-Tlieta ma weġbits sejħa biex tappoġġja xi partit politiku fuq ieħor. Ma kienux qed jifirħu għal kandidat bit-tama li [...]

Id-diskors ta’ Ana Gomes fis-16 ta’ Ottubru

By
2018-10-19T12:04:34+02:00Thu, 18th Oct '18, 09:18|

Bosta kienu d-diskorsi li saru waqt diversi attivitajiet organizzati fis-16 ta' Ottubru fl-anniversarju tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Spikka, fost oħrajn, it-Testment il-Qadim u t-tielet kapitlu mill-Ecclesiastes 3. Iħabbatha miegħu d-diskors tal-MEP Soċjalista Ana Gomes li sar waqt konferenza organizzata filgħodu mill-MEP David Casa. Segwu d-diskors hawn. https://www.facebook.com/DavidCasaMEP/videos/2073347509352074/

Is-saltna tar-Re tal-Passaporti

By
2018-10-19T12:05:31+02:00Thu, 18th Oct '18, 09:08|

Din l-istorja mxandra minn The Guardian tispjega kif Christian Kaelin ta' Henley & Partners, wara li rranġa biex jiġu finanzjati partiti politiċi, kien ingħata kuntratti esklussivi minn gvernijiet ta' gżejjer fil-Karibew biex ikun jista' jbiegħ il-passaporti tagħhom. Kien jaħdem id f'id ma' SCL (li eventwalment ħolqot il-Cambridge Analytica) u, għalkemm jiċħad li fil-fatt ħallas hu [...]

Go to Top