Qed naqleb għall-Malti l-paragrafu konklużiv tar-rapport ta’ La Repubblica tal-bieraħ dwar id-dimostrazzjoni li saret il-bieraħ filgħaxija fil-Belt Valletta:
“Hemm ħaġa waħda li hi ċerta. Malta issa waslet f’punt li fih, fejn għandha x’taqsam din il-kwistjoni, l-kontroll m’għadux għal kollox idejn il-kbarat ta’ Kastilja. Il-vapur issa beda’ jagħmel l-ilma. Jista’ jagħti l-każ li ser ikollna nistennew sa 365 jum ieħor biex insiru nafu l-verità kollha. Mhux l-anqas bis-saħħa tal-fatt li l-ġurnaliżmu internazzjonali, li l-bieraħ kien f’għaqda waħda li tkellmet b’leħen sod, mhux se jieqaf jagħmel xogħolu. Xogħolu hu dak li jwassal l-informazzjoni. U li ma jiqafx iwassal din l-informazzjoni anki jekk ikun iffaċċjat bil-manuvri ta’ dawk li mingħalihom jistgħu jidfnu jew jinjoraw il-fatti, li jgħawwġu l-verità billi jpinġuha bħala “tfigħ ta’ tajn” jew li jippruvaw jimmanipulaw l-aħbarijiet biex l-iswed iġiegħluna narawh abjad, forsi anki bl-għajnuna ta’ xi ilħna li jaħdmu fil-ġurnaliżmu lokali. L-istess ilħna li kienu ppruvaw jiżolaw lil Daphne sakemm xi ħadd iddeċieda li jsikkitha għal dejjem”.
Read the detailed report here.