Il-Grupp Parliamentari kollu tal-PN għadu kemm ippreżenta Mozzjoni Parlamentari li, jekk tiġi milqugħa, issejjaħ lill-gvern biex jaħtar inkjesta pubblika u indipendenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-mozzjoni ġiet preżentata b’appoġġ għat-talbiet tal-familja ta’ Daphne, ta’ membri tal-Parlament Ewropew u ta’ NGOs internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa biex issir inkjesta pubblika, talbiet li sa issa ġew injorati mill-gvern.
Bis-saħħa ta’ inkjesta indipendenti, ikunu jistgħu jiġu mwieġba mistoqsijiet li l-investigazzjonijiet attwali ma jażżardawx jistaqsu: l-assassinju seta’ ġie evitat? entitajiet tal-istat kienu jafu li kien se jseħħ l-assassinju? ġurnalisti oħra jinsabu fil-periklu? kif jista’ jiġi evitat assassinju ieħor bħal dan?
Aqraw hawn isfel kopja tal-mozzjoni sħiħa: