L-editur ta’ The Malta Independent ħass li l-libertà tiegħu ġiet imxekkla meta jien ktibt xi kummenti dwar l-istorja li xxandret fil-ġurnal il-Ħadd li għadda.
L-editur kiteb li “l-blogger Manuel Delia għaġġel meta allega li l-istorja li xandarna kienet ‘ġejja baxx baxx mill-gvern’.” Peress li dak li jien ktibt dwar din l-istorja fil-fatt kienet biss biċċa żgħira minn kummentarju li ktibt dwar aħbar oħra imxandra baxx baxx mill-gvern dakinhar stess fuq il-Malta Today, qed nirriproduċi hawn taħt dak li ktibt dwar l-istorja li xxandret minn The Malta Independent:
“As does today’s front page story of The Malta Independent on Sunday that quotes ‘exclusively’ (for which read a government leak) ‘sources’ (for which read the source of that government leak) that says ‘the investigations’ did not see Pierre Darmanin call Chris Cardona after speaking to Daphne Caruana Galizia in October 2016 and before calling her alleged assassin Alfred Degiorgio.
“The effort is to discredit La Repubblica who published information from its own sources.
“Why did the ‘investigation’ have to provide such important information in a leak? Why didn’t they make a statement in response to La Repubblica?
“And more importantly why did The Malta Independent on Sunday fail to register that both La Repubblica and Malta Today asked Pierre Darmanin to confirm or deny whether he spoke to Chris Cardona that night and he dodged them both?”
F’dan l-istadju naħseb li jkun għaqli jekk nerġa’ nelenka s-sekwenza ta’ kif seħħew l-affarijiet.
La Repubblica kitbet li, madwar sena qabel inqatlet, Daphne Caruana Galizia kienet irrappurtat li Pierre Darmanin miż-Żurrieq kien ċemplilha biex jikkjarifika xi affarijiet u hi kienet xandret din il-kjarifika. Wara li ċemplilha, huwa ċempel lil Chris Cardona. U wara li qata’ minn ma’ Chris Cardona, huwa immedjatament ċempel lil Alfred Degiorgio, li minn dakinhar ‘l hawn jinsab mixli bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
The Malta Independent xandret storja li fiha qalet li l-għejjun tagħha qalulha li m’għandhom ebda prova f’idejhom li dik it-telefonata lil Chris Cardona kienet fil-fatt seħħet. Madankollu l-għejjun ta’ The Malta Independent ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li “ma jistax jiġi eskluż li Cardona kien ġie kkuntattjat fi stadju aktar bikri jew fi stadju aktar tard fuq numru mhux magħruf”. B’din l-istqarrija, l-għejjun ta’ The Malta Independent għamlu rinunzja ċara. Fi kliem ieħor, dawn l-għejjun qalu: ‘m’għandniex prova f’idejna li din it-telefonata fil-fatt kienet seħħet, iżda teżisti l-possibilità li din it-telefonata kienet saret u li aħna ma nafux biha’. The Malta Independent xandret l-istorja mingħajr ma fehmet is-sinjifikat ta’ din ir-rinunzja.
Hemm aktar. Agħtu ħarsa lejn x’kompla jgħid ir-rapport ta’ The Malta Independent. “The Malta Independent on Sunday jinsab infurmat li fil-pussess tal-investigaturi Maltin u barranin hemm il- mobile phone call logs ta’ Daphne Caruana Galizia, ta’ Chris Cardona, ta’ Pierre Darmanin u tat-tliet persuni li jinsabu mixlija bil-qtil – Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.” Bi kliem meqjus, l-għejjun ta’ The Malta Independent hawn qegħdin jammettu l-possibilità li m’għandhomx l-informazzjoni kollha. Fi kliem ieħor, dawn l-għejjun qegħdin igħidu lill-ġurnal: “Dawn il-phone records ma jinstabux f’idejna biss. Ma nafux La Repubblica minn fejn ġabet l-informazzjoni li xandret, iżda li hu żgur hu li din l-informazzjoni ma ġabrithiex mingħandna”.
Irrid ngħid li The Malta Independent on Sunday kellha kull dritt li taċċetta b’mod superfiċjali din il-verżjoni mgħawwġa tar-realtà. Ħadd m’hu qed iċaħħdilha dan id-dritt. Madankollu l-analiżi li għamlet kienet waħda superfiċjali għall-aħħar u waħda li toqgħod sew mal-verżjoni mgħawwġa tal-istorja li jrid jippromwovi il-gvern bil-għan li jipprova jinqala’ minn sitwazzjoni li fiha qiegħed jintebaħ li f’idejh m’għandux l-informazzjoni kollha.
L-għejjun ta’ The Malta Independent on Sunday infurmaw lil Kastilja wkoll. Ninsabu konxji tal-fatt li l-Pulizija ta’ Malta hija politikament maħtufa u nafu wkoll li l-gvern qed iżomm għajnejn imsammrin fuq l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għall-grazzja tal-argument, ejja nassumu li Joseph Muscat kien sar jaf bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin li sar jaf bih kulħadd: jiġifieri għal ħabta tat-15.05 tas-16 ta’ Ottubru 2017 u li hu ma kellux idea x’kien ser iseħħ.
Jekk dan kien il-każ, allura Joseph Muscat għandu jkun fl-istess pożizzjoni li jinsab fiha kulħadd f’Malta: jiġifieri qed jissuspetta ħażin f’Chris Cardona – qed jissuspetta li Chris Cardona jaf aktar minnu dwar il-qtil ta’ Daphne. Kulħadd qed jissuspetta li Chris Cardona jaf aktar milli qed jammetti li jaf. Kulħadd. Inklużi t-trolls tal-Labour u t-telespettaturi tal-One TV. Bla dubju, anki Joseph Muscat innifsu.
B’dak li kixfet La Repubblica, l-inkwiet tagħhom bla dubju qed jiżdied. Allura jeħtieġ li mhux biss jippruvaw jiskreditaw ir-rapport ta’ La Repubblica. Bħalissa l-akbar inkwiet ta’ Joseph Muscat jikkonsisti fil-fatt li l-għejjun tiegħu – jiġifieri l-pulizija li tinsab taħt il-kontroll strett tiegħu – m’għandhiex fil-pussess tagħha l-provi kollha li jeżistu. U li allura jeżistu provi li jinsabu f’idejn ħaddieħor.
Meta llum tkellem mal-istazzjon Amerikan NBC TV, Owen Bonnici ġie sfidat jispjega għaliex Chris Cardona baqa’ ma ġiex interrogat wara li La Repubblica kixfet l-informazzjoni dwar dawn it-telefonati bejn tlieta minn nies, jiġifieri bejn Pierre Darmanin, Chris Cardona u Alfred Degiorgio. U Owen Bonnici dlonk xejjer ir-rapport ta’ The Malta Independent on Sunday hu u jispjega lil tal-NBC li hemm żewġ verżjonijiet għal din l-istorja u li allura l-istorja ta’ La Repubblica ma kinitx waħda konklussiva.
Din ta’ Owen m’hi xejn ħlief ħmerija. Il-Pulizija ta’ Malta ma tista’ qatt twarrab informazzjoni mxandra f’ġurnal dan kollu għax ġurnal ieħor jkun ħareġ b’verżjoni oħra, aktar u aktar meta l-informazzjoni li jkun xandar dan l-istess ġurnal tkun ġejja mingħand il-Pulizija stess. Il-Pulizija ta’ Malta jmissha qegħda tħabbel rasha biex tara La Repubblica minn fejn ġabet l-informazzjoni għax bla dubju l-għejjun ta’ din l-informazzjoni ma setgħux kienu l-Pulizija.
Din kienet ir-raġuni għaliex lil The Malta Independent qalulha li “l-investigaturi Maltin u barranin jinsabu fil-pussess tal-mobile phone calls kollha” u li “ma jistgħux jeskludu li xi telefonata setgħet saret fi stadju aktar bikri jew fi stadju aktar tard fuq numru mhux magħruf”. Dan jista’ jkun numru li mhuwiex magħruf għall-għejjun ta’ The Malta Independent. Iżda l-għejjun ta’ La Repubblica mhux ta’ La Repubblica biss jistgħu jafu bihom?
Jien m’jinix nikkritika l-fatt li The Malta Independent għażlet li xxandar l-istorja li xandret il-Ħadd li għadda. Il-ġurnal m’huwiex biss huwa “ħieles” li jxandar. Jinsab fid-dmir li jmur lil hinn mill- motivazzjoni tal-għejjun u jekk ikun jeħtieġ li jmeri storja mxandra minn ġurnal ieħor, għandu jagħmel dan għax ikun ċert li l-għejjun tiegħu huma infurmati aħjar.
F’dan il-każ, l-għejjun lill-The Malta Independent qalulu li huwa possibbli li ma jafux kollox u li hemm ħaddieħor li jaf b’aktar informazzjoni, liema informazzjoni għoġbu jgħaddiha lil La Repubblica.
Nitlobkom tintebħu bil-logħba li qed tintlagħab hawn. Wara l-istorja li xandret The Malta Independent bla dubju hemm il-gvern. Il-gvern kellu kull motivazzjoni biex lil Owen Bonnici jgħaddilu salvawomo hu u jiġi mistoqsi mill-NBC biex jispjega għaliex ma sar xejn dwar it-telefonati misterjużi ta’ Chris Cardona.
Il-gvern issa huwa motivat ukoll mill-fatt li ntebaħ li ma jafx kollox; li mhux biss Chris Cardona jaf aktar minnu dwar x’kien ġara’ eżattament; li l-għodda kollha li biha tista’ tinkixef aktar informazzjoni mhix taħt il-kontroll strett tiegħu: u din l-għodda tinsab f’idejn il-ġurnalisti, f’idejn l-investigaturi u f’idejn persuni li t-tfittxija tal-verità għamluha l-missjoni tagħhom.
Il-kbir jidher li għadu ġej.